1. Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, dan l-Att ġie approvat mill-Parlament tagħna u sussegwentement, is-sena ta’ wara, nġieb fis-seħħ. Dan l-Att huwa pass importanti fis-sistema ġuridika tagħna. Pass li fuqu nistgħu niftħu kapitolu verament ġdid sabiex persuni li jsibu ruħhom fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, wara sentenza tal-Qrati ta’ dawn il-gżejjer, ikunu jistgħu jirriformaw ruħhom. Il-piena minnha nnifisha hija deterrent. Il-ħsieb biss li tista’ tqatta’ xi żmien nieqes mil-libertà tiegħek ġewwa ċella, żgur mhux forsi, għandu l-effett li jżomm lil dak li jkun milli jġib ruħu b’mod żbaljat. Dan fih valur, però l-esperjenza ta’ dawn l-aħħar snin turi biċ-ċar li m’huwiex biżżejjed. Hemm bżonn ta’ strutturi oħra li jibdlu lil dawk li jirfsu l-bieb tal-post. Dawn huma issa parti mis-sistema, u bdew jaħdmu.
2. Dan il-pass huwa wieħed importanti ħafna. Diġà għamilnih u qiegħed jagħti l-frott tiegħu. M’huwiex faċli tibdel bnedmin li jkunu draw jgħixu ħajja li twassalhom għall-kriminalità. Hemm min żbalja darba u hemm min iktar minn darba. Kull persuna ħaqqha l-attenzjoni neċessarja da parti mill-Istat. Ħaqqha li wieħed jipprova jibdilha billi jagħtiha programm biex tista’ taqbad triq differenti milli qabdet. L-eżempji ħżiena jridu jiġu kumbattuti b’dawk tajba. Ċittadin, jekk mar fejn m’għandux, irridu ngħinuh. Dik l-għajnuna tista’ ssir billi jinbena pjan għal kull persuna skont il-karattru, l-esperjenza, l-edukazzjoni u t-tfixkil li għandha. Bl-Att hawn fuq imsemmi, sar issa parti mil-liġi li min daħal fil-Faċilità jitqiegħed fuq ħidma biex jinbidel. Mhux kull programm huwa l-istess. Dak li jgħodd għal persuna mhux neċessarjament ikun jgħodd għal persuna oħra. Mhux biss, imma dik il-persuna jrid ikollha l-volontà li tibdel lilha nfisha billi tidħol għal dan il-programm ta’ riforma.
3. Biex tassigura li min qiegħed fil-Faċilità, hu min hu, jidħol għal dan il-programm, il-liġi ħadet ħsieb iddaħħal għall-ewwel darba żewġ kunċetti ġodda. L-ewwel, dak tal-parole; u t-tieni, li r-remissjoni trid taħdem għaliha. Is-sistema ma tħarisx lejn il-parole u r-remissjoni bħala toroq alternattivi għal xulxin, fis-sens li min qiegħed fil-Faċilità jrid jagħżel liema triq jaqbad, bl-esklużjoni tal-oħra. Imma triq hemm waħda: dik li jekk trid tieħu l-benefiċċju tal-parole jew tar-remissjoni, trid bilfors tidħol għall-programm. Jekk trid toħroġ qabel il-piena imposta mill-Qorti, allura trid taħdem għaliha. Dan sar għax inkella kien ikun hemm il-periklu li ma jkunx hemm l-impenn neċessarju sabiex, min qiegħed hemm ġew, jibdel lilu nnifsu. Għax qabel, ġaladarba priġunier ma kienx jaqla’ nkwiet, allura kien jista’ jieħu r-remissjoni, li hija tnaqqis ta’ terz tal-piena. Dan fisser għalhekk li r-remissjoni ma baqgħetx tiġi kkunsidrata bħala awtomatika, imma sistema li fiha persuna trid tibda taħdem għaliha wkoll, bħall-parole.
4. Illum, il-Bordijiet kollha taħt il-liġi huma mwaqqfa. Għalhekk, il-pjan ta’ kura għal kull persuna jrid jiġi approvat mill-Offender Assessment Board, li jorbot. Fuq dan il-pjan, dak li twettaq il-persuna li tkun hemm ġew, allura tista’ tibbenefika skont kemm issegwih u kemm taħdem, sija mir-remissjoni kif ukoll mill-parole. Fil-Faċilità diġà hemm qed jaħdmu l-mekkaniżmi neċessarji għal dan il-għan. Il-Bord tar-Remissjoni, magħmul minn erba’ persuni, diġà qiegħed jara jekk japprovax jew le l-għotja tar-remissjoni u jista’ jimponi kundizzjonijiet fuq min jingħata dan il-benefiċċju. Il-Bord tal-Parole twaqqaf huwa wkoll u diġà qiegħed jikkunsidra t-talbiet għal dan il-għan. Kuntrarjament għad-diskors żbaljat li ngħad minn uħud, is-sistema diġà bdiet taħdem, u b’mod tajjeb.
5. Biss, bħal kull sistema ġdida, ma tistax tirnexxi f’daqqa imma meta takkumula l-esperjenza li tiġi maż-żmien. Biex persuni jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-sistema jrid ikun jimmeritahom. Il-liġi, li ġiet approvata bil-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra, tippreskrivi li biex persuna toħroġ bil-parole, per eżempju wara nofs it-terminu mogħti lilha, trid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Offender Assessment Board u dawk tal-Bord tal-Parole innifsu. Hemm attenzjoni kbira mogħtija lil dan il-proċess mil-liġi billi għandu jkun hemm kontrolli neċessarji li permezz tagħhom jiġi assugurat li min qiegħed joħroġ qabel, qiegħed verament jirriforma ruħu u jħallas lura ta’ dawk li wettaq ħażin, sija lill-vittma diretta, kif ukoll lis-soċjetà.
6. Il-proċess tal-bidla li sar permezz tal-Ġustizzja Riparatriċi huwa kbir. L-impatt tagħha huwa wieħed kumulattiv. Ma’ kull ġurnata tiżdidilha fl-importanza u fil-mod tajjeb ta’ kif tiġi mħaddma. Is-suċċess ma jistax ikun immedjat jekk irid isir bis-serjetà, iżda fit-tul. Żgur mhux forsi, però, sar xogħol tajjeb u kbir sabiex inbidlu diversi strutturi interni, kif ukoll biex tinbidel il-kultura tal-post. Dak li sar huwa diġà tajjeb ħafna. U żgur mhux forsi, il-benefiċċju ta’ din il-liġi ser jinħass għada pitgħada fis-soċjetà tagħna. M’huwiex sew però li hawn min, għall-iskopijiet elettorali tiegħu, jrid jipprova jċekkinha, jmaqdarha u joskuraha fix-xejn. Filwaqt li nittama li jkolli l-okkażjoni nikteb aktar fuq dan is-suġġett irrid ngħid li x-xogħol li sar, qiegħed isir u għad irid isir, sabiex ikompli jirnexxi appoġġ għandu bżonn u mhux tmaqdir.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Carm Mifsud Bonnici. Show all posts
Showing posts with label Carm Mifsud Bonnici. Show all posts
16.11.12
13.11.12
Wettaqna s-sewwa
1. L-aħbarijiet ekonomiċi ta’ dawn l-aħħar jiem għandhom ikomplu jqawwulna qalbna. Jimlewna bit-tama li d-diffikultajiet fis-swieq, fil-kummerċ u fil-finanzi varji tal-Ewropa u tad-dinja qegħdin fit-triq tal-bidla. Qabdu l-mixja sabiex nirkupraw u nerġgħu naraw il-bini mill-ġdid ta’ soċjetà li kapaċi timxi passi oħra ‘l quddiem. Meta nduru lura u naraw fuq naħa x’ġara lil popli oħra madwarna u fuq in-naħa l-oħra x’ġara f’pajjiżna, nistgħu ngħidu li għamilna ħilitna. Għamilna dak kollu li huwa possibbli sabiex, kemm jista’ jkun, ma ngħaddux minn dak li għaddew minnu oħrajn. Ma jkollniex il-bżonn li ngħaddu minnu. Ta’ dawk li kellhom inaqqsu l-ħaddiema mal-Gvern, ta’ dawk li naqqsu l-pensjonijiet, ta’ dawk li raw inqas nies jaħdmu u negozji jagħlqu.
2. Il-kriżi ekonomika li ħakmitna f’dawn l-aħħar erba’ snin issa qegħda tidher li qed tbatti. Is-sitwazzjonijiet f’numru ta’ pajjiżi madwarna jidhru li qegħdin jinbidlu. Dak li qabel ma kienx kontrollat, issa jidher li huwa. Dak li kien jidher li nieżel ‘l isfel il-ħin kollu, issa hemm stabilità u sinjali li r-rota bdiet iddur biċċa biċċa lura ‘l fuq. Pajjiżna f’dan għandu vantaġġ li jista’ juża tajjeb. Għandu l-vantaġġ li m’għaddiex mill-istess intensità ta’ diffikultajiet u tbatijiet li għaddew minnhom oħrajn. Żammejna l-ekonomija għaddejja, l-impjiegi baqgħu jiżdiedu, bqajna niġbdu l-investiment varju hawn u dan għax ħadna l-miżuri tajba sabiex salvajna dak li ħaddieħor ma kienx kapaċi jsalva. Il-fatt li għażilna li nagħtu prijorità lix-xogħol u nikkonċentraw l-isforzi tagħna biex insalvaw u nkabbru d-diversi fabbriki li daħlu fi kriżi salvatna lkoll.
3. Wettaqna s-sewwa, biss dan ma jfissirx li kull persuna ħadet benefiċċju dirett, anzi diversi minn dak indirett. Dawk li baqgħu fl-impjieg, dawk li sabu wieħed ġdid ħadmu huma u b’dak li qalgħu ħaddmu lill-oħrajn. L-ekonomija hija katina ċara: iktar ma tikber u tkun soda, iktar tmexxi ‘l quddiem ‘il-pajjiż. Fir-realtà, il-pajjiż għandu llum varjetà ta’ setturi li jiggarantixxu x-xogħol. M’għadniex marbuta ma’ linja waħda, iżda b’ġabra li qed iservu sabiex ikabbruna b’rati ta’ tkabbir li qatt ma kellna bħalhom qabel f’pajjiżna. L-iktar importanti però jibqa’ żgur li ma rajniex biss tkabbir temporanju. Żammejna li naraw li kull settur li twieled ġdid kompla jikber u javvanza u ma marx lura. Is-settur tas-servizzi finanzjarji huwa eżempju mill-iktar ċar ta’ dan, fejn il-fruntieri ġodda ma jiqfux jiżviluppaw.
4. Iċ-ċavetta ta’ dan is-suċċess ġejja minn deċiżjonijiet strateġiċi u tajba li ħadna f’dawn l-aħħar snin. Biex kabbarna l-ekonomija ħadna ħsieb li nipprovdu lil min irid jiftaħ negozju ġdid jew investimenti ġodda b’ħaddiem li huwa ferm iktar mgħallem minn ta’ postijiet oħra. Ma ħallejniex l-edukazzjoni tagħna tibqa’ waħda utilitarja. Għax it-tagħlim huwa neċessarju fih innifsu, independement mill-ekonomija. M’għandux jiddependi minnha biex jeżisti. Biss, meta tieħu deċiżjonijiet strateġiċi f’dawn iż-żewġ setturi ssib li l-ekonomija ma tavvanzax ‘il quddiem jekk ma jkollhiex edukazzjoni b’saħħitha li trid li jkollha iktar ċittadini jitgħallmu. U proprju għalhekk li kellna suċċess, għax l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna tant qed iħarrġu tajjeb li għandna x’noffru dak li oħrajn ma jistgħux.
