18321. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17991, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk intbagħtux uffiċjali tal-Ministeru biex jaraw l-istat tal-affarijiet fl-aħħar parti tal-pont tal-Birgu taħt il-Fortizza ta’ Sant’Anġlu sabiex il-post jiġi rijabilitat u mnaddaf?
19/01/2021
ONOR. IAN BORG: Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18320 tal-istess Seduta.
Seduta 425
08/02/2021
No comments:
Post a Comment