24.2.21

TALBIET BIEX BASTIMENTI STATALI JEW MILITARI JIDĦLU F’PAJJIŻNA

19025. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna fl-2020?

 

08/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li d-Direttorat tal-Protokoll rċieva sitta u għoxrin (26) talba sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna fl-2020.

 

Seduta  430

22/02/2021

TALBIET BIEX AJRUPLANI STATALI JEW MILITARI JINŻLU F’PAJJIŻNA

 

19024. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-arja tagħna tul l-2020?

 

08/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li tul l-2020 id-Direttorat tal-Protokoll irċieva 122 talba sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu Malta. Id-Direttorat irċieva wkoll 297 talba sabiex ajruplani militari jew statali jidħlu fl-ispazju tal-ajru ta’ Malta.

 

Seduta  430

22/02/2021

AIR MALTA – TITJIRIET LEJN LOURDES

19359. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena l-Air Malta bdiet it-titjiriet lejn Lourdes u jistax jiġi indikat kemm użaw is-servizz sena b’sena possibbilment ukoll kemm scheduled u kemm chartered?

 

19/02/2021

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta bdiet it-titjiriet lejn Lourdes fl-1988.  L-informazzjoni li għanda l_Air Malta hija  ta’ dawn l-aħħar 13-il sena,  mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu ta’ kull Financial Year.

 

 MALTA-LOURDES-MALTA

Financial years

Flight

 

 

FY2019/20

Charter/Schedule

FY2018/19

Charter/Schedule

FY 2017/18

Charter

FY 2016/17

Charter

FY 2015/16

Charter

FY 2014/15

Charter

FY 2013/14

Charter

FY 2012/13

Charter

FY 2011/12

Charter

FY2010/11

Charter

FY 2009/10

Charter

FY 2008/09

Charter

FY 2007/08

Charter

 

Seduta  431

23/02/2021

 

AIR MALTA – DESTINAZZJONI LEJN LOURDES U LURA

19358. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-ristrutturazzjoni tal-programm ta’ titjiriet tal-Air Malta għal din s-sena daħletx u ġietx inkluża d-destinazzjoni lejn Lourdes u lura? Jekk iva dawn ser ikunu scheduled jew charteredflights?  Kif ukoll jista’ jgħid f’liema perjodu se jiġu skedati u organizzati, meta u x’ħin, u kemm ser ikun maħsub li jġorru passiġġieri?

 

19/02/2021

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-ristrutturazzjoni tal-programm tat-titjiriet bdiet tiġi implimentata din is-sena, imma  għadhama daħlitx fis-seħħ kompletament għax l-istudju f’dan ir-rigward għadu għaddej.

Barra minn hekk, irridu niftakru li din is-sena (u s-sena li għaddiet) huma snin bla  preċedentminħabba l-pandemija, li fihom inqalbu l- użanzi  kollha tal-ivvjaġġar ta’ taht fuq!

 

Seduta  431

23/02/2021

Emerġenza u riforma

1.    L-emerġenzi li l-pandemija ġiebet magħha ser iwasslu wkoll, neċessarjament, għal numru ta’ riformi.  Bidliet li jistgħu jitwieldu biss, u fit-triq tal-proċess ta’ neċessità, u jistgħu jkunu aqwa jekk ippjanati tajjeb.  Kemm dan qiegħed isir f’pajjiżna, għad irridu naraw.  Il-politika preżenti tal-Gvern tindika esternament li hija iktar indirizzata lejn li nkunu lura għal dak li konna.  Imma r-realtà ser tkun waħda differenti, u nafu.  Nagħrfu li hemm żewġ passi ta’ identifikazzjoni: l-ewwel ta’ fejn iridu jsiru l-bidliet; u t-tieni, ta’ x’għandhom ikunu fil-kontenut dawk li jagħtu direzzjonijiet ġodda.  Hemm forzi ta’ konservazzjoni li qed iżommu lura progress li ser jitlob minna ferm iktar li jsir.

