18130. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew fil-Ħal Tarxien tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat.
Rapporti ta’ delitti - Tarxien 2020 |
Ammont |
Hruq |
5 |
|
|
Offizi fuq il-persuna |
3 |
Uzu hazin ta’ Computer |
6 |
Delitti kontra l-amministrazzjoni tal-Gustizzja |
1 |
Hsarat |
39 |
Vjolenza Domestika |
30 |
Drogi |
1 |
Frodi |
10 |
Pornografija |
1 |
Pretended rights |
6 |
Offizi sesswali |
2 |
Serq |
65 |
Theddid u vjolenza |
3 |
Vjolenza kontra ufficcjal Pubbliku |
1 |
Total |
189 |
Seduta 420
26/01/2021
No comments:
Post a Comment