5. Kienet u baqgħet deċiżjoni li ggarantiet is-suċċess tagħna dik li stabbilejna li l-pajjiż irid jinvesti tajjeb fis-soċjetà billi jgħin lill-istudenti f’diversi setturi jirċievu stipendju kontinwu fit-triq tagħhom. Fejn, f’liema pajjiż fl-Unjoni Ewropea għandhom dan il-vantaġġ li assigura, tul dawn l-aħħar snin, li jkollna aktar Maltin u Għawdxin mgħallma, gradwati, professjonisti li permezz tagħhom il-pajjiż seta‘ jwieġeb f’dan il-perjodu partikolari għall-isfidi li qed niffaċċjaw ilkoll? Il-ġebla tax-xewka tagħna lkoll hija proprju din. Iktar edukazzjoni għal iktar persuni. Illum, tmur fejn tmur, titkellem ma‘ min titkellem issib li għandek iktar familji li għandhom ulied jew neputijiet li daħlu f’xi istituzzjoni edukattiva u ħarġu gradwati.
6. Jistgħu jmaqdruna. Faċli tipprova tagħti x’tifhem li hemm xi ħadd aħjar minna, imma r-realtà hija li ħadd ma jista‘ jmeri li f’dawn l-aħħar snin ħadna deċiżjonijiet tajba. Wettaqna s-sewwa billi ħadna ħsieb norbtu tajjeb l-ekonomija, l-edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa b’xejn. Fejn ħaddieħor kellu jaqta’ u jnaqqas, aħna minflok għamilna l-kontra. L-impjiegi żdiedu, il-pensjonijiet baqgħu garantiti, il-ħaddiema tal-Gvern baqgħu jaraw is-salarji tagħhom jikbru u kabbarna l-infiq fl-edukazzjoni. Dan huwa mertu ta‘ varjetà ta‘ deċiżjonijiet li ġew meħuda għas-sewwa u t-tajjeb. Il-valuri demokratiċi nsara tagħna żammewna ngħarfu dak li huwa tajjeb minn dak li m’huwiex, dak li huwa ġust minn dak li hu inġust. Wettaqna s-sewwa, u għalhekk qed nerġgħu nsibu s-sewwa.

9.11.12
Moħħ tajjeb
1. Id-dibattitu li kellna l-Ġimgħa filgħaxija bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni kien verament interessanti. Kull min daħal lura sabiex jagħti attenzjoni lill-politika f’dawn il-jiem seta’ jara, seta’ jqabbel. Jara dak li huwa kapaċi jwettaq wieħed u dak li qiegħed jgħid li ser ikun kapaċi jwettaq l-ieħor. L-elettorat preżenti mhux dejjem jifhem biżżejjed dak li ser niffaċċjaw fl-elezzjoni ġenerali li, għada pitgħada, trid tiġi. Hawn wisq vuċijiet f’daqqa u hemm ukoll messaġġi li qegħdin jitilqu minn postijiet differenti fl-istess partit. Dan inissel nuqqas ta’ għarfien ta’ x’qiegħed isir u x’qed jiġi offrut miż-żewġ partiti għal-leġislatura li ġejja.2. Għalhekk id-dibattitu tal-bieraħ serva. Serva biex diversi jaraw li l-Prim Ministru huwa l-uniku persuna li huwa verament kapaċi jmexxi ‘l quddiem lill-poplu u lill-pajjiż tagħna. Il-bniedem, tul id-dibattitu kollu baqa’ attent u ffukat f’dak li qiegħed jgħid. Preparat ħafna, u kien kapaċi jfiehem tajjeb ħafna dak li aħna, ir-riżultati li ksibna u fejn qed nimmiraw li mmorru. Kien ċar mill-bidunett li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma riedx jidħol fid-dibattitu. Jibqa’ jsegwi dik il-linja politika li biha toqgħod barra milli tipprova tagħti kontribut, tistenna biss il-jiem tal-elezzjoni biex minn hemm tipprova tagħti perċezzjoni li kapaċi. Hemm forom differenti ta’ għażż mentali u, sfortunatament, din waħda minnhom. Fir-realtà hija għal kollox żbaljata għax proprju kull politiku għandu dmir li jkun pożittiv u jaħdem għas-sewwa.
3. F’dan id-dibattitu, il-Kap tal-Oppożizzjoni tilef opportunità oħra li jibda jiddikjara dak li beħsiebu jimplimenta jekk l-elettorat jivvutalu. Kien il-ħin kollu f’pożizzjoni li mhux biss jikkritika, imma li jkun ukoll kostruttiv f’dak li ser ikun qed jipproponi. Minflok mar direttament għall-punt baqa’ jdur, jitkellem fl-arja u jipprova jagħti x’jifhem li dak li jaħseb, min qed jisimgħu, qed jifhmu. Da parti tiegħu kien fiċ-ċar eżerċizzju f’dak li hija l-politika żbaljata. F’dak li m’għandniex nistennew u dak li, fir-realtà, jixħet lura l-kamp politiku kollu kemm huwa. Meta politiku jieħu dan l-atteġġjament, flok ikun qiegħed iwassal għall-ideat li jagħmlu l-ġid, ikun qiegħed jostakolahom. Ngħid li b’dak li sar il-Ġimgħa l-pajjiż qiegħed, biċċa biċċa jinduna li l-linja tiegħu hija waħda li la għamlet terrimoti u wisq u wisq inqas kapaċi tibdel xi ħaġa.
4. Il-kuntrast kien ikbar għalhekk waqt id-dibattitu. L-uċuh taż-żewġ mexxejja kienu jindikaw, fuq naħa l-indifferenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni, u l-oħra l-għarfien tal-piż tar-responsabbiltà ta’ min irid imexxi ‘l quddiem. Kull domanda li saret lil Lawrence Gonzi weġibha. Ma ħarabx b’risposti sempliċi jew li jevadu l-punt. Kien kull darba preċiż, korrett u trasparenti. Ta spjegazzjonijiet li juru li wara d-deċiżjonijiet u l-linji politiċi li ħa kien hemm raġunijiet li huwa wera. Kien f’dan ukoll kapaċi jmur fil-livell ta’ kull wieħed u waħda minna. Ma ppruvax jitkellem għall-udjenza intellettwali jew li hi biss tifhem fis-suġġett, imma mar biex iwassal biċ-ċar il-kif u l-għala. Dan, il-persuni li segwew il-programm, apprezzawh. Bħal ma apprezzaw ħafna li f’ebda mument ma kien hemm xi kumment żejjed u bla sens da parti tiegħu. Żgur mhux forsi, min jaħseb għaraf li, anke jekk ma jaqbilx miegħu xorta huwa bniedem mimli b’esperjenza u intelliġenza.
5. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma qagħadx attent f’dan. Il-politika mhix xi logħba madwar il-mejda tal-ikel li tista’ tqum minnha u tittraskura. Kull min qiegħed fiha jrid jagħti sehmu. Il-Ġimgħa deher li jrid jagħmel dan, u dan minkejja li issa ż-żmien qiegħed isir. Għalhekk, il-partit fl-Oppożizzjoni, għalkemm għandu d-dmir jieħu sehem veru, qiegħed jiżbalja li jkompli jaħrab minnu. Għandu d-dmir li jibda jindika x’ser jipproponi li jagħmel għal-leġislatura li ġejja. Ma jistax, dejjem jekk l-ewwel irid ikun kredibbli u t-tieni jipparteċipa fil-politika t-tajba, jibqa’ jkun gallarija jħares ‘l isfel lejn dak li huwa għaddej. Il-politika ekonomika tiegħu hemm bżonn tkun trasparenti, bħal ma hemm bżonn jiċċara kif ser inaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew kif ser jibni s-sistema ta’ tassazzjoni tagħna lkoll. Li taħrab minnhom kull darba, li taħrab li twieġeb, turi li minflok ma għandek ebda politika ta’ xejn ippreparata. Allura l-linja tiegħek tiegħek hija biss li tidher li ser twettaq xi ħaġa li fil-fatt illum diġà taf li m’intix kapaċi twettaq.
6. Fl-aħħar tad-dibattitu, deher ferm iktar evidenti li l-Prim Ministru kien serju u onest f’dak li qal u wettaq. Kien ferm iktar leali lejn il-poplu Malti. Ma ppruvax juri dak li m’huwiex, iżda wera x’inhija l-pożizzjoni preżenti tal-pajjiż. Wera iktar li, fix-xenarju sħiħ tagħna, kien mhux biss kapaċi jaffronta dak li għaddejna u għadna għaddejjin minnu, imma wkoll li jħares ‘il quddiem. Kliemu ma’ kienux marbuta ma’ viżjoni limitata għall-preżent, imma waħda li qegħda tħares lejn il-futur. Tul il-programm ħarġet il-verità li l-bniedem għandu ċar f’moħħu dak li jrid iwettaq għada pitgħada. Ta’ dak li jara x’għandu jsir sabiex il-poplu javvanza mhux bi proposti li ma jistgħux iseħħu, imma proprju sforz l-esperjenza li ġabar ta’ dak li verament kapaċi jitħaddem biex minnu joħroġ il-ġid. Żgur mhux forsi, fl-aħħar tal-programm dawk li huma liberi fl-opinjonijiet tagħhom fehmu li ma hemm ħadd li huwa kapaċi jissuperah, li għandu l-moħħ sabiex imexxi tajjeb lil dan il-poplu u lil dawn il-gżejjer.
31.10.12
Nibqgħu pożittivi f’ħidmietna
1. Il-pajjiż tagħna għaddej minn perjodu ta’ bidla importanti. Il-pożizzjoni strateġika tiegħu fil-Mediterran u fi ħdan l-Unjoni Ewropea jagħtuh l-opportunità li jikkontribwixxi lejn trasformazzjonijiet ġodda. Kien, f’ħafna sens, provvidenzjali li kien hawn din il-leġislatura. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien il-persuna t-tajba fil-mument opportun. Il-kriżi fil-pajjiżi li jmissu mal-baħar ta’ madwarna sabitna sodi u ppreparati għaliha. Il-passi li ġew meħuda minnha servewna f’żewġ direzzjonijiet. Ġew tajjeb għalina għax żammejna l-paċi u l-istabilità soċjo-ekonomika interna; u t-tieni, b’ħidmietna assistejna lill-oħrajn fl-għawġ tagħhom. F’dawn il-ħames snin ta’ din il-leġislatura, pajjiżna sab ruħu fil-mument li għandu quddiemu opportunità unika.2. Opportunità li jikber iktar mid-daqs ġeografiku tiegħu u jagħti sehem determinanti li ser isservih għas-snin li ġejjin, għal-leġislatura li għandna issa quddiemna. Investejna fid-demokrazija ma’ kull min għandna ġirien u ħbieb. Dan billi konna kolonna ta’ servizzi u pariri f’dak kollu li dawn l-aħħar snin, diversi għaddew minnu. Ir-rivoluzzjonijiet fil-popli ta’ taħtna u l-pożizzjoni determinanti, perseveranti tagħna magħhom favur il-libertà u l-ġustizzja huma investimenti sodi. Pajjiżna ssogra huwa wkoll magħhom u dan jafuh proprju għax jafu min kien imexxihom x’kien kapaċi jagħmel. Liema ħsara u aġir anti-demokratiku kien kapaċi jwettaq. Għalina għalhekk, l-aħbarijiet ta’ demokrazija ħajja u li qed tikber fl-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija huma iktar milli tajbin. Napprezzaw id-diffikultajiet tagħhom, speċjalment fil-bidu. Biss huwa importanti li nkomplu nissudawhom.