 

Influwenzi

 

2.    Għandu raġun il-politiku Demokristjan Taljan Bruno Tabacci, li riċentement kiteb li Mario Draghi għandu ħafna sens politiku.  Il-persuna li tul dawn l-aħħar ġimgħat ifforma gvern ġdid fl-Italja, u li ġieb ukoll l-approvazzjoni tas-Senat u l-Parlament, huwa veteran.  Ta’ erbgħa u sebgħin sena ntagħżel biex f’mument ta’ emerġenza jċaqlaq il-pajjiż lejn proċess ta’ riformi.  Dak li ser isir f’dak il-poplu tul is-snin li ġejjin jimmerita attenzjoni għax ser ikun ta’ influwenza fuqna.  Tajjeb li naraw dak li beda għaddej.  Tajjeb iktar li nifhmu lejn fejn ser jinvestu u fejn ser jagħtu l-impenn tagħhom.  Ma’ dan, ċertament aktar fejn ser ikun hemm bidliet wara l-emerġenza.

 

Valuri

 

3.    Draghi jirrappreżenta ideat ċari.  Valuri li mhumiex bażati fuq il-kunċett li l-bniedem huwa biss għodda ekonomika.  Viżjoni li ma tħarisx lejn il-persuna umana bħala individwu li huwa suġġett għall-poter tal-flus jew tal-iżvilupp industrijali.  Meta tisma’ dak li jgħid u taqra dak li jikteb tinduna li fil-kunċetti tiegħu huwa iktar personalista milli f’ ‘l hekk imsejjaħ ‘ekonomiżmu’.  Huwa iktar bażat fuq il-prekonċett li wieħed irid jirrispetta l-oriġinalità ta’ kull bniedem.  Il-kreattività tiegħu, l-ideat partikolari tiegħu.  L-għarfien li kull persuna twieldet bi skop u għandu jkollha soċjetà li tassiguralha l-libertà li twettaq dan.  Mhux waħda formali, imma direttament parteċipattiva.  Mhux waħda li twassal għall-egoiżmu, diviżjoni, iżolament lejn forma ta’ kompetizzjoni ta’ kull persuna kontra l-oħra.  Imma, aqwa minn hekk, hemm viżjoni li tħares li tipproteġi u tassigura żvilupp.  Li tipproteġi, fil-miżuri li jittieħdu, valuri sodi u fundamentali li servewna fis-sekli.

 

Diskors

 

4.    Dan għalina għandu jkollu iktar rilevanza.  Għax huwa persuna ffurmata u mbaskta f’esperjenza umana u ekonomika twila.  Il-pariri tiegħu ntalbu minn diversi mexxejja, kif inhuwa magħruf.  U jrid jingħad li f’dawn l-aħħar snin, kien fattur determinanti ta’ stabilità fl-Unjoni Ewropea.  Dan huwa iktar rilevanti għalina llum.  Dan iktar fil-kuntest li ż-żewġ pajjiżi għandhom l-istrateġija medika tagħhom.  Hemm, bażikament, l-istess direzzjoni.  Il-bżonn li kull ċittadin jingħata t-tilqima neċessarja, u malajr.  Din issa hija prijorità nazzjonali komuni.  Imma, wara, hemm iktar.  Dan għax il-proċessi li jwasslu lejn it-tkattir tal-ġid komuni u tal-iżvilupp soċjali u kulturali futur jiddependi minn kemm dan kollu ser isir tajjeb.  Jiddependi mill-pjan li għandu jsir issa.  Jiddependi fuq il-linji ta’ strateġija li jridu jiġu meħuda.  U dawk li setgħu jisimgħu lil Mario Draghi tul il-ġimgħa jindirizza liż-żewġ Kmamar fehmu li għandu ideat ċari fuq dan.  Mhux biss, imma li beda l-proċess sabiex il-maġġoranza qawwija tal-forzi politiċi jingħaqdu biex iqegħdu l-pedamenti tal-bidla maqbula.

