18182. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u
Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba skont l-ftehim
bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea kemm huma r-rati relattivi li ġew
introdotti għal ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ prodotti essenzjali?
13/01/2021
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ dazju
ser ikun dovut biss fuq prodotti li ma jkunux qegħdin joriġinaw mir-Renju Unit,
iġifieri, kwalunkwe prodott immanifatturat fir-Renju Unit u li ser ikun
akkumpanjat minn dokumenti li jixhdu dan, mhux ser ikun suġġett għad-dazju.
Id-dazju huwa dovut biss meta l-prodott li jkun qed jiġi impurtat ġewwa Malta
mir-Renju Unit ma jissodisfax ir-regoli tal-oriġini, bħal meta per eżempju
l-prodott ikun immanifatturat f’pajjiż ieħor terz. Ir-rati ta’ dazju
applikabbli huma dawk li japplikaw b’mod orizzontali għall-Unjoni
Seduta 421
27/01/2021
No comments:
Post a Comment