3. Il-problemi u d-diffikultajiet li kellna qabel, speċjalment dawk marbuta ma’ kwistjonijiet dwar it-tfittxija taż-żejt, illum qegħdin f’pożizzjoni ferm aqwa li nsolvuhom. Jitolbu attenzjoni, trattattivi delikati u dettaljati immexxija minn moħħ politiku ta’ esperjenza u abbiltà. L-istess fil-mod ta’ kif isir il-kummerċ, li jikbru l-garanziji neċessarji lejn ħlasijiet assigurati f’settur bankarju u ta’ swieq aqwa milli kienu qabel. Tkabbir tas-settur tas-servizzi finanzjarji, issudar aħjar partikolarment tal-kuntratti tal-assigurazzjoni. Tneħħija ta’ diversi pratiċi fejn il-korruzzjoni kienet tiddetta qabel. Il-kunfidenza ekonomika trid tiżdied magħhom għax hemm biha opportunitajiet iktar sabiex inkabbru u minnha nassiguraw tkabbir u affluwenza ikbar għalina u għalihom. Din hija d-direzzjoni, il-viżjoni politika tagħna għas-snin li ġejjin, għal-leġislatura li ġejja li aħna f’dan il-partit ngħarfu xi tfisser biex isseħħ u x’tista’ ssarraf għal dan il-poplu li qiegħed il-ħin kollu jikber u jitkattar.
4. Il-viżjoni tagħna m’hijiex limitata. Mingħajr il-Mediterran kollu ma nistgħux nimxu ‘l quddiem. Aħna nemmnu b’saħħa fil-ħidma Ewro-Mediterranja, speċjalment wara li l-Kunsill tal-Unjoni, fl-2008 approva l-prinċipju tal-Unjoni tal-Mediterran fi ħdan il-Proċess ta’ Barċellona. Il-verità hija li taħt dik il-Presidenza Franċiża bdejna passi fejn l-Ewropa kienet qed tħares ‘l isfel biex tara bidla u tkabbir, mentri llum ix-xenarju nbidel sew. Aħna għandna l-vantaġġ li nħarsu ‘l fuq u ‘l isfel. Fuqna għandhom bżonn l-għajnuna tagħna. Ħidma verament differenti fil-kapaċità u fl-impatt tagħna. Biss jibqa’ xorta waħda determinanti. Il-fatt biss, fih innifsu li bqajna nagħtu dawl ekonomiku, li bqajna pajjiż li avolja fil-parti ta’ isfel xorta waħda m’għandux kriżijiet finanzjarji diżastrużi, huwa diġà ħafna. Biss, għalina mhux biżżejjed.
5. Il-viżjoni tagħna għandha tkompli tħares sabiex tara li r-rabtiet kummerċjali u ekonomiċi li gawdejna minnhom qabel naraw li nressquhom għall-aħjar. M’aħniex lesti li noqogħdu lura u naċċettaw l-istess binarji u linji li kellna qabel, iżda rridu li jkollna progress hawn ukoll. Hemm tant iktar li jista’ jsir u dan ma jiddependix minna, iżda minn dawk li huma ġirien tagħna. Il-laqgħat bejn il-pajjiżi tal-Mediterran huma żgur ta’ min ifaħħarhom meta jikkonċentraw fuq problemi komuni bħall-immigrazzjon irregolari, però hawn issa toroq ġodda miftuħa għal iktar kummerċ intelliġenti u, sa ċertu punt, strateġiku. Il-livelli li fuqhom ħadmet l-Unjoni Ewropea fl-iskambju tal-kummerċ irridu nwassluhom f’passi ogħla għalina lkoll. Dan jista’ jsir, però jitlob id u moħħ b’esperjenza politika. Persuna li, frott dak li għaddiet minnu, tista’ tagħraf dak li kellna u fejn aħna għandna mmorru.
6. Fdin id-direzzjoni ċara, ħadt pjaċir nara lill-Prim Ministru tagħna jindirizza din il-ġimgħa l-London School of Economics and Political Science. Id-diskors tiegħu kien tajjeb ħafna, pożittiv u kien ħaqqu ferm iktar attenzjoni milli ngħata. Hu diġà rikonoxximent fih innifsu li tiġi mistieden tindirizza minn dan il-post tant prestiġjuż li diversi persuni ta’ intelliġenza minn dawn il-gżejjer kienu studenti tiegħu. Iktar u iktar is-suġġett magħżul. Għandu raġun li għażel li jindirizza l-viżjoni tagħna u jissioda l-fatt indiskuss li aħna ferm aktar konxji minn pajjiżi oħra fil-potenzjal futur ta’ dak li l-Mediterran sħiħ jista’ jagħti. Dan jista’ jagħmlu huwa biss. Jista’ jwettqu għax illum għandu esperjenza unika li ebda politiku ieħor ma għandu. Waħda li hija determinanti għalina lkoll, iktar u iktar meta magħha hemm magħquda viżjoni li hija kontinwament pożittiva. Proprju għax aħna nibqgħu pożittivi f’ħidmietna li nibqgħu partit rilevanti, għas-servizz tal-poplu.
29.10.12
Tara d-differenza
1. Ma kienx faċli, u sallum għadu diffiċli għal kwalunkwe Ministru tal-Ġustizzja li jwettaq passi tajba li fuqhom il-ħidma fis-settur ġudizzjarju titjieb. Għamilt disa’ snin nifhem u naħdem sabiex isiru tibdiliet ġodda li permezz tagħhom is-sistema ċċaqilqet ‘il quddiem. Illum li qiegħed nerġa’ nipprattika ta’ avukat nista’ nara u mmiss b’idejja d-differenza. Il-qrati ta’ pajjiżna, sija dawk f’Malta kif ukoll f’Għawdex, qegħdin jaħdmu ferm aħjar milli kienu. Bid-diversi emendi u liġijiet ġodda, il-ħidma ġiet ferm iktar faċilitata milli kienet meta tlaqtha fl-2003. Mhux biss, imma ttieħdu numru ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li ġiebu ferm iktar effikaċja fil-ħidma li permezz tagħha taħdem il-magna interna.2. F’dawn is-snin, filwaqt li x-xogħol ġewwa s-sistema żdied bi kważi tlett darbiet, xorta waħda l-kawżi pendenti baqgħu jonqsu. Naqsu sija fin-numru, kif ukoll fl-età tagħhom. Ġew deċiżi ferm iktar kawżi antiki u dan seħħ proprju għax ġew meħuda deċiżjonijiet li ppermettew soluzzjonijiet diretti lejn il-kumplikazzjonijiet varji li kien hemm. Id-dħul tal-proċedura legali tal-ittra uffiċjali eżekuttiva u l-passi lejn użu differenti taċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ikkonċentraw fuq kawżi diffiċli. Servew ulterjorment sabiex iżidu fil-kapaċità tal-volum tax-xogħol li s-sistema setgħet tieħu.
3. Il-fatt li ġew ippreżenati madwar 25,000 ittra uffiċjali eżekuttiva u madwar 3,000 arbitraġġ serva biex ikun hemm iktar flessibilità u veloċita’ minn qabel. Mill-istatistika jidher ċar li l-kawżi pendenti naqsu sew. Minn 9,228 każ pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fl-aħħar tal-2003 dawn niżlu għal 6,660 fl-aħħar tal-2011 u dan minkejja l-fatt li l-kawżi ġodda baqgħu jiżdiedu. Fil-fatt, mill-1,757 kawża ġdida fl-2003 fil-Prim’Awla, fl-2011 dawn telgħu għal 2,330 – żieda ta’ 573. Il-Qrati Superjuri żammew ritmu qawwi li bih irnexxielhom inaqqsu l-kawżi l-antiki. Dan huwa mertu ta’ ħidma tajba u kostanti li baqgħet issir. Għalhekk, tajjeb li jiġi sottolinjat li mertu tal-fatt li f’disa’ snin ġew deċiżi 21,825 kawża u minkejja li daħlu 19,833 kawżi ġodda, xorta l-kawżi pendenti naqsu drastikament.
4. Dan huwa biss ġewwa l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għax hemm riżultati simili fil-Qorti tal-Maġistrati, fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar u fil-Qorti tal-Appell. Dawn ir-riżultati pożittivi kellhom effett ukoll ġewwa l-Qorti ta’ Għawdex, fejn ukoll, l-istatistika turi li kien hemm tnaqqis tajjeb tal-kawżi. Il-passi ‘l quddiem seħħew mertu ta’ numru ta’ miżuri li ġew meħuda. Il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ġie emendat numru ta’ drabi proprju sabiex saret reviżjoni effettiva tal-proċeduri legali f’diversi livelli li wasslu sabiex jagħmlu bidla għall-aħjar f’dak li jsir kull ġurnata fil-qorti. B’mod partikolari t-tibdil tad-diversi proċeduri ta’ mandati eżekuttivi u kawtelatorji, kif ukoll bil-mod effettiv li bih jibdew u jiġu ffissati l-kawżi għas-smigħ.
5. Nara dan fil-ħidma ta’ kull ġurnata ġewwa l-qrati tagħna fejn l-atmosfera hija ferm aħjar milli kienet għaxar snin ilu. Dan jgħodd sija għall-Qorti ta’ Malta kif ukoll għal dik ġewwa Għawdex, kif kelli l-opportunità nara wkoll f’dik il-gżira meta l-ġimgħa li għaddiet tlajt għal xi kawżi. Hemm sibt l-ispazju kollu fit-tlett awli li hemm jaħdmu f’daqqa. Kien hemm kawżi ċivili fil-Qorti Superjuri għadejja quddiem il-Maġistrat Paul Coppini. Stajt nara li hemm atmosfera kompletament differenti. Il-fatt li l-kawżi hawn naqsu drastikament u li nqasmu fuq żewġ ġudikanti li huma permanentement assenjati hemm sarraf f’ħidma aħjar. Hemm ferm iktar kawżi deċiżi f’dawn l-aħħar snin li serva sabiex jitnaqqsu l-kawżi pendenti hemm. Apparti dan, kelli s-sodisfazzjon nara li kien hemm ukoll it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva jaħdem hemm ukoll. Għalija pass verament ‘il quddiem fil-kamp tal-Ġustizzja Amministrattiva.
6. Fil-kamp ġudizzjarju huwa diffiċli ħafna, mill-esperjenza tiegħi impossibbli, li togħġob lil kulħadd. Dawk li l-kwistjoni tagħhom tiġi meħlusa malajr mod u dawk li jaraw it-tul, mod ieħor. Diversi drabi l-kawżi jitwalu minħabba kumplikazzjonijiet varji li jiżviluppaw tulhom. Drabi l-piki, oħrajn marbuta ma’ punti ta’ fatt u ta’ liġi li mhux faċli tifred biex tifhem. Dan xorta ma jfissirx li wieħed għandu joqgħod lura u ma jippruvax ibiddel. Biss hemm linji li wieħed ma jistax jaqbeż biex jagħmel l-affarijiet aħjar. Isir xi jsir mill-aspett leġislattiv, xorta hemm il-fattur uman li jiddetermina u attwalment iseħħ f’kull kawża partikolari. B’danakollu, xorta waħda wieħed jista’ faċilment jara d-differenza bejn dak li kellna u dak li għandna jaħdem tajjeb illum.
25.10.12
Leġislatura ta’ ħidma
1. Mhux dak kollu li sar tul dawn l-aħħar ħames snin minn dan il-Gvern huwa perfett. Dan huwa minnu però l-poplu jaf, u jekk le għandu jiġi infurmat, li l-linja diretta ta’ ħidmet il-Gvern kienEt u għadha dik li tmexxi ‘l quddiem lil dan il-pajjiż. Irridu diġà naċċettaw li dak li seħħ f’dawn il-gżejjer f’dawn l-aħħar snin ġieb trasformazzjonijiet qawwija. Diġà fl-2008 l-istat tal-affarijiet kien sod. Diġà stajna nirreġistraw li għamilna taqlib li ħadd qabilna ma kien wettaq. Il-leġislaturi varji mmexxija minn dan il-Partit Nazzjonalista ġiebu magħhom tibdil, avvanz, riformi u progress li nistgħu, ma’ kull ġurnata, immissu b’idejna.