 

Next Generation EU

 

5.    Mertu tal-esperjenza li ġabar tul dawn is-snin jaf aħjar fejn wieħed għandu jinvesti mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.  Li jsir dak kollu possibbli mingħajr ma wieħed jitlef iktar ħin sabiex il-ġenerazzjonijiet li ġejjin ikollhom opportunitajiet iktar aħjar.  Fl-għarfien li l-pajjiż għandu ħafna potenzjal, kif iddikjara: “Siamo una grande potenza economica e culturale”, jista’ jħares ‘il quddiem.  Iħares lejn demokrazija iktar soda u li hija rappreżentattiva tal-poplu.  Waħda li tifhem iktar il-problemi soċjali li l-pajjiż qiegħed imiss magħhom illum u dawk li ser ikun hemm fis-snin li ġejjin.  Pajjiżna għandu wkoll jappreza li jiddependi indirettament fuq kemm dan ser isir tajjeb minnhom.  Jifhem ukoll fejn ser jonfqu “flus l-Ewropa”, biex jara jekk jistax jieħu iktar valur fl-infiq tiegħu, ta’ dak li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu.

 

Konverġenza

 

6.    Hemm f’dan ukoll lezzjoni politika fil-bżonn ta’ konverġenza.  Dak li tressaq bħala forma ta’ ‘falliment politiku’ qiegħed jirriżulta f’linja kompletament opposta.  Il-ħsieb li l-pajjiż qiegħed f’tant diffikultà, “emerġenza”, wassal sabiex jerġa’ jkun hemm il-proċess li l-Italja rat wara l-aħħar Gwerra Dinjija.  Wieħed li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar wieħed jirrealizza li l-ħsara saret min-Nażi-Faxxiżmu għadha żżomm lura diversi soċjetajiet.  Dak li ntefaq fi proċess ta’ distruzzjoni huwa rriversibbli.  Biss, il-bniedem irid, fil-kreattività tiegħu, jipprova jibni mill-ġdid.  Proprju għalhekk li qed naraw mill-ġdid partiti b’ideat li huma irrikonċiljabbli jaslu biex jiftehmu fuq programm ta’ ħidma futura.

 

Pajjiżna

 

7.    Fil-programm Draghi, fost id-diversi oħrajn ninnutaw li t-Turiżmu qiegħed jingħata mill-ġdid prijorità nazzjonali.  Pass li jitlob riflessjoni ikbar mingħandna.  Għax jekk pajjiż sinjur fl-arti u l-kultura qiegħed jara l-bżonn li jaħseb mill-ġdid fuq kif ser jaħdem is-settur turistiku, aktar u aktar għandna aħna nwettqu dan.  Proprju għalhekk li għandna nifhmu iktar kemm fit-tkabbir futur, fid-dimensjonijiet tiegħu ser jiddependi ħafna minna f’daqqa.  L-Gvern qiegħed jagħddi bil-ħsieb li m’għandux bżonn jikkonsulta, jew jaqbel mal-Oppożizzjoni.  Hemm l-iżvilupp kontinwu u konservattiv, fejn kull parti qegħda tindika dak li taħseb, bil-konsegwenza li dak li jgħid il-partit fil-poter irid jiġi mplimentat mingħajr djalogu.  Dan jista’ jkollu xi forma ta’ vantaġġ politiku partiġġjan preżenti, imma ċertament mhux wieħed nazzjonali.  Pajjiżna għandu bżonn miżuri ta’ riforma.

 

Opportunità

 

8.    Għandu bżonn iktar li l-prinċipji li jiggwidawh, fihom ikunu marbuta mal-affermazzjoni tal-bniedem.  Minflok qiegħed jitmexxa iktar lejn ideat strambi ta’ ‘kapitaliżmu’.  Dan huwa żbaljat.  Pajjiżna għandu bżonn li jaffronta l-emerġenza li għandu quddiemu billi jibni programm ta’ riformi li fihom ikun hemm qbil politiku parlamentari.  Li jkunu miftuħa fi proċess ta’ diskussjoni nazzjonali.  Jekk dan jibqa’ ma jsirx, din tkun okkażjoni mitlufa, u jista’ jkun ukoll li jkun diffiċli ħafna li tirkupraha lura iktar ‘il quddiem.  Ir-realtà soċjali ekonomika u politika hemm hija.  Kemm aħna kapaċi nifhmuha hija ħaġa oħra.  Ċertament, però, għandna bżonn numru ta’ riformi li jridu jsiru.

