4301. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti sa issa u kemm minnhom kienu każijiet ta’ serq fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn? Jista’ jgħid fuq kemm-il każ ittieħdu passi?
22/11/2022
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi
n-numru ta’ rapport ta’ reati (crime reports) li ġew irreġistrati fis-sistema
kompjuterizzata tal-Pulizija, għal Wied il-Għajn, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31
ta’ Ottubru 2022, kien ta’ mitejn u sitta u sebgħin (276) li minnhom sebgħin
(70) kienu każijiet ta’ serq. Minn tagħrif miġbur, sal-lum in-numru ta’
każijiet minn dan il-perjodu fejn suspettati tressqu l-Qorti, kien ta’ tmienja
u għoxrin każ. L-investigazzjonijiet għal kull rapport ieħor qed ikomplu.
Seduta 66
05/12/2022
No comments:
Post a Comment