6.2.21

ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA - PROĊEDURI MID-DIPARTIMENT TAD-DWANA

 

17539. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u x’proċeduri ttieħdu mid-Dipartiment tad-Dwana tul din s-sena sabiex wieħed jilqa' għall-isfida tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewrpea?

 

27/11/2020

 

ONOR. CLYDE CARUANA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hekk kif wara l-perjodu tranzitorju sal-aħħar tas-sena 2020, ir-Renju Unit ikun meqjus bħala pajjiz li ma jiffurmax aktar parti mill-Unjoni Ewropeja, il-proċeduri prezenti relatati ma importazzjoni u esportazzjoni minn u lejn ir-Renju Unit ikunu ttrattati bħal f’kull pajjiz ieħor terz.  Dan ifisser li l-formalitajiet kollha tad-Dwana jkunu jridu jibdew isiru ukoll għar-Renju Unit u d-dazji u taxxi dovuti kollha jitħallsu skont kif stipulat fil-liġi tal-Unjoni Ewropea.

Sa mill-2018, id-Dipartiment tad-Dwana ħejja għall-eventwalita li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropja mingħajr ftehim.

Id-Dipartiment tad-Dwana kompla jħejji ruħu għal din l-eventwalita billi ħejja laqgħat speċifikati ma’ stakeholders prinicpali, bħac-Chamber of Commerce, il-Karma tal-Intrapprizi z-Zgħar, il-Unions u l-assocjazzjonijiet tal-burdnara u tal-operaturi.  Inħargu wkoll diversi komunikazzjonijiet lill-mezzi tax-xandir biex il-poplu in ġenerali ikun infurmat tajjeb.

Sar ukoll investiment f luggage scanner ġdid għall-ajruport biex iktar jgħin fl-iċċekkjar tal-bagalji. Dan kien meħtieġ biex jilqa’ aħjar għall-influss tal-passiġġieri li jiġu minn u jitilqu lejn ir-Renju Unit.

Sar investiment qawwi fuq is-sistemi tad-Dwana ta’ Importazzjoni u Esportazzjoni u ġie offrut training fuq is-sistemi għal 80 individwu fil-privat u għall-impjegati kollha tad-Dwana.  Id-Dipartiment tad-Dwana baqa joffri l-possibilta’ ta’ training lil dawk l-operaturi li xogħolhom huwa esklussivament mar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropeja.

 

Seduta 406

01/12/2020

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...