4304. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti sa issa u kemm minnhom kienu każijiet ta’ serq fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien? Jista’ jgħid fuq kemm-il każ ittieħdu passi?
22/11/2022
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapport ta’ reati
(crime reports) li ġew irreġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija,
għal Ħal Tarxien, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2022, kien ta’ mija
u sebgħa u erbgħin (147) li minnhom sebgħa u tletin (37) kienu każijiet ta’
serq. Minn tagħrif miġbur, sal-lum in-numru ta’ każijiet minn dan il-perjodu
fejn suspettati tressqu l-Qorti, kien ta’ sitta u erbgħin każ.
L-investigazzjonijiet għall-kull rapport ieħor qed ikomplu.
Seduta 67
No comments:
Post a Comment