19020. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet
tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju
tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid? Jista’ jindika kemm persuni wżaw
is-servizz tal-post tul is-sena 2020?
08/02/2021
ONOR. MICHAEL
FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba
l-pandemija tal-Covid-19, l-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid, bħal kull
uffiċċju distrettwali ieħor, kien miftuħ bil-ħinijiet normali sas-6 ta’ Marzu
2020, filwaqt li kien qiegħed jopera b’servizz limitat sat-3 ta’ Lulju 2020,
f’liema perijodu l-uffiċċju kien magħluq għall-pubbliku, bħal kull uffiċċju
distrettwali ieħor.
Ngħarraf lill-Onor.
Interpellant li, mis-6 ta’ Lulju 2020, is-servizzi li kienu jingħataw
mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju distrettwali u
uffiċini distrettwali oħra, bdew jingħataw minn uffiċjali ta’ Servizz.Gov.
Għaż-żmien li l-uffiċċju ta’
Raħal Ġdid kien miftuħ għall-pubbliku, matul l-2020, sal-5 ta’ Lulju 2020
(sal-ġurnata li l-Uffiċini Distrettwali kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilita’
tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali), kien hemm 1,882 persuna li wżaw
is-servizzi li kienu offruti permezz ta’ erba’ (4) uffiċjali mid-Dipartiment
tas-Sigurtà Soċjali.
Seduta 429
17/02/2021
No comments:
Post a Comment