25.3.23

FGURA – KAŻIJIET TA’ SERQ

4303. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti sa issa u kemm minnhom kienu każjiet ta’ serq fil-lokalità tal-Fgura? Jista’ jgħid fuq kemm-il każ ittieħdu passi?

 

22/11/2022

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapport ta’ reati (crime reports) li ġew irreġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, għal Fgura mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2022, kien ta’ mitejn u erbgħa u għoxrin (224) li minnhom disgħa u ħamsin (59) kienu każijiet ta’ serq. Minn tagħrif miġbur, sal-lum in-numru ta’ każijiet minn dan il-perjodu fejn suspettati tressqu l-Qorti, kien ta’ tnejn u sebgħin.  L-investigazzjonijiet għal kull rapport ieħor qed ikomplu.

 

Seduta  67

06/12/2022

No comments:

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...