18315. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: Tista’
l-Ministru tinforma l-Kamra x’passi ttieħdu sabiex ikun hemm iktar sigurtà
fis-sub-station tal-elettriku li tinsab fil-Gudja u li reċentement kien hemm
nar jaqbad fuq barra tagħha?
19/01/2021
ONOR. MIRIAM
DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li
mill-investigazzjoni li għamlet Enemalta, irriżulta li xi persuna/persuni mhux
magħrufa taw in-nar lil xi oġġett quddiem is-substation Gudja Olive. Madanakollu, din ma affettwatx l-operat
tal-Enemalta u lanqas internament ma kien hemm xi ħsarat fuq l-apparat tas-substation.
Seduta 424
03/02/2021
No comments:
Post a Comment