2. Il-bnedmin fi ħdan dan il-partit, bit-tajjeb u l-ħażin tagħhom, irnexxielhom iwettqu passi kbar fil-ħajja ta’ kull ġurnata. F’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-aspetti soċjali, ekonomiċi u kulturali tagħna lkoll bħala nies. Konna diġà avvanzajna sew meta wasalna biex niddeċiedu nidħlux jew le fl-Unjoni Ewropea. Avvanzajna ferm iktar ladarba dħalna parti minn din l-għaqda verament importanti. Sehemna hemm qiegħed. Diġà wettaqna passi ġodda b’deċiżjonijiet varji. Il-livell ta’ dak li ċ-ċittadin ta’ dawn il-gżejjer għandu jippretendi mill-istat demokratiku tiegħu għola sew. Għola għax dawk li mexxew u għadhom imexxu lill-Partit Nazzjonalista ħarsu u għadhom iħarsu biex itejbu.
3. Dak kollu li jsir u sar ġie mmirat b’għan wieħed: dak li permezz tiegħu naraw lis-soċjetà kollha titla’ ‘l fuq. Din hija l-prijorità tagħna. Mhix parti mill-politika tagħna li nżommu lil xi parti mill-pajjiż lura jew li nħallu lil kulħadd fl-istess stat ta’ konservazzjoni. Bil-ġustizzja soċjali f’qalbna rnexxielna naraw li ngħinu lil kull min, f’xi mument, isib ruħu minn taħt. Nassistu u fl-istess ħin niftħu aktar il-bibien li permezz tagħhom persuna li trid tavvanza tkun tista’ tagħmel dan. Diversi bnedmin f’dawn is-snin irnexxielhom jaslu fejn oħrajn ma waslux. Irnexxielhom jaħdmu fi klima ekonomika u finanzjarja li hija avversa għad-dinja kollha.
4. Kull persuna, fl-analiżi tagħha, tqis żewġ livelli f’ħajjitha. Tara dak li hija għaddejja minnu direttament u t-tieni, tħares lejn l-istampa ġenerali ta’ kollox. Kull min iqis id-differenzi sewwa, min huwa kapaċi jiftakar dak li kellna u dak li għandna llum, jagħraf id-differenzi. Jinduna li altru x’kellna fl-edukazzjoni qabel u dak li għandna llum. Altru s-servizzi għolja u professjonali li għandna, u altru x’kellna. Altru kemm kien hawn persuni jaħdmu qabel, u altru llum b’liema livell ta’ pagi li l-ħin kollu jridu jitilqgħu ‘l fuq. Dan jinfirex fuq kollox. Illum li qiegħed nerġa’ nservi ‘l-Qorti qiegħed immiss direttament minn din l-esperjenza pożittiva ta’ bidla. Dak kollu li sar biddel ta’ taħt fuq kif taħdem din l-istituzzjoni għas-sewwa. Iż-żerriegħa t-tajba li żrajna fl-aħħar żewġ leġislaturi qegħda issa, biċċa biċċa, tagħti l-frott tagħha.
5. Biss, dawn il-passi seħħew għax il-Partit Nazzjonalista kellu għad-dispożizzjoni tiegħu żewġ vantaġġi. L-ewwel, tul dan is-snin, il-maġġoranza tad-deputati fi ħdanu kienu u baqgħu bnedmin onesti, serji u lejali. Bnedmin li għarfu li l-preżenza u l-ħidma tagħhom ġewwa partit huwa determinanti biex jibdlu dak li hemm bżonn jinbidel. It-tieni, li żammejna ruħna mmexxija minn persuni li għandhom għal qalbhom li jissagrifikaw lilhom infushom. Jiddedikaw il-forzi sħaħ tagħhom biex nimxu lkoll ‘il quddiem. Proprju minħabba f’dan kollu li l-Partit Nazzjonalista rnexxielu juri li huwa l-partit li bil-fatti jwettaq is-sewwa.
6. Kontra kull kurrent u kontra kull kumplikazzjoni, il-pajjiż baqa’ għaddej. Il-leġislatura għandha quddiemha dan il-kuntrast ċar. Fuq naħa l-inkwiet ekonomiku li kisser lill-ġirien, il-kumplikazzjonijiet fl-intern tal-membri parlamentari li tilfu d-direzzjoni tagħhom u fuq in-naħa l-oħra l-fatt li l-pajjiż baqa’ għaddej, javvanza fix-xogħol, fl-ekonomija u fil-ġustizzja soċjali. M’aħniex agħar milli konna, anzi avvanzajna ferm iktar milli seta’ xi ħadd jimmaġina. Seħħ għax il-partit fil-Gvern mexxa b’attenzjoni, b’għaqal u bid-determinazzjoni neċessarja sabiex iwettaq is-sewwa. Ċert li meta naslu fl-aħħar ta’ kollox, il-Partit Nazzjonalista ser jkun jista’ jdur fuq il-poplu u jgħid li din kienet verament leġislatura ta’ ħidma.

17.10.12
Il-proċess ta’ bidla
1. Tul din il-ġimgħa kelli l-opportunità li nidher quddiem il-Qorti Kriminali niddefendi persuna li ġiet imressqa għax ma mxietx mal-ordnijiet tal-uffiċjal tal-Probation. Din il-proċedura hija frott ta’ emendi li saru tul din il-leġislatura sabiex is-sistema tal-Probation taħdem aħjar milli kienet. Tiġi rfinata aktar fejn huwa possibbli. Il-fatti huma li madwar seba’ snin ilu kienu saru diġà numru ta’ tibdiliet li l-Ministru Tonio Borg kien mexxa ‘l quddiem. Niftakar sew dawk l-emendi li għalihom kont preżenti fil-Kumitat għall-Kunsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi, emendi li l-uffiċjali li jaħdmu fil-Probation kienu sodisfatti bil-passi li ħadna fihom. Kien pass ‘il quddiem, verament iktar progressiv u li ġedded l-ispirtu sħiħ tal-liġi.
2. Stajt ninnota li l-uffiċjal tal-Probation għamel dmiru mill-ewwel u appena l-persuna li kellu l-ordni ma baqax jiltaqa’ u jsegwi d-direzzjonijiet neċessarji sar rikors quddiem il-qorti. Dan ġie appuntat mill-ewwel u għalhekk il-persuna li kien ingħata l-ordni ta’ Probation kellu jidher sabiex jagħti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. Ħadt pjaċir nara li s-sistema ħadmet b’veloċità u fl-istess ħin kelli s-sodisfazzjon li nara li emenda li kont introduċejt f’din il-leġislatura qegħda tiġi użata tajjeb ħafna. Dan għax dan il-proċess, magħruf bħala “d-denunzja”, mill-Qorti tal-Maġistrati ġie mtellgħa quddiem il-Qorti Kriminali preseduta minn Imħallef.
3. Għalkemm fil-bidu mhux kulħadd fehem din il-bidla u kien hemm reżistenza għaliha, illum tidher li ġiet aċċettata u qed trendi l-ġid. Tagħti l-frott għax is-sistema tal-Probation qegħda fil-liġijiet tagħna sabiex tassigura li persuni li nstabu ħatja mill-qorti ta’ reati kriminali jiġu ggwidati biex joħorġu barra mit-triq tad-delinkwenza. Il-pajjiż tagħna huwa magħruf li għandu rata ta’ kriminalità baxxa. Parti tajba tar-raġuni li tikkontribwixxi għaż-żieda fil-persuni li jiġu f’pajjiżna għal skopijiet turistiċi u finanzjarji hija proprju din. Il-fatt li aħna kkunsidrati bħala pajjiż li huwa stabbli u li fih hawn paċi pubblika u ftit delinkwenza jagħmlilna ħafna ġid soċjali u ekonomiku. Għalhekk, l-użu tajjeb u korrett tas-sistema legali tal-Probation qegħda tkompli tnaqqas minn persuni li jew jikkommettu reati jew huma għas-servizz tad-delinkwenza.
4. L-effikaċja o meno tal-istrutturi legali u demokratiċi tal-Istat jiddependu dejjem minn kemm jinżammu aġġornati. Jinżammu b’saħħithom u, fl-istess ħin, kapaċi li jrendu lura dak li s-soċjetà tippretendi li jkunu. Biss, sabiex dan jibqa’ għaddej hemm bżonn kontinwu ta’ attenzjoni lejn kif taħdem is-sistema. Dan il-proċess ta’ bidla kontinwa jassigura li l-magna tal-Istat tibqa’ tinżamm taħdem. Anzi, kif kull persuna taf, ebda magna, tajba kemm hi tajba, ma tista’ tibqa’ l-istess jekk ma tiġix ikkurata u kkontrollata.
5. Tul din il-leġislatura, u anke f’dawk preċedenti jrid jingħad li gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista żammew lill-poplu u lill-pajjiż jimxu ‘l quddiem proprju għax żammew ċar quddiem għajnejhom dan il-bżonn ta’ bidla. Hemm linja ta’ ħsieb li ma tħarisx lejn is-soċjetà bħala statika, anqas li b’xi mod għandha tibqa’ li hi. M’aħniex, u anqas qatt ma konna partit konservattiv, iżda wieħed li jħares li jbiddel għas-sewwa. Jibdel biex jagħmel l-affarijiet aħjar billi jirrispetta l-prinċipji tal-protezzjoni u d-dinjità tal-persuna umana. Proprju għalhekk li l-progress huwa sinonimu ma’ dak li sar minn Gvern Nazzjonalista. Fir-realtà però, jekk il-proċess tal-bidla jrid isir sew, hemm bżonn li dan isir b’attenzjoni u mhux bl-għaġġla.
6. L-għaġġla hi dejjem moviment li jwassal lejn toroq li m’hemmx wisq frott x’tieħu minnhom. Min irid jibdel jaf li għandu żewġ għażliet quddiemu: jew jaqbad it-triq tal-bidla biex ibiddel akkost ta’ kollox u biex jidher li qiegħed jagħmel xi ħaġa li ma tkunx, jew inkella dik li tħares li dak li qed jibdel qiegħed iżomm sħiħ dak li hu tajjeb u fl-istess ħin ibiddel dak li mhux. Mhux kull persuna għandha l-istess dożi ta’ għaqal. Uħud għandhom ħafna u oħrajn m’għandhom xejn. Però huwa kwalità essenzjali li permezz tagħha trendi tajjeb u mhux ħażin. Fl-aħħar mill-aħħar, hemm diversi forom ta’ bidla. Uħud iwasslu għall-progress filwaqt li oħrajn, sfortunatament, għar-rigress.

12.10.12
Libertà u responsabbiltà
1. Hemm ħidma li ssir fil-Kamra tad-Deputati li ma tingħatax attenzjoni fit-tul. Dak il-ħin li tiġi preżentata u diskussa, din il-ħidma tingħata xi forma ta’ kitba fil-gazzetti lokali iżda wara tintesa’ għax diversi emendi li saru f’dawn l-aħħar snin, proprju għax kollox jiddependi minn xi jkun hemm x’jiġi rappurtat, ftit ġew għad-dawl. Biss, l-emendi li saru għad-diversi liġijiet ta’ pajjiżna qed iservu sabiex imexxu ‘l quddiem is-setturi varji tal-aspetti soċjo-ekonomiċi ta’ din is-soċjetà. Stat jimxi fit-triq it-tajba skont kemm ikollu liġijiet li jimxu id f’id man-nies. Dak li sar minn dan il-Gvern assigura iktar li aħna għandna għad-disposizzjoni tagħna qafas ta’ liġijiet li jindikaw li hawn ċiviltà akbar, livell ogħla minn dak li qatt kellna.
