10.2.21

SENTENZI TA’ PROBATION JEW SENTENZI SOSPIŻI

18245. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sentenza ta’ probation, jew sentenza sospiża jew b’superviżjoni ġiet mogħtija tul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ pajjiżna?

 14/01/2021

 ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta fl-2020 kien hemm 153 sentenza sospiza mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati u 45 sentenzi sospiza mogħtija mill-qrati superjuri.  Ma tinzammx statistika fir-rigward ta’ probation jew supervizjoni.

 Fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm 4 sentenzi ta’ ħabs sospizi, 3 sentenzi ta’ Probation Order u sentenza ta supervizjoni.

 

Seduta  424

03/02/2021

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...