 

 

 

 

 

20.2.21

ĦAL TARXIEN – TRIQ PAOLA - XOGĦLIJIET

 


19005. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm se ddum biex titlesta Triq Paola, Ħal Tarxien? X’xogħlijiet se jsiru?

 

08/02/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Fl-2020, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. B’hekk, minn meta lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 tat bidu għall-programm t’investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, l-aġenzija bniet mill-ġdid mal-285 triq residenzjali biex eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom.

 

Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq residenzjali oħra fosthom Triq Paola f’Ħal Tarxien li hi twila mhux ħażin, tant li din tibda minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali u tmiss ma’ Triq Ħal Tarxien fid-direzzjoni lejn Raħal Ġdid. Ix-xogħlijiet f’din it-triq bdew fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar u jinkludu bdil tal-pajpijiet tal-ilma, servizzi ġodda għall-ilma u telekomunikazzjoni, bini ta’ bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq qabel ma jissaħħew il-pedamenti u jsir wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Fl-istess triq bħalissa għaddej ukoll xogħol minn entità oħra, li qed jiġi kkordinat biex isir waqt il-bini mill-ġdid tat-triq biex jonqos l-inkonvenjent lir-resident. Ix-xogħol kollu mistenni li jkun lest fix-xhur li ġejjin.

 

Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Santa Marija, Triq iż-Żejtun, Triq is-Sorijiet u Triq Marjanu Gerada waqt li diġà hemm ippjanati biex isiru toroq residenzjali oħrajn. Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq residenzjali se jissokta fis-sitt snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta.

 

Fis-sentjen li għaddew, Infrastructure Malta għamlet ukoll xogħlijiet f’aktar minn 230 triq rurali. Għaldaqstant, fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq mifruxin fil-lokalitajiet kollha madwar il-pajjiż, u dan apparti xogħlijet ta’ tiswijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn u l-bini ta’ proġetti kbar li qegħdin jinbnew fit-toroq arterjali.

 

Seduta  427

15/02/2021

ĦAL TARXIEN – TRIQ PAOLA - XOGĦLIJIET

19006. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm se ddum biex titlesta Triq Paola, Ħal Tarxien? X’xogħlijiet se jsiru?

 

08/02/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li dawn ix-xogħlijiet qed isiru minn Infrastructure Malta.  Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  427

15/02/2021

ĦAL TARXIEN – TRIQ BIRŻEBBUĠIA - XOGĦLIJIET

19007. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet se jsiru fi Triq Birżebbuġia, Ħal Tarxien?

 

08/02/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

 

Seduta  427

15/02/2021

ĦAL TARXIEN – TRIQ BIRŻEBBUĠIA - XOGĦLIJIET

19008. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet se jsiru fi Triq Birżebbuġia, Ħal Tarxien?

 

08/02/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li dawn ix-xogħlijiet ser isiru minn Infrastructure Malta.  Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  427

15/02/2021

GUDJA – SUB-STATION TAL-ELETTRIKU - SIGURTÀ

19009. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18315, invista tal-fatt li kien hemm inċidenti simili fis-substation Gudja Olive fil-passat reċenti, tista’ l-Ministru tikkonsidra  li din is-substation tiġi rilokata?

 

08/02/2021

 

  ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda inċidenti oħra simili fis-substation Gudja Olive.

 

Seduta  427

15/02/2021

WIED IL-GĦAJN – BATTERIJA TA’ RIHANA - RESTAWR

19010. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18316, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi biex il-batterija Rihana tiġi f’idejn il-Kunsill Lokali?

 

08/02/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li kien il-Kunsill stess li ħa d-deċiżjoni li ma japplikax għad-devoluzzjoni tal-Batterija.