2. Hemm lista twila ta’ emendi u liġijiet ġodda li saru. Kelli l-esperjenza pożittiva li rajt l-effett dirett ta’ dak li twettaq u nġieb fis-seħħ. Il-Kodiċi Ċivili ġie emendat numru ta’ drabi u kull darba mxejna sabiex nirfinaw dak li konna għamilna u dak li kellna preċedentement. Huwa diffiċli li f’dan l-artikolu ndur kull emenda, speċjalment fl-ewwel ġabra li kont tajt sehmi fiha fis-sena 2004 fejn saru tibdiliet varji fil-Kodiċi li jirrigwardaw il-familja, il-proprjetà u s-suċċessjoni. Fortunatament imxejna sew ‘il quddiem u rnexxielna nibqgħu nħarsu lejn partijiet varji tal-liġi. F’kelma waħda, li tara kif qegħdin jiffunzjonaw għall-ġid tal-poplu dawk il-miżuri li jkunu saru u jekk humiex jiġbdu fit-triq li kienet oriġinarjament indikata. Dan kien jitlob ħin u diskussjoni mal-persuni direttament involuti biex wieħed jifhem bil-preċiż dak li qiegħed isir u kif jista’ jiġi effettivament ameljorat.
3. Kien hemm ukoll avvanzi li saru fejn daħħalna fil-liġi partijiet li qatt qabel ma kienu jeżistu u effettivament ġew regolati setturi li kienu qegħdin jaħdmu legalment mhux għax kellna liġi speċifika dwarhom. Żewġ setturi partikolari li kelli l-pjaċir nara jidħlu fis-seħħ wara snin ta’ ħdima kienu dawk tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja u dawk marbuta mal-persuna ġuridika, il-fondazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet. L-assikurazzjoni fuq il-ħajja (life insurance) kienet ilha titħaddem f’kuntratti (poloz) varji ta assikurazzjoni li daħlu għalihom il-Maltin u l-Għawdxin. Biss, ħafna drabi konna nemmnu dak li tgħid il-liġi Ingliża mingħajr ma konna nħarsu effettivament lejn integrazzjoni tajba mas-sistema legali, speċjalment fil-każijiet ta’ wirt. Dan apparti problemi marbuta mal-flessibilità ekonomika tagħha, l-operazzjoni u l-kontroll, kif ukoll l-estenzjoni ta’ poloz ta’ assikurazzjoni għal setturi varji (group policies). Illum, is-sistema legali tagħna hija ferm iktar progressiva u filwaqt li qabel il-polza ta’ assikurazzjoni kienet marbuta mal-konjuġi fiż-żwieġ, din issa hija miftuħa wkoll, per eżempju, għad-dinja tax-xogħol bejn min jaħdem u min iħaddem.
4. L-istess fl-emendi li saru għall-persuna ġuridika, fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet. Ma kienx faċli li tilleġisla fuq dan is-settur, speċjalment meta fis-sistema ġuridika tagħna kien hemm numru ta’ sentenzi mogħtija mill-qrati u prattika legali li kienet ikkristallizzat ruħha fil-kuntratti varji ta’ twaqqif ta’ fondazzjonijiet. Biss kien hemm il-bżonn li nilleġislaw u nibdew regoli f’ħafna aspetti ġodda. Ħadna in konsiderazzjoni sistemi ġuridiċi barranin li kienu diġà mxew qabilna, senjatament dawk Svizzeri u Ġermaniżi. Għalhekk illum għandna reġistru ta’ dawk il-fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet. Daħlu ġodda, antiki nbidlu u t-tnejn ġew reġistrati. Mhux biss, imma ftaħna l-opportunità għall-fondazzjonijiet u persuni ġuridiċi li jirreġistraw ruħhom hawn. Dan kien pass ‘il quddiem però hawn ukoll kont qiegħed nipprepara numru ta’ emendi ġodda sabiex numru ta’ persuni ġuridiċi antiki oħra jiġu wkoll regolati u reġistrati.
5. F’dawn il-liġijiet żammejna ċar il-bilanċ neċessarju bejn il-libertà ta’ kull ċittadin u r-responsabbiltà legali li jrid jidħol għaliha bl-aġir tiegħu. Fost l-aħħar ġabra ta’ emendi li kont responsabbli għalihom fil-vesti ta’ Ministru tal-Istat kien hemm waħda partikolari li kienet interessanti mill-aspett legali u uman. Is-settur tax-xjenza biddel il-liġi f’diversi modi. L-avvanz xjentifiku li sar ġieb liġijiet, sentenzi tal-qrati, kitbiet ta’ awturi legali bħala sorpassati. Settur partikolari li għamel dan kien dak tad-DNA. Il-vantaġġi fis-settur tal-investigazzjonijiet kriminali ħadnih b’makkinarju komparattiv avvanzat fuq livell Ewropew. Bdejnih ukoll fis-settur tal-familja, b’mod partikolari l-identifikazzjoni tal-paternità f’ulied fejn din ma ġietx indikata fiċ-ċertifikat tat-twelid inkella f’kawżi ta’ denegata paternità.
6. Il-liġi kienet ġiet emendata biex twieġeb għal dan l-avvanz u l-qorti setgħet tordna li jsiru dawn l-eżamijiet komparattivi. Il-qorti kellha l-poter li tagħmel dan jekk kemm-il darba l-partijiet indikati kienu jaqblu. Dan, f’dak iż-żmien, kien pass ‘il quddiem għax qabel konna niddependu fuq id-demm biex isir dan l-eżami. Sfortunatament, mhux f’kull kawża kien hemm koperazzjoni u allura missirijiet veri kellhom id-dritt li jirrifjutaw, u hekk kienu jagħmlu. B’emenda li daħlet fis-seħħ reċentement, tajna d-dritt lill-qorti li tista’ tordna lill-partijiet li jagħtu u jikkollaboraw fl-eżami mediku sabiex il-paternità tal-wild tiġi identifikata. Dan huwa pass ieħor ‘il quddiem, li għandu jwassal sabiex nasserixxu li l-ulied għandhom id-dritt li jkunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom u dan fl-istess ħin billi żammejna l-bilanċ effettiv bejn il-libertà u r-responsabbiltà ta’ kull persuna fis-soċjetà.

5.10.12
Tibdil ‘il quddiem fl-Afrika
1. Pajjiżna għandu pożizzjoni ġeografika li kull darba ġġibu f’sitwazzjoni fejn jiġi b’xi mod involut f’dak li jkun għaddej, sija fil-kontinent ta’ taħtu kif ukoll fl-art ta’ fuqu. Diversi drabi smajna l-kliem li aħna “pont”, li qegħdin fiċ-ċentru tal-Mediterran. Jekk qabel, għal xi wħud dawn setgħu kienu esaġerazzjonijiet, illum m’humiex. L-eventi ta’ dawn l-aħħar ħames snin ġibuna iktar viċin li nkunu involuti f’dak li jkun qiegħed ibaqbaq sija minn fuq, kif ukoll fin-naħa t’isfel tagħna. Il-kurrenti kważi kontinwi ta’ persuni li qasmu u għadhom jippruvaw jagħmlu dan mill-kosta ta’ taħtna biex ifittxu ħajja ġdida ġabuna wiċċ imb’wiċċ ma’ realtà. Hemm diversi problemi fl-Afrika li, naqraw jew nisimgħu bihom jew le, hemm qegħdin. Aħna parti minn dan il-proċess uman fejn hemm bnedmin ifittxu ħajja ġdida jew għax f’pajjiżhom huma ppersegwitati, jew għax hemm il-ġlied jew minħabba l-faqar.2. Ikun żball għal min jipprova jaħrab din il-verità. Irid, minflok, jaffrontaha sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet. Il-linja li ħadna u li l-Prim Ministru kontinwament sostna kienet dik umanitarja. Min jaħseb b’linja kulturali u ideoloġika differenti qiegħed jiżbalja. Pajjiżna għamel diversi passi sabiex jgħin. Ipprovda fejn dawn il-persuni jgħixu, x’jieklu, edukazzjoni, taħriġ u aċċess għad-dinja tax-xogħol. Tul dawn is-snin, il-kundizzjonijiet ġew imsaħħa ferm iktar milli kienu. Bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea u tal-Ministeru tal-Finanzi biddilna sew il-kundizzjonijiet sija fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, kif ukoll f’dawk miftuħa. Dan sar għax għamilna ħilitna biex nibdlu, minkejja d-diffikultajiet loġistiċi u finanzjarji u fortunatament, bil-ħidma ta’ diversi organizzazzjonijiet non-governattivi u ta’ diversi uffiċċjali f’dipartimenti varji.
3. Kelli, numru ta’ drabi l-okkażjoni li niltaqa’ ma’ dawn il-bnedmin biex nifhem sewwa x’hemm f’qalbhom u f’moħħhom. Il-maġġoranza tagħhom ġew biex jimxu għall-aħjar u kważi kollha kellhom l-istorja diffiċli tagħhom. Fosthom, l-iktar li ġew kienu persuni mill-pajjiż li ilu għal dawn l-aħħar għoxrin sena għaddej bi gwerra ċivili mill-iktar sewda u kumplikata. Fil-parti ta’ fuq f’dak li huwa magħruf bħala l-“Puntland” hemm l-ordni, mentri f’iktar minn żewġ terzi tiegħu hemm il-ġlied. Is-Somali ta’ din il-parti ilhom jaħirbu ‘l fuq minn rotot differenti. Uħud imorru lejn il-Libja permezz tas-Sudan, oħrajn imorru lejn il-Yemen. Ħafna ssugraw ħajjithom. Ħafna tilfuha. Uħud fid-deżert, oħrajn fil-baħar. Fil-laqgħat li kont inżomm kull ġimgħa stajt inżomm il-polz mhux biss f’dak li kien qiegħed jiġri f’pajjiżna, imma anki l-kurrenti varji lejn pajjiżi oħra fl-Ewropa u fl-Afrika stess.
4. Żammejt lili nnifsi naqra u nsegwi fuq il-pajjiżi kollha ta’ dan il-kontinent ġeneruż u kważi, jum wara jum, l-aħbarijiet partikolari ta’ dak li kien għadej fis-Somalia. Il-komunità Somala hija numeruża f’pajjiżna. L-iktar li waslu hawn ġew minn hemmhekk. Il-belt kapitali Mogadishu spiċċat fil-mira ta’ attakki varji, bil-grupp Iżlamiku al-Shabaab jikkumbatti l-forzi demokratiċi. Fortunatament, forzi mibgħuta mill-Unjoni Afrikana (Amisom) irnexxielhom ineħħu dan id-dominju u għalhekk, f’dawn l-aħħar xhur, beda proċess demokratiku ġdid li għandu jwassal, wara l-elezzjoni ta’ President ġdid, għal sitwazzjoni ferm aħjar. Diġà daħlet u ġiet approvata kostituzzjoni ġdida li ssudat iktar u iktar dan l-isforz lejn il-paċi li d-demokrazija ġġib.
