20.3.23

DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET – FIDI TAT-TITOLU “POSSESSION AND USE”

1947. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1483, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-proċedura li fil-preżent qed tiġi adottata sabiex ikun hemm il-fidi tat-titolu ta’ Possession and Use?

 

22/06/2022

 

ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura adattata, f’każijiet fejn l-art hija miżmuma b’pussess u użu, hija skont l-artikolu 69 tal-Kap. 573, fejn issir valutazzjoni tal-fond, u l-valur li jittieħed huwa l-ammont illi l-art tista’ ġġib kieku din kellha tigi mibjugħa minn sidha volontarjament fil-mument li toħroġ id-dikjarazzjoni.

 

Seduta  27

03/10/2022

No comments:

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...