Għaqal
passat
Pandemija
4. Ċertament, fil-perjodu li għaddejjin minnu, wieħed irid jara
kif, u b’liema mod, jista’ jwettaq dan kollu.
Mid-domandi parlamentari li saru jidher ċar li, f’kull lokalità ta’
pajjiżna, dawk li jissellfu l-kotba naqsu.
Naqsu wkoll dawk li ħassew il-bżonn li jixtru. Żdiedu però dawk li jaqraw ‘l hekk imsejħa
‘e-books’. Pass importanti fih innifsu,
imma li ma ġiebx sostituzzjoni jew bilanċ, fis-sens li dak li ntilef minn naħa
ma nġabarx f’oħra. Hemm żgur l-aspett
pożittiv li dan il-mezz ser jaqbad iktar.
Biss, anki hawn, nitkellmu fuq livell ta’ Unjoni Ewropea dwar il-bini
ta’ Soċjetà Diġitali u nħarsu iktar lejn l-ekonomija mingħajr ma nħarsu lejn
il-kotba.
Brexit
5. Proprju fuq dan qed nara li vittma innoċenti tal-ħruġ tal-Renju
Unit mill-Unjoni Ewropea ser ikun ix-xiri ‘online’ ta’ kotba minn siti li jiġu
wżati sew minn dawk li jħobbu l-kotba.
Għadni ma qrajtx id-dokument sħiħ tal-ftehim li sar bejn iż-żewġ
naħat. Biss, ma nistax nifhem kif
proprju fuq il-ktieb għandu jidħol lura mill-ġdid il-ħlas tad-dazju u taxxi
oħra varji. Jekk dan huwa korrett,
jindika nuqqas fil-prijoritajiet Ewropej.
Il-kotba għandu jkollhom tixrid liberu u mingħajr ħlas ta’ spejjeż u
taxxi inutili. Pajjiżna, fortunatament,
mexa fuq dik id-direzzjoni taħt gvernijiet passati u m’għandniex immorru lura
minnha. Anzi, għandna naraw li nżommu
dan il-mezz ta’ kif il-bnedmin jixtru l-kotba f’dawn il-gżejjer tagħna.
Oliver
Friggieri
6. Iktar u iktar meta l-pajjiż waqaf u, bi qbil ġenerali, ftakar fil-memorja
ta’ persuna li xerred din il-linja fil-ħajja tiegħu. Waqafna biex nikkommemorawh. Għamilna dan għax huwa rikonoxxut
nazzjonalment li t-timbru tal-influwenza tiegħu fuqna ġejja mill-ideat li huwa
ħa ħsieb jikteb f’kotba varji. Bniedem
ta’ ġentilezza, intelliġenza u għerf li ħalla biċċa minnu nnifsu f’oħrajn. M’għandniex, għalhekk, immorru kontra-sens, u
flok nissudaw din id-direzzjoni mmorru lura minnha. Pajjiżna għandu juri b’iktar saħħa li
japprezza l-bniedem li jaqra w jikteb, li jqisu bħala marka determinanti ta’
soċjetà ċivilizzata.
Inizjattivi
7. F’dan kollu ngħid li kull Gvern f’dan il-pajjiż tagħna għandu
jinvesti aktar f’din il-linja. Għandu
jħajjar lejn iktar xiri, jew tislif u qari tal-kotba. F’dan m’għandniex nitilfu l-appuntament
preżenti. M’għandniex noqogħdu lura
milli mmexxu politika li fiha l-pajjiż, bħal ma bagħat ‘vouchers’ biex wieħed
jonfoq fuq ħwejjeġ varji, ikollu waħda speċjali fuq il-kotba. Hemm bżonn li, f’dan il-mument, ninvestu fuq
il-ktieb f’idejn il-bniedem. Huwa,
għalija, parti sħiħa minn dritt ċivili u fundamentali. Proċess li fih nassiguraw li ngħinu lil
diversi Maltin li baqgħu, fis-sagrifiċċju u l-kuraġġ tagħhom, jippubblikaw u
jistampaw il-kotba. Nassiguraw li nżommu
l-ħwienet tal-kotba miftuħa u għaddejja.
Proprju għalhekk li nressaq għall-ġudizzju tagħkom il-każ tiegħi favur
il-ktieb.
No comments:
Post a Comment