5. Fl-10 ta’ Settembru, il-parlament ta’ dak il-pajjiż eleġġa lil Abdeweli Mohamed Ali bħala President b’mija u disgħin vota kontra disgħa u sebgħin. Għandu quddiemu missjoni verament diffiċli. Trid enerġija u volontà biex terġa’ tibni pajjiż mill-ġdid. Il-parlament spiċċa trab. Id-djar, ħwienet u strutturi varji jridu jerġgħu jingħataw il-ħajja. Biss, minn dak li qiegħed naqra fil-gazzetti internazzjonali, prinċipalment dawk li jirrappurtaw bis-serjetà u b’attenzjoni ġrajjiet dan il-pajjiż u l-kontinent, hemm sinjali ċari ta’ ċaqliq. Diversi Somali li ħarbu lejn l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerika qegħdin jitħajru jmorru lura u jagħtu sehemhom għat-trasformazzjoni. Dak li tgħallmu barra, l-esperjenzi personali u professjonali tagħhom ser jeħduhom lura. Lura għall-ġid ta’ pajjiż li ċert li ġaladarba jaqbad it-triq ser iservi ta’ xprun u ċentru ekonomiku importanti. Dak li rajna, b’mod partikolari fl-Angola, huwa eżempju ċar ta’ dak li jista’ jseħħ.
6. Jekk it-triq tibqa’ sejra fid-direzzjoni t-tajba ser nibdew naraw iktar Somali, anke minn pajjiżna jew li f’xi ġurnata ġew għandna, jmorru lura u jaħdmu f’pajjiżhom. Għada pitgħada, ir-rabta tagħna magħhom ċert li ser tkun iktar soda. Forsi investiment uman u finanzjarju da parti tagħna issa jaf jagħti messaġġ iktar dirett tal-intenzjonijiet u l-fiduċja tagħna. F’dawn l-aħħar snin, il-kontinent Afrikan ra tisħiħ tar-rapporti kummerċjali tiegħu maċ-Ċina, pajjiż li aħna wkoll għandna rapport diplomatiku, kulturali u kummerċjali sod miegħu. Pajjiż li lkoll nagħrfu l-abbiltà ta’ diversi mexxejja fi ħdanu li jħarsu ‘l quddiem. L-Afrika hija viċin, u iktar ma jgħaddi ż-żmien, ser tkun il-kontinent li jixprunana ‘l quddiem lejn rabtiet kummerċjali u finanzjarji li ser jibdluna wkoll. Filwaqt li nawgura tisħiħ, paċi u ġustizzja fis-Somalja, niġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li hemm żviluppi li rridu nikkunsidraw u nibnu fuqhom. Li hu żgur hu li aħna dejjem irnexxielna ngħixu tajjeb mal-ġirien tagħna. Kilna u kbirna magħhom, u hemm għandna nibqgħu nagħmlu.
3.10.12
Lejn fejn iridu jeħduna?
1. Fil-ħajja, fil-politika, tista’ tkun int innifsek u tista’ tipprova timita lil ħaddieħor. Tista’ turi lilek innifsek f’dak li m’intix, jew tibqa’ tikkumbatti sabiex tkun li int. Meta tkun dak li m’intix, tispiċċa tiżbalja. Dan hu li qiegħed jiġri preżentement fil-Partit Laburista. Irid ikun dak li m’huwiex. Irid jidher f’termini li għalih huma aċċettabbli għal diversi setturi fis-soċjetà. Għalhekk telaq jgħid u jagħmel diskors, azzjonijiet li qed isiru mhux fuq xi linja ta’ prinċipju, fuq xi linja ta’ valuri li huma kienu jew għadhom iħaddmu, imma għall-espedjent politiku. Ma hemmx direzzjoni interna vera, ma hemmx boxxla ċara li permezz tagħha l-elettorat jista’ jifhem u, jekk irid, jidentifika ruħu magħha. Hemm minflok varjetà ta’ messaġġi li joħorġu skont l-udjenza. Messaġġi li jħawdu u, fl-istess ħin, jikxfu dak li huma.
2. Fil-politika ta’ sustanza, l-ewwel linja li trid titlaq tikteb minnha hija dik li turi dak li int u dak li verament trid tirrappreżenta. F’dawn l-aħħar snin il-Partit Laburista, permezz tal-mexxej il-ġdid però mingħajr esperjenza, irnexxilu jitlef lilu nnifsu. Daħal fi sqaqien politiċi li minnhom irid bilfors imur lura. Ftit ilu l-ħsieb kien li biex it-tmexxija tkun aċċettabbli trid tibda timita lill-Partit Nazzjonalista, mentri issa qegħdin joħorġu bl-ideat tagħhom. Dak li jiġi naturali fi ħdan il-partit fil-Gvern, f’dak tal-Oppożizzjoni qiegħed jiġi b’artifiċjalità. Altru temmen f’linja politika għax hija verament tajba u ċert li ser tagħti frott bnin lill-poplu, u altru tiddikjara l-affarijiet fuq xufftejk mingħajr ma tifhem sewwasew x’qiegħed tgħid. Mexxej ta’ dawn il-gżejjer għandu, bħala minimu, jkun jaf dwar x’hiex qiegħed jitkellem u almenu jemmen b’parti sew minn qalbu f’dak li qiegħed jgħid.
3. Meta ma tkunx ċar miegħek innifsek, meta ma jkollokx diġà l-ideat retti tiegħek, allura tispiċċa titmexxa minn ħaddieħor. Tispiċċa jkollok id-diskorsi importanti tiegħek miktuba minn oħrajn. Oħrajn li jeħduk mhux fejn forsi trid tmur int, imma fejn iridu jmorru huma. Jekk ma jkollokx l-ankri tas-sewwa politika fik, allura serraħ moħħok li mhux ser tinduna b’dak li qiegħed isir u għalhekk sejjer titkaxkar. Hekk qed nifhem li ġralu l-Kap tal-Oppożizzjoni fl-aħħar meeting pubbliku ġewwa Ta’ Qali. L-isforz prinċipali tiegħu kien dak li jikkonċentra iktar fuq il-forma, milli fuq is-sustanza. Iktar kif ser jidher li qiegħed jitkellem, ma’ min ser jiġi mqabbel, milli ma’ dak li hu verament il-messaġġ. Rajnih u smajnih irid juri lilu nnifsu bħala mexxej partikolari passat.
4. Rajnih jipprova jimita lil dak li huwa inimitabbli. Forsi qiegħed jerġa’ jara l-filmati l-antiki tad-diskorsi li kienu saru qabel fil-Menqa, li llum huma irrepetibbli. Salv li f’moħħ ċerti nies fi ħdan il-grupp ta’ direzzjoni tal-partit jaħsbu, tajjeb jew ħażin, li l-elettorat laburista jrid jerġa’ jisma’ u jara l-istess spettakli li kien jara qabel. Is-Sibt li għadda kien hemm ċar għad-dawl tax-xemx li dak il-partit għadu mwaħħal fil-passat tiegħu. Sfortunatament għadu jaħseb li l-pajjiż baqa’ lura u fih ma sarx progress. Għadu ma fehemx li l-poplu huwa iktar edukat u mgħarraf minn qabel. Għalhekk joħroġ bi proposti mwielda fil-passat u llum qed jingħadu lura. Hemm lista tagħhom li tarahom joħorġu biċċa biċċa. Ma hemmx biss din id-dikjarazzjoni li l-pagi tal-ħaddiema m’għandhomx jiġu mċaqalqa. Hemm oħrajn li nagħrfuhom fil-pinna ta’ min għadu jaħseb li huwa tajjeb li tikkontrolla n-negozju, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-bnedmin fil-bżonnijiet tagħhom. Ta’ min mill-passat irid jiddetta lil tal-preżent.
5. Li taħseb biss li għandek tħabbar politika ekonomika li fiha l-pagi tal-ħaddiema għandhom jiġu ffriżati sakemm, skont xi ħadd fil-Partit Laburista jiddeċiedi li l-pajjiż ħareġ minn kriżi li ser jidħlu fiha huma bil-proposti żbaljati tagħhom, hija verament inkredibbli. Ma titwemminx proprju għax konna qed nippruvaw naħsbu, u bil-ħniena nittamaw, li bil-mexxej il-ġdid l-affarijiet iċċaqilqu f’direzzjoni tajba. Imma minflok qed nerġgħu nifhmu dak li qal deputat laburista ftit taż-żmien ilu meta kkwota ġurnalist Sqalli li kien qal fi ktieb famuż li iktar ma jidhru li jinbidlu l-affarijiet, iktar jibqgħu l-istess. Il-mimmi t’għajnejn il-Partit Nazzjonalista tul dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari f’din il-leġislatura, kienu u baqgħu l-ħaddiema. Bqajna ffukati biex insalvaw u nżidu fl-impjiegi f’dawn il-gżejjer. Bqajna nfittxu strumenti ġodda biex nagħtu dinjità u fl-istess ħin nassiguraw li jkun hemm pagi aħjar. Il-poplu, żgur mhux forsi, illum japprezza ferm iktar li għalkemm konna ssikati ħafna bil-pressjonijiet ekonomiċi li nħolqu minn barra minn xtutna, qatt ma waqajna f’din il-ħmerija.
6. Anqas min iħaddem ma jibla’ ħaġa bħal din. Illum, min qiegħed iħaddem, min għandu l-ispazju liberu li juża t-talenti tiegħu fil-kummerċ jagħraf li hija kontroproduċenti li timxi ma’ din il-linja ekonomika. Jagħraf li l-friża tal-pagi tnaqqas mill-parteċipazzjoni attiva tal-ħaddiem. Min iħares ‘il quddiem, min irid jiġbed iktar xogħol minn barra minn xtutna jagħraf li ċ-ċavetta hija l-edukazzjoni u mhux il-kontroll tal-pagi. Għax l-edukazzjoni, illum ilkoll għandna (mertu tal-Partit Nazzjonalista) nirrikonoxxu li hija ċ-ċavetta sabiex il-ħaddiem Malti u Għawdxi jiġi stmat u mhux mormi. Il-Partit Laburista, sfortunatament, lura mill-passat għandu f’rasu li ser isolvi l-problemi billi jiffriżahom. Il-mentalità, il-linja politika tagħhom hija għal kollox żbaljata. Il-ħaddiem ma jixraqlux Gvern immexxi minnhom proprju għax jitlef dak li għandu llum. Għalhekk, nibqgħu impenjati u determinati sabiex il-pajjiż ma jaqax f’idejn tmexxija antika, imma jibqa’ f’idejn dik progressiva – dik tal-Partit Nazzjonalista.

28.9.12
Issudajna s-settur tal-Ġustizzja
1. Lura mal-kurituri tal-Qrati tagħna, qed nerġa’ nsibni niltaqa’ ma’ varjetà kbira ta’ avukati. Hemm il-mument meta terġa’ tisma’ ċerti diskorsi li jurik fejn waslet il-bidla, f’liema stadju tinsab il-kultura legali. Ngħid dan għax meta lħaqt avukat ma kienx hemm il-mekkaniżmi u l-istrutturi legali li għandna llum il-ġurnata. Mhux kull persuna taċċettahom u tħaddimhom. Uħud iva, oħrajn jibqgħu sfortunatament fossilizzati fil-passat u ma jridux jiċċaqilqu. B’dan però ma jfissirx li dak li sar u li qiegħed hemm m’għandux ikompli jiġi sostnut u mressaq ‘il quddiem.2. Ngħid dan għax f’pajjiżna għandna tlett liġijiet li huma diġà f’posthom u li huma għad-disposizzjoni tal-pajjiż, li iżda mhux kulħadd jaf bihom biżżejjed. Mill-2004 daħħalna fil-pajjiż tagħna l-proċess legali tal-medjazzjoni. Dan kien diġà introdott bir-riformi tajba li kienu saru fil-Qorti tal-Familja is-sena ta’ qabel. Il-medjazzjoni hija mekkaniżmu legali sempliċi ħafna li fih, il-partijiet jew f’kawża, jew li ser jidħlu f’kawża, jersqu madwar mejda fil-preżenza ta’ medjatur u jippruvaw jaslu għal ftehim. Ħafna drabi, wieħed jista’ jinnota li hemm diversi kawżi quddiem il-qrati li huma pendenti fejn il-kwistjonijiet legali bejn il-persuni involuti m’humiex daqshekk kbar.
