14.2.21

ARBITRAĠĠI DEĊIŻI U ĊEDUTI. 2020.

18237. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi jew ċeduti arbitraġġi s-sena li għaddiet 2020 ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u jista’ jindika n-natura tagħhom?

14/01/2021

ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 ġew mogħtija 228 deċiżjoni;

-              4 f’arbitraġġi internazzjonali

-              25 f’arbitraġġi volontarji

-              199 f’arbitraġġi mandatorji. 

In oltre, mill-każijiet li ġew ipprezentati fl-2020 kien hemm 42 każ li l-proċeduri tagħhom ġew ċeduti. Dawn kienu;

-              40 f’arbitraġġi mandatorji

-              2 f’arbitraġġi volontarji.

 

Seduta  422

01/02/2021

 

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...