19012. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18185, tista’ l-Ministru tgħid liema bini ġdid tlesta fil-kumpless tal-MCAST tul is-sena li għaddiet? F’liema pożizzjoni jinsab il-proġett sħiħ u meta mistenni jiġi fi tmiemu?
08/02/2021
ONOR. JUSTYNE
CARUANA: Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-binja
tal-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport tlestiet fl-2019. Matul is-sena 2020,
tkompla x-xogħol relatat mal-binjiet tal-MRC u l-IICT. Madwar 65% tax-xogħol
relatat mal-binjiet issa lest. Huwa stmat li dawn il-binjiet jitlestew
sal-2022/2023.
Seduta 428
16/02/2021
No comments:
Post a Comment