14.2.21

MCAST – PERSUNI LI RRIŻENJAW JEW IRTIRAW

18136. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li rriżenjaw jew irtiraw mill-MCAST tul is-sena li għaddiet u jekk kienx hemm sejħiet relattivi sabiex il-post jiġi mimli?

 12/01/2021

 ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ninforma lill-Onorevoli interpellant li mill-MCAST matul is-sena li għaddiet kien hemm ħames (5) persuni li rriżenjaw li minnhom erba’ (4) postijiet ġew mimlija filwaqt li hemm sejħa għall-vakanza l-oħra. Matul is-sena li għaddiet kien hemm sitt (6) persuni li rtiraw li minnhom tliet (3) postijiet ġew mimlija filwaqt li għaddej il-proċess sabiex jimtlew it-3 vakanzi l-oħra.

 

Seduta  421

27/01/2021

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...