 

Seduta  427

15/02/2021

 

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN – SECOND SECRETARY

19016. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa riċenti għall-pożizzjoni ta’ Second Secretary fi ħdan il-Ministeru hiex differenti minn dawk preċedenti u jekk iva f’liema partijiet?

 

08/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat illi l-uniċi partijiet li huma differenti f’din is-sejħa meta mqabbla ma dawk preċedenti huma fit-Termini u Kundizzjonijiet, u fir-Rekwiżiti tal-Eliġibbilita’

 

Seduta  428

16/02/2021

IL-GUDJA – IN WORK BENEFIT

19015. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni fil-Gudja bbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

 

08/02/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif indikata f’din it-tabella t’hawn taħt.

 

Gudja

Sena 2020

Benefiċċjarji

Nefqa

Nisa

12

€ 2,504.73

Irġiel

16

€ 8,978.68

Total

28

€ 11,483.41

 

Seduta  428

16/02/2021

KORP DIPLOMATIKU – FTEHIM KOLLETTIV

  

 

19014. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim kollettiv li ġie ffirmat mal-Korp Diplomatiku fis-sena 2019 huwiex jiġi implimentat fis-sħiħ jew le?

 

08/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat illi l-ftehim kollettiv li ġie iffirmat mal-Korp Diplomatiku fl-2019 qed jiġi implementat fis-sħiħ.

 

Seduta  428

16/02/2021

SANTA LUĊIJA – IN WORK BENEFITS

  

 

 

19013. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Santa Luċija bbenefikaw mill-in work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

 

08/02/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif indikata f’din it-tabella t’hawn taħt.

 

Santa Luċija

Sena 2020

Benefiċjarji

Nefqa

Nisa

14

€ 18,097.88

Irġiel

11

€ 9,043.26

Total

25

€ 27,141.14

 

 

Seduta  428

16/02/2021

MCAST – XOGĦLIJIET

19012. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18185, tista’ l-Ministru tgħid liema bini ġdid tlesta fil-kumpless tal-MCAST tul is-sena li għaddiet? F’liema pożizzjoni jinsab il-proġett sħiħ u meta mistenni jiġi fi tmiemu?

 

08/02/2021

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-binja tal-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport tlestiet fl-2019. Matul is-sena 2020, tkompla x-xogħol relatat mal-binjiet tal-MRC u l-IICT. Madwar 65% tax-xogħol relatat mal-binjiet issa lest. Huwa stmat li dawn il-binjiet jitlestew sal-2022/2023.

 

Seduta  428

16/02/2021

WIED IL-GĦAJN – BATTERIJA TA’ RIHANA

 

 

19011. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk inbdewx il-proċeduri neċessarji sabiex il-Batterija Rihana f’San Tumas tgħaddi għand il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn?

 

08/02/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

 

Seduta  428

16/02/2021

UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI TAL-FGURA

 19022. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika kemm persuni wżaw is-servizz tal-post tul is-sena 2020?

 

08/02/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-pandemija tal-covid-19, l-Uffiċċju Distrettwali tal-Fgura bħal kull uffiċċju distrettwali ieħor, kien miftuħ bil-ħinijiet normali sas-6 ta’ Marzu 2020, filwaqt li kien qiegħed jopera b’servizz limitat sat-3 ta’ Lulju 2020, f’liema perijodu l-uffiċċju kien magħluq għall-pubbliku, bħal kull uffiċċju distrettwali ieħor.

 

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, mis-6 ta’ Lulju 2020, is-servizzi li kienu jingħataw mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju distrettwali u uffiċini distrettwali oħra, bdew jingħataw minn uffiċjali ta’ Servizz.Gov.

 

Għaż-żmien li l-uffiċċju tal-Fgura kien miftuħ għall-pubbliku, matul l-2020, sal-5 ta’ Lulju 2020 (sal-ġurnata li l-Uffiċini Distrettwali kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali), kien hemm 815-il persuna li wżaw is-servizzi li kienu offruti permezz ta’ tliet (3) uffiċjali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

 

Seduta  429

17/02/2021

SPTAR MONTE KARMELI – PERSUNI AMMESSI U RIKOVERATI

19021. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni ġew ammessi fl-Isptar Monte Karmeli tul l-2020 u jista’ jindika kemm kien hemm persuni rikoverati sal-aħħar tas-sena 2020?

