18133. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?
12/01/2021
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi
l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li
seħħew f’Wied il-Għajn tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll
l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu
ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif
wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone.
Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases
ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal
fejn seħħ ir-reat.
|
Rapporti ta’ delitti -
Marsaskala 2020 |
Ammont |
|
Hruq |
2 |
|
Attentat ta’ offizi |
10 |
|
Offizi fuq il-persuna |
18 |
|
Uzu hazin tal-computer |
12 |
|
Hsarat |
92 |
|
Vjolenza domestika |
76 |
|
Drogi |
9 |
|
Falsifikazzjoni |
1 |
|
Frodi |
22 |
|
Offizi relatati ma immigrazzjoni |
1 |
|
Pretended rights |
7 |
|
Offizi sesswali |
2 |
|
Serq |
119 |
|
Theddid u vjolenza |
11 |
|
Vjolenza kontra ufficjal pubbliku |
8 |
|
Grand Total |
390 |
Seduta 420
No comments:
Post a Comment