3. Hemm ħafna sitwazzjonijiet fejn, bil-kelma t-tajba, wieħed jista’ jasal biex ikollu ftehim li huwa kemm jista’ jkun aċċettabbli għal kull naħa, mingħajr il-bżonn ta’ sentenza. Il-medjazzjoni tinsab u titħaddem fl-iktar pajjiżi avvanzati fid-dinja u hija sinjal ċar ta’ ċiviltà. Ċiviltà, għax huwa dejjem aħjar li wieħed jasal milli jidħol għall-ispejjeż, tul u diffikultajiet li neċessarjament wieħed irid għal kawża fil-qorti. Ma kienx faċli li ddaħħal dan il-kunċett f’pajjiżna. Anzi, stajt imiss iktar b’idejja ċerta reżistenza żbaljata għall-kunċett. Sfortunatament, kien hemm min avversah inutilment u allura assigura li minflok ħaddmu, waqqfu.
4. Illum għandna esperjenza tajba tal-medjazzjoni f’dawn l-aħħar tmien snin skorruti u hemm bżonn li, sabiex navvanzaw iktar ‘il quddiem, nutilizzaw strumenti legali li għadna diġà u li ħaddieħor m’għandux. L-esperjenza kibret fil-faċċati sħaħ tal-medjazzjoni. Illum għandna wkoll kors universitarju li qiegħed jipprepara lill-medjaturi f’pajjiżna stess. Il-kwalità, flimkien mal-esperjenza ta’ diversi persuni żdiedet għall-benefiċċju tal-pajjiż. Għalhekk ngħid li hemm bżonn li fil-qrati tagħna jkun hemm iktar għarfien tal-vantaġġi tas-sistema u iktar kuraġġ sabiex tiġi użata. Ħafna drabi, fil-bidu tal-proċeduri legali, huwa ferm u ferm iktar faċli li tibda u twassal il-partijiet biex jiftehmu. Iktar ma ttul, sfortunatament iktar jikbru l-pika u l-ġlied u l-pożizzjonijiet isiru iktar diffiċli biex tirrikonċiljahom.
5. Nikteb dan kollu għax, għalkemm napprezza li kien hemm min kien u għadu ostili kontra l-medjazzjoni, xorta waħda s-sistema fiha ħafna vantaġġi. Il-medjazzjoni hija parti minn linja politika li kont ħadt. Primarjament bħala prinċipju ta’ ċiviltà. Dan għax ma naċċettax dak li jgħidu ċerti pajjiżi Nordiċi fuqna tal-Mediterran, jiġifieri li aħna litiġjużi, pikużi u m’aħniex kapaċi naslu bil-kelma t-tajba. It-tieni, għax tnaqqas mid-dewmien tal-kawżi u l-ispejjeż involuti fihom. Illum ngħid li, fejn tħaddmet tajjeb, irnexxiet. Min ma ridhiex taħdem, mill-bidu ra kif għamel biex waqqafna. Medjazzjoni trid li l-partijiet jaslu bejniethom u l-qrati tagħna għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-għodda neċessarji biex dan iseħħ.
6. Il-medjazzjoni mexxejniha bħala Gvern fuq diversi livelli għax hija indikazzjoni ċara tal-viżjoni progressiva tagħna bħala poplu. Daħħalniha fis-settur tal-familja, fis-setturi l-oħrajn fil-kamp ċivili u kummerċjali u issa wkoll f’dak penali. Dan għax il-medjazzjoni daħlet ukoll fil-liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi. Dawn huma passi li ħadna f’pajjiżna, però ħadna ħsieb ukoll li ma nillimitawx ruħna għal hawn. Għalhekk, barra minn xtutna qed niġu apprezzati ferm iktar fuq dak li rnexxielna nwettqu, għax f’ċerti punti konna ta’ eżempju għall-oħrajn. Iktar u iktar għax pajjiżna kellhu sehem attiv sija fl-Unjoni Ewropea fis-settur tal-ġustizzja b’direttivi ġodda, kif ukoll mal-Hague Conference on Private International Law sabiex il-proċess tal-medjazzjoni jiġi għas-servizz ta’ sitwazzjonijiet oħra. Is-settur tal-ġustizzja komplejna nissudawh f’dawn is-snin, ma hemmx dubju, però l-benefiċċji sħaħ ta’ dak li sar ser jinġabru fis-snin li ġejjin meta l-kultura legali tkompli, fortunatament, tinbidel.
26.9.12
Direttament mill-arkivji staġnati
1. Forsi stennejt ħafna minn dak li għamel il-Partit Laburista fl-aħħar jiem, li ġie minnhom imsejjaħ “Kungress”. Stennejt ferm iktar sustanza, iktar ideat ġodda, iktar promoturi ġodda, imma dan ma stajtx insibu. Jista’ jkun li qegħdin hemm, midfuna f’xi rokna mingħajr ħafna nifs, imma minkejja l-isforzi ta’ riklami politiċi tipiċi, dawn baqgħu ma ħarġux. Minflok, għal darb’oħra, ħadt l-impressjoni qawwija li qiegħed nerġa’ nassisti għall-eżerċizzju orkestrat ta’ propaganda. Kungress, minn ismu stess, jitlob diskussjoni vera, spontanja u ħajja. Jitlob dibattitu, djalogu, qsim u nuqqas ta’ qbil fl-ideat u l-proposti. Minflok, smajna u rajna diversi monologi. Kull parti tgħid tagħha. La taf jekk hijiex opinjoni ġenwina lanqas jekk hix kitba diġà preparata. Żgur mhux forsi, il-passi jibgħu preżenti iħarsu lura lejn kemm, fl-opinjoni żbaljata tagħhom, kienu tajba taħt is-soċjaliżmu meta kollox kien f’idhom.
2. Ma hemmx dubju li, għażlu l-istess ġimgħa li fiha l-Partit Nazzjonalista għal dawn l-aħħar snin ilu jiċċelebra fiha l-festi tal-Indipendenza, biex jippruvaw jimitawna. Biss, ilkoll nafu li imitazzjoni qatt ma hija oriġinali. Tista’ tersaq viċin mill-bogħod, imma meta tkun wiċċ’imb wiċċ magħha, tara d-differenza. Il-ħsieb tal-kbar strateġi tal-Partit Laburista, fir-realtà ma kienx dak ta’ preparazzjoni ta’ dokument politiku, imma sempliċi diviżjoni tal-attenzjoni pubblika. Anzi, prinċipalment li l-elettorat Laburista jkollu x’jagħmel u ma jiġix “ittantat” jaqa’ li jisma’ u jsegwi dak li jkun għaddej fid-diskussjonijiet li jsiru mill-Partit Nazzjonalista. Ippruvaw jagħmlu xi ħaġa bħal tagħna, li jimitawna, iżda minn dak li rajt, ma rnexxilhomx.
3. Il-mużika politika m’hi monopolju ta’ ħadd. Biss, fil-Partit Laburista, persuni li diversi ħasbu li qegħdin f’posthom fl-arkivji, reġgħu ħarġu f’dawn il-jiem idoqqu l-partiti. Reġgħu dehru fil-pubbliku f’dan il-famuż “Kungress” persuni li kienu attivi ħafna fiż-żmien tad-deheb tal-gvernijiet soċjalisti. Diversi ħasbuhom spiċċaw issa li hemm dikjarata tmexxija tant ġdida, imma dan m’huwiex minnu. Mhux għax ġew lura, imma għax fir-realtà ta’ kull ġurnata, hemm baqgħu. Il-bidla fil-partit li qiegħed fl-Oppożizzjoni, li jrid jersaq biex iġib il-fiduċja tal-poplu, jibda biex jiksibha jekk ikollu almenu bidla ta’ taħt fuq bejn dawk li kellu fil-passat u dawk li jkollu fil-preżent. Hekk kien mill-iktar evidenti fil-Partit Nazzjonalista. Kienet ġustament u normalment saret bidla fil-bnedmin u fl-ideat bejn it-tmexxija ta’ Ġorġ Borg Olivier u Eddie Fenech Adami.
4. Din il-qabża, il-Partit Laburista jidher mill-iktar ċar li m’huwiex jirnexxilu jwettaqha. L-eżerċizzji fil-propaganda jistgħu jiġbdu lil dak li jkun fil-bidu, imma fit-tul u fid-dettall jisfumaw. Il-Kungress kellu, għal darb’oħra, jkun appuntament ieħor li fih il-poplu jara trasformazzjoni tal-uċuh u tal-ideat. Sfortunatament, dan ma seħħx. Urewna, ippreparawna, imlewlna rasna. Biss, minflok, ma sibna assolutament xejn ġdid. Għax hemm differenza fil-ħajja. Żerriegħa tajba tieħu, tikber u tagħti frott bnin, ta’ sustanza. Żrieragħ oħrajn, tagħmel x’tagħmel, jew jibqgħu lura jew ma jagħtu xejn ħlief imrar. F’dawn is-snin, il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jibdel il-pajjiż u s-soċjetà Maltija mxiet ‘il quddiem. Għadu kuljum iwettaq u jressaq proposti ġodda. Fuq in-naħa l-oħra, il-Partit Laburista għadu anqas fil-pożizzjoni li jiddikjara li bidel lilu nnifsu.
5. Minflok, lura mill-arkivji, jridu l-ħin kollu jħarsu lejn il-passat. Iridu jsaqqu u jkabbru dak li kien żbaljat fiż-żmien tas-soċjaliżmu. Jerġgħu lura għall-metodi ekonomiċi ta’ dak iż-żmien. Imorru lura lejn dak li għalihom “ħadem”, dak li, minflok il-pajjiż kollu llum jagħraf li kien falla. Il-mentalità tagħhom baqgħet, sfortunatament, l-istess. Ekonomija li tagħlaq il-bibien, li tikkontrolla. Edukazzjoni li tiġi ristretta għall-ftit. Xogħol li jingħata biss lil dawk li kienu ta’ ġewwa. Saħħa msakkara mingħajr nifs. Għax jidher, minkejja l-Kungress, li l-kultura politika baqgħet waħda ċentralista. Dik li tassigura li l-poter jiġi konċentrat f’idejn il-ftit. Id-dipendenza fuq il-politiċi tikber. Toroq li jwasslu għal inqas trasparenza, iktar korruzzjoni, tgerfix u arbitrarjetà. Uħud jistgħu ma jkunux jafu b’dan għax ma kienux twieldu, però oħrajn jiftakru tajjeb. Jiftakru sew x’inhuma l-arkivji tal-Partit Laburista.
6. Illum, erba’ snin wara t-tibdila fit-tmexxija tal-Partit Laburista, nistgħu ngħidu b’ċertezza li fih xejn għadu ma verament ittrasforma ruħu. It-terrimoti ma seħħewx, il-moderati ma dehrux u libset il-progressivi ħaduha l-passati. Il-qabża bejnhom u bejnna tidher issa dejjem iktar. Aħna, li suppost passati, il-ħin kollu naħsbu f’dak li għandna nibdlu. Dan billi nkomplu nimmiraw ‘il quddiem biex nassiguraw li l-futur għas-soċjetà tagħna jkun dejjem aħjar mill-preżent li jkollha. Il-viżjoni tagħna m’hijiex bażata fuq il-bżonn tal-kontroll tal-bnedmin, imma fuq il-valuri tal-ġustizzja u l-libertà. Il-valuri demokratiċi nsara tagħna jmexxuna biex nassiguraw li nwettqu l-ġid u nagħtu l-frott lill-Maltin u lill-Għawdxin. Is-siġra tagħna ma tbiddlitx. Meta kellna bżonn żbarniha u għalhekk baqgħet titgħabba bit-tajjeb. Ħaddieħor ma kkurahiex u, minflok, baqa’ jsaqqiha bl-ilma li staġna.

