18132. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?
12/01/2021
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi
l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li
seħħew f’Ħal Għaxaq tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt,
li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti
kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi
modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew
bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra,
partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu
rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat.
|
Rapporti ta’ delitti-
Ghaxaq 2020 |
Ammont |
|
Attentat ta’ offizi |
1 |
|
Offizi fuq il-persuna |
3 |
|
Hsarat |
24 |
|
Vjolenza domestika |
14 |
|
Frodi |
6 |
|
Omicidju |
1 |
|
Hasil ta’ flus |
2 |
|
Pornografija |
1 |
|
Offizi sesswali |
1 |
|
Serq |
19 |
|
Theddid u vjolenza |
5 |
|
Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku |
1 |
|
Grand Total |
78 |
Seduta 420
26/01/2021
No comments:
Post a Comment