18134. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa taż-Żejtun tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?
12/01/2021
ONOR. BYRON CAMILLERI:
Ninsab infurmat illi
l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li
seħħew fiż-Żejtun tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li
tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux
ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum
hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online
jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra,
partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu
rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat.
Rapporti ta’ delitti - Żejtun 2020 |
Ammont |
Hruq |
3 |
Attentat ta’ Offizi |
4 |
Offizi fuq il-persuna |
11 |
Uzu hazin tal-computer |
6 |
Reat kontra l-amministrazzjoni tal-Gustizzja |
1 |
Hsarat |
69 |
Vjolenza domestika |
46 |
Drogi |
1 |
Frodi |
20 |
Offizi sesswali |
2 |
Serq |
55 |
Theddid u vjolenza |
8 |
Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku |
2 |
Total |
228 |
Seduta 420
26/01/2021
No comments:
Post a Comment