 

08/02/2021

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2020 kien hemm 1637 persuna li ġiet ammessa fl-isptar Monte Karmeli. Minn dawn kien hemm 1461 persuna li ġiet discharged u 1072 minnhom ma kellhomx bżonn aktar trattament mill-istess sptar.

 

Seduta  429

17/02/2021

 

UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI TA’ RAĦAL ĠDID

 


19020. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid? Jista’ jindika kemm persuni wżaw is-servizz tal-post tul is-sena 2020?

 

08/02/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba l-pandemija tal-Covid-19, l-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid, bħal kull uffiċċju distrettwali ieħor, kien miftuħ bil-ħinijiet normali sas-6 ta’ Marzu 2020, filwaqt li kien qiegħed jopera b’servizz limitat sat-3 ta’ Lulju 2020, f’liema perijodu l-uffiċċju kien magħluq għall-pubbliku, bħal kull uffiċċju distrettwali ieħor.

 

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, mis-6 ta’ Lulju 2020, is-servizzi li kienu jingħataw mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju distrettwali u uffiċini distrettwali oħra, bdew jingħataw minn uffiċjali ta’ Servizz.Gov.

 

Għaż-żmien li l-uffiċċju ta’ Raħal Ġdid kien miftuħ għall-pubbliku, matul l-2020, sal-5 ta’ Lulju 2020 (sal-ġurnata li l-Uffiċini Distrettwali kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali), kien hemm 1,882 persuna li wżaw is-servizzi li kienu offruti permezz ta’ erba’ (4) uffiċjali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

 

Seduta  429

17/02/2021

ĦAL TARXIEN – IN WORK BENEFIT

 

 19019. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Ħal Tarxien ibbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

 

08/02/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hi kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt:

 

 

Tarxien

Sena 2020

Benefiċjarji

Nefqa

Nisa

63

€ 38,281.08

Irġiel

64

€ 40,739.79

Total

127

€ 79,020.87

 

Seduta  429

17/02/2021

IL-FGURA – IN WORK BENEFIT

19018. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni fil-Fgura bbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

 

08/02/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hi kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt:

 

Fgura

Sena 2020

Benefiċjarji

Nefqa

Nisa

66

€ 47,354.32

Irġiel

127

€ 76,643.34

Total

193

€ 123,997.66

 

Seduta  429

17/02/2021

RAĦAL ĠDID – IN WORK BENEFIT

 19017. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Raħal Ġdid bbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

08/02/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hi kif indikata f’din it-tabella hawn taħt.

 

Raħal Ġdid

Sena 2020

Benefiċjarji

Nefqa

Nisa

44

€ 36,253.77

Irġiel

62

€ 43,270.28

Total

106

€ 79,524.05

 

Seduta  429

17/02/2021

16.2.21

Forom Awtoritarji ġodda

1. Mhux dejjem forzi ta’ prepotenza u kontroll jidhru fid-deher. Hemm min jagħti l-ordnijiet li ma jmissux u dawn narawhom jew inmissu magħhom. Hemm però setgħat oħra li jiddominaw u jirnexxilhom f’dan mingħajr ma jkunu identifikati. Hemm awturi varji bħal George Orwell li kiteb dwar min jikkmanda b’abbuz tal-jedd fuq l-oħrajn. Il-kotba tiegħu jibqgħu għad-disposizzjoni tagħna iktar u iktar għal min jrid jifhem iktar r-rejaltà li qed ngħixu fiha. Il-ħajja u l-għarfien tal-kurrenti tagħha ma humiex dejjem fl-għajn esterna u interna tagħna. Nafu nkunu “maħkumin” mingħajr ma nirrejalizzaw jew nindunaw.

 Argument xejn faċli.

