14.2.21

GĦASSA TA’ MARSAXLOKK – RAPPORTI TA’ DELITTI U REATI TA’ SERQ

 

 

 

18135. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Marsaxlokk tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

 

12/01/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti  li seħħew f’Marsaxlokk tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat.

 

Delittti rrapurtati -  Marsaxlokk 2020

Ammont

Attentat ta’ offizi

2

Offizi fuq il-persuna

4

Uzu hazin tal-computer

3

Hsarat

15

Vjolenza domestika

19

Frodi

5

Hasil ta’ flus

1

Offizi sesswal

1

Serq

55

Theddid u vjolenza

2

Access f’post bla permess

1

Grand Total

108

 

Seduta 420

26/01/2021

 

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...