4300. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti sa issa u kemm minnhom kienu każijiet ta’ serq fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq? Jista’ jgħid fuq kemm-il każ ittieħdu passi?
22/11/2022
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi
n-numru ta’ rapport ta’ reati (crime reports) li ġew irreġistrati fis-sistema
kompjuterizzata tal-Pulizija, għal Ħal Għaxaq, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31
ta’ Ottubru 2022, kien ta’ sebgħa u tmenin (87) li minnhom tlieta u għoxrin
(23) kienu każijiet ta’ serq. Minn tagħrif miġbur, sal-lum in-numru ta’
każijiet minn dan il-perjodu fejn suspettati tressqu l-Qorti, kien ta’ seba’
każi. L-investigazzjonijiet għal kull rapport qed ikomplu.
Seduta 66
No comments:
Post a Comment