 2. Diġà qed ngħixu f’dinja fejn il-moħħ ta’ diversi huwa maħkum mit-teknoloġija moderna. Id-dominazzjoni ġejja fl-attwalità dak ta’ issa kif ukoll fil-mudelli li l-bniedem qiegħed jimita mingħajr ma jinduna. Hemm bżonn li wieħed jifhem biex jafferma mill-ġdid il-bniedem. Jafferma d-dinjità tiegħu, l-umanita sħiħa tiegħu. Ikun attent li ma jiġix de-umanizzat. Li ma jitlifx minn dak li huwa biex isir iktar dak li ma għandux ikun. Is-soċjetà tagħna fil-mument attwali għandha ħakma għaddejja fuqha. Il-bniedem fil-ħajja ġie iktar għas-servizz tat-teknoloġija moderna. Huwa iktar taħt id-dominju tal-apparati li għandna bħal mobile avvanzati li hawn għad-disposizzjoni.

 Distratti

 3. Tmur fejn tmur tara forom ta’ “imħabba” lejn dak li jidher fuq il-mobiles avvanzati. Hemm forom ta’ aljenazzjoni u tixrid tal-moħħ. Hemm ħakma tal-attenzjoni fis-sens li l-ħsieb u l-prijoritajiet jiġu kontrollati. Tħares lejn min tħares ħafna drabi tinnota li l-għajn qed issegwi iktar dak li dawn l-kaxxi zgħar għandhom iktar mill-ħajja ta’ madwar. Mhux biss bnedmin qed ikunu f’dan mitlufa imma qed jgħixu “realtà” apparenti. Mhux biss imma il-linja tal-ħsieb tagħhom hija dominata minn dak li ħaddiehor irid jaħkimhom biha. Hija ferm iktar faċli biex tmexxi linji ta’ propaganza ta’ tmexxija ta’ ideat żbaljati. Anzi iktar li tmexxi l-gideb bħala verità. Li tabbuża mis-sistema. U l-bieb għal tali aġir huwa iktar għas-servizz ta’ mexxejja politiċi li għarfu l-vantaġġi għall-politika tagħhom li dawn jgħatu. Ċertament jekk Orwell kellu jerġa jitwieled naħseb li kien jgħaraf li l-mezzi li għandna f’idejna u li ngorru magħna qed jinfluenzawna wisq. Kien jikteb kotba oħra.

 Il-Bniedem

4. F’dan wieħed jifhem iktar li l-bniedem qiegħed jieħu indirettament ordnijiet li huwa stess jaċċetta mingħajr ma jifhem li qed iwettaq dan. Ċerti drabi bil-ħakma tal-ħsieb li wieħed għandu jsegwi lill-ieħor. Jekk wieħed għandu apparat l-ieħor għandu jkollu. Jekk wieħed juża tali apparat fil-“vantaġġi” li oħrajn qed jieħdu daqshekk ieħor huwa. Imma iktar minn hekk hemm id-diffikultà li l-bniedem qiegħed għal darb’oħra jżarma lilu innifsu biex isir jimita karatteristika u sura li m’ għandux jew aħjar m’ għandux jkollu. Il-bniedem għal darb’oħra flok jafferma l-indipendenza tiegħu. Flok iħalli l-ispirtu liberu tiegħu ikun sod qiegħed jippermetti lilu innifsu jsir magna jew parti minn sistema mekkanizzata. Fil-ħsieb li qiegħed isegwi ‘n-natura’ tiegħu qiegħed jipprova jilħaq dak li ma huwiex.  Jipprova forom ta’ perfezzjonijiet organizzattivi li jwassluh biex la japprezza lilu nnifsu u anqas lil dawk li għandu miegħu.

