10.2.21

ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI – KAŻIJIET U PERSUNI REĠISTRATI FIR-REĠISTRU. 2020.

18247. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet u persuni reġistrati fir-reġistru taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti tagħna fl-aħħar tas-sena 2020?

 14/01/2021

 ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninsab infurmat li sa l-aħħar tas-sena 2020 kien hemm 85 persuna reġistrata fir-Reġistru tal-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Ġurisdizzjoni Volontarja), għalkemm hemm 86 reġistrazzjoni mniżżla fl-istess Reġistru.  Dan minħabba l-fatt li persuna waħda hija reġistrata darbtejn b’żewġ sentenzi separati.

 

Seduta  424

03/02/2021

 

No comments:

SEMPLIĊEMENT NIPPRETENDU

1. Numru ta’ drabi niddubita kemm il-klassi politika qegħda tifhem lill-poplu. Forsi, kif jiġri, min imexxi tant qed jiġi assedjat min...