Waqt u wara l-pandemija

5. Fil-bidu tas-sena l-ġurnal The Economist fil-pubblikazzjoni tiegħu “The World in 2021” jiftah f’iktar gravità u attenzjoni għal dan. Hemm hemm din it-twissija indiretta; “The post-covid world will be far more digital. From remote working to online retail, the pandemic has compressed years’ worth of transformation into months, bringing with it a dramatic shake-up in how people live, what they buy and where they work.” Li jfisser li billi ġejna iktar dipendenti fuq it-teknoloġija m’aħniex sejrin inneħħuha wara anzi ser taħkimna iktar. Ser nibqgħu f’kelma waħda f’livel għola fil-bidliet li ser isiru. Il-ħajja tal-bniedem ser iktar tgħaddi mit-teknoloġija biex tirreġistra avvanz. Dan ikun perikoluż jekk ma ngħarfux li hemm f’dan l-opportunità għal haddiehor biex jaħkem. Sija jekk ikunx fis-suq sija jekk jkunx fil-politika sija iktar fl-istil tal-ħajja li qed tiġi imposta fuq dawk li ma jikkonformawx. Fuq dawk li jridu jipproteġu l-umanità tagħhom. Jirreżistu sabiex il-libertà tagħhom tinżamm.

 Algoritmi

 6. Diġa għandna sistema fejn hemm kontrolli u influenzi li ma narawx. Imwielda mill-ħsieb li l-moħħ tagħna għandu jiġi influenzat. Anzi li huwa għas-sistema “leġittimu” li niġu mgħoddija informazzjoni li ma tlabniex. Sistema li tidher “intelliġenti” imma fin-nuqqas ta’ kontroll qed issir dejjem iktar “abbużiva” u invadenti. Jekk tfittex suġġett partikolari fil-libertà li t-teknologija suppost tagħtik tibda ssib li ddur fejn iddur għandek “suġġerimenti” li ma tlabtx. Hemm asfissijar qawwi li hemm min iħossu u hemm ħafna li mhux talli ma jħossux talli qed jinħakmu f’dak li huwa “normali”. Dak iktar f’dan dak li hemm min qiegħed jitkellem fuqu bhala “new normality”. Flok nieħdu lura l-arja u l-ispazju tagħna l-prospett huwa anzi ta’ ħakma ikbar.

 Hemm bzonn difiża

 7. Jista’ jkun li wieħed jista’ jipprotegi ruħu minn dan, li jaqbeż għaċ-ċittadin normali tagħna u vulnerabbli f’dan. Biss is-sistema taf tkun iktar komplikata biex toħroġ minn dan l-abbuz. Mhux biss imma iktar gravi li s-sistema tmexxik sabiex dan l-aġir ta’ resistenza ikun l-eċċezzjoni mhux ir-regola ġenerali. Il-bniedem mhux mgħarraf fil-fruntieri l-ġodda tat-teknologija anzi illum fil-prospett ta’ futur iktar dominant għandu bzonn protezzjoni effettiva. Għandu bzonn li jkollu mekkaniżmi legali u li jimbnew linji politiċi, prijorità nazzjonali li jgħarfu dan u l-importanza li wieħed jiddefendi l-bniedem. Għandna drittijiet fil-liġijiet tagħna li huma ta’ garanzija f’ħafna abbużi oħra biss f’dan l-ambjent-teknoloġiku qiegħed jiftah xenarju li jitlob difiża. 

 Il-Ħakma

8. Il-hakma ma għandhiex neċessarjament issir mill-persunaġġi w l-karattri ta’ George Orwell fir-“Razzett tal-Bhejjem”. Qed issir b’iktar intelliġenza u poteri li m’humiex jidhru. Qed issir b’idejn li ma jidhrux imma li qegħdin fil-fatt “jikkontrollawna”. Ma hemmx trasparenza f’dan. Hemm il-kawzi u minnhom il-konsegwenzi u l-effetti tagħhom. Il-bniedem diġà qabad toroq li qed jieħduh fejn huwa stess ma jgħarafx. Qed jagħti l-kunsens tiegħu mingħajr ma huwa jara li qed jaċċetthom. Isir “kompliċi” indirett mingħajr m’għandu min jiftaħlu għajnejh.   Bejn dak li qiegħed jiġi prospettat li ser iseħħ waqt u wara l-pandemija jibqa ċert li huwa dmir tagħna li naraw li ma jkollniex twelid ta’ forom awtoritarji ġodda fis-soċjetà tagħna.

 

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...