21.9.12
L-Indipendenza hija tagħna lkoll
2. Il-Partit Nazzjonalista, bħas-soltu, kien avvanzat u progressiv. Telaq pożizzjonijiet passati warajh u mexa, mentri kif qed naraw, ħaddieħor għadu jrid jibda jitlaq fuqhom. Sfortunatament, minn dak li qed naraw u nisimgħu, il-Partit Laburista kollu għadu jrid jaċċetta li l-jum tal-Indipendenza huwa jum tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Jifhem li mill-21 ta’ Settembru 1964 ‘il quddiem bdiet paġna ġdida għalina lkoll. Ma bqajniex iktar taħt pajjiż ieħor. Ma bqajniex iktar kolonja u, għall-ewwel darba fl-eżistenza tiegħu, il-pajjiż ġie f’idejna. Imexxuh Maltin u Għawdxin u mhux persuni minn popli u pajjiżi oħra. Minn hemm sirna Stat indipendenti, sirna membri fil-Ġnus Magħquda, fil-Kunsill tal-Ewropa u bdejna t-triq li biha sirna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.
3. Sfortunatament, il-partit fl-Oppożizzjoni tant għamel żmien twil jirreżisti li jiċċelebra dan il-jum, li kull poplu ieħor fid-dinja jifraħ bih, li għadu maħkum. Għax hemm numru ta’ eżempji li juru li t-tmexxija ta’ dak il-Partit Laburista ħadet diversi drabi pożizzjonijiet li huma l-kontra ta’ dak li partit normali jieħu. Partit, ġej minn fejn hu ġej fl-Ewropa u li huwa wieħed demokratiku, normalment jifraħ bl-indipendenza u bid-dħul tiegħu bħala Stat membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea. Biss, huma baqgħu l-istess. Għamilna snin twal, taħt il-gvernijiet Soċjalisti, naraw li l-Indipendenza ma tiġix iċċelebrata bħala jum nazzjonali, anzi, tiġi disprezzata u mċekkna. Kien hemm fi ħdanhom reazzjonijiet strambi, negattivi għall-fatt li l-ewwel, dan il-partit, sa minn twelidu kien dejjem favur li mmexxu lilna nfusna; u t-tieni, li l-Indipendenza ġiet proprju taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Gorg Borg Olivier.
4. Kull min jagħraf il-fatti u għandu ftit esperjenza tal-ħajja jifhem li l-indipendenza hija l-bidu għal kull poplu. Verament jum importanti. Minn hemm ‘il quddiem, id-dipendenza tibda’ tonqos u trid tfendi għal rasek. Mhux kull Stat fid-dinja għamel suċċess mit-tmexxija tiegħu nnifsu. Uħud imxew malajr, oħrajn damu sakemm bdew jirrankaw. Id-dinja għadha mimlija b’każijiet bħal dawn. Però, fortunatament għalina, għamilna l-ġid fi ftit żmien. Il-pajjiż bena lilu nnifsu u wera li kien kapaċi jimxi ‘l quddiem. Kapaċi jkattar il-ġid u jħares kontinwament ‘il quddiem. Dan seħħ biex il-pedamenti soċjali, ekonomiċi u kulturali tagħna servewna malajr. Bħala poplu li jagħraf jaħdem u mimli kuraġġ irnexxejna fejn oħrajn le. Bil-passat tagħna affrontajna aħjar il-futur għall-ġid ta’ kulħaddd.
5. Ma hemmx u m’għandux ikun hemm iktar diviżjonijiet politiċi fuq dan il-jum. Huwa nuqqas ta’ maturità politika li jibqa’ jkollna partit politiku li, minkejja l-prova tal-passat, jibqa’ jsostni li l-Indipendenza hija jum ta’ ferħ għall-Partit Nazzjonalista biss u mhux għall-partiti oħra. Dak li huwa diġà konsolidat fina, dak li diġà nwettqu kull sena fiċ-ċelebrazzjonijiet varji huwa prova li fi ħdan il-Partit Nazzjonalista hemm viżjoni tal-pajjiż ferm iktar differenti minn dik li l-Partit Laburista qiegħed jibda biex jifhem. Partit li parti minnu tgħid ħaġa u parti oħra tgħid ħaġa differenti. Hemm min jiġi jqiegħed il-fjuri u hemm min moħħu biex jgħid li l-festa m’hijiex tagħhom. Mhux ta’ b’xejn li l-pajjiż imlewh bil-kliem “futur li jgħaqqadna”.
6. Il-problema m’hijiex l-Indipendenza iżda l-Partit Laburista, li baqa’ ma aċċettax li dan huwa mument importanti u li, aktar minn hekk, iridu jħallu warajhom il-passat tagħhom biex jimxu ‘l quddiem. Bil-kliem jiddikjaraw il-bżonn tal-għaqda li huma stess m’humiex kapaċi jwettqu fuq l-iktar punti elementari ta’ Stat demokratiku u Ewropew. Minflok għalina, il-festa tal-Indipendenza hija waħda li bqajna, sena wara sena, niċċelebraw. Waħda li fiha ħadna ħsieb nerġgħu naffermaw dak kollu li ħadmu għalih missirijietna, niftakru fid-diffikultajiet u s-sofferenzi li għaddew minnhom taħt is-sistemi kolonjali varji li kellna. Ħadna ħsieb li nwettqu dan b’viżjoni unitarja. Kull darba rajniha bħala waħda nazzjonali, anke jekk organizzata fuq sebat’ijiem mill-Partit Nazzjonalista. Żammejna dejjem li “L-Indipendenza hija tagħna lkoll”.
18.9.12
Wettaqna dak li hu tajjeb fil-Ġustizzja
2. Sal-15 ta’ Ġunju 2007, meta daħlu fis-seħħ partijiet mill-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva (Kap.490 tal-Liġijiet ta’ Malta) il-linja ġenerali tal-leġislazzjoni tagħna kienet li f’kull Att ġdid jiġi mwaqqaf tribunal apposta, separat mill-Qorti, li jiddeċiedi kwistjonijiet ta’ din in-natura. Fil-verità konna qegħdin inkomplu tradizzjoni li writna mid-dritt pubbliku Ingliż. Fis-sistema ġuridika Ingliża, għall-kuntrarju ta’ diversi oħrajn kontinentali, dik kient il-linja. Kull liġi ġdida ġġib tribunal differenti u ġdid biex jaqta’ l-kwistjonijiet. Id-duttrina li segwejna għal ħafna snin kienet dik li jaqbillek li jkollok dawn it-tribunali għax huma orħos, informali u suppost li jaqtgħu l-kwistjonijiet aktar malajr. Ir-realtà, iżda, kienet differenti.
3. Diġà meta kont student tal-liġi ridt nibdel din is-sistema għax, minn dak li kont ġejt mgħallem u qrajt, is-sistema ma kenitx qegħda taħdem kif kien previst u anzi diversi pajjiżi oħra kellhom minflok Qorti Amministrattiva waħda ċentrali li tiddeċiedi kollox. Meta ngħatajt il-ġurament bħala Segretarju Parlamentari sibt għalhekk l-opportunità li nressaq proposta, l-ewwel permezz tal-White Paper “Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef” u iktar tard b’dan l-Att sabiex nibdlu l-affarijiet. Sibt li l-Olandiżi kienu għamlu l-pass li jaqilbu minn sistema b’diversi tribunali bħal tagħna għal waħda ta’ sistema ċentrali. Kont ħadt ħsieb niltaqa’ wkoll ma’ numru ta’ mħallfin Olandiżi fuq dan is-suġġett u kkonvinċejt ruħi ferm iktar mill-bżonn li nimxu f’din id-direzzjoni.
4. Għalkemm dan jista’ jidher bħala sempliċi tibdil legali, kważi akkademiku, fir-realtà ħassejt li ser inkunu qed indaħħlu sistema li tiggarantixxi iktar id-dinjità u d-drittijiet taċ-ċittadini tagħna. Diversi drabi, fil-ħajja ta’ kull ġurnata, l-Istat jintervjeni fil-libertà u l-ħajja tal-bnedmin. Daqqa korrettement, u daqqa le. Fit-tieni każ huwa dejjem tajjeb li l-liġi tiġi ssudata sabiex dawk id-drittijiet jiġu tradotti dejjem aħjar minn fuq il-kitba tal-ħajja. Illum iktar minn qabel, bl-introduzzjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, dan qiegħed jintlaħaq. Hemm sistema, veloċi, irħisa, ċara u iktar trasparenti fejn is-sentenzi mogħtija huma motivati u pubblikati elettronikament. Saret bidla fil-fond li permezz tagħha mxejna sabiex nissudaw is-settur tad-dritt amministrattiv li qabel, fl-opinjoni tiegħi kien jonqsu, u dan dejjem għall-ġid ikbar tal-bnedmin f’dawn il-gżejjer.
5. Il-liġi ġiet fis-seħħ bażikament bi tlett passi prinċipali. L-ewwel, fl-2007 daħħalna fis-seħħ l-artikolu 3 tal-Att li stabbilixxa għall-ewwel darba numru ta’ prinċipji ta’ mġieba amministrattiva li ma kinux jeżistu qabel u li ġew japplikaw għal kull tribunal li kellna. It-tieni, fl-1 ta’ Jannar 2009 ġibna l-Att kollu fis-seħħ, inkluż l-imsemmi Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u għalhekk il-każijiet setgħu jibdew jinstemgħu u jiġu deċiżi fil-Qorti. It-tielet, bdejna proċess li bih tneħħew diversi tribunali varji li kienu jeżistu f’liġijiet differenti sabiex jiġu konċentrali taħt din l-umbrella unika ta’ dan it-tribunal. Illum diġà hemm madwar 50 minn dawn it-tribunali li kienu jeżistu qabel u li issa ma għadhomx għax ġew assorbiti f’ħaġa waħda.
6. Il-bidla fil-liġi, ma hemmx dubju, li tieħu ż-żmien tagħha biex issir. Ikun hemm reżistenzi kulturali għal dak kollu li huwa kkunsidrat bħala innovattiv, kif ukoll nuqqas ta’ informazzjoni ta’ dak li l-liġi issa tgħid. Ninnota li għad ma hemmx biżżejjed dak l-għarfien li l-impatt tagħha, speċjalment fis-settur taċ-Ċivil, jitlob. Għad ma hemmx direttament garantit it-tħaddim tal-artikolu 3, li jitroduċi l-prinċipji amministrattivi li għandhom jiġu mħaddma riġorożament mit-tribunali li għadhom ma ġewx meħuda taħt it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva. It-tmien prinċipji legali li daħħalna mhux kollha qed jitħaddmu, b’mod partikolari r-raba’ wieħed li jgħid li għandu jiġi żgurat li l-amministrazzjoni pubblika għandha tagħmel disponibbli d-dokumenti ta’ informazzjoni rilevanti għall-każ u li tara li l-parti jew partijiet l-oħra fil-proċeduri jkollhom aċċess għal dawn id-dokumenti u informazzjoni.
7. Ngħid dan għax għalkemm fi tlett snin kien diġà rnexxili ndaħħal daqshekk tribunali taħt is-sistema l-ġdida, xorta għad fadal tribunali oħra li, għada pitgħada, għad iridu jiġu assorbiti. Kienet ċara għalija li kien umanament impossibbli li ddaħħal kollox f’daqqa. Dan kien iġib biss xogħol tal-għaġġla li jwassal għall-konfużjoni u indeċiżjoni u, flok nimxu ‘l quddiem, konna noqtlu l-pjanta li mat-trapass taż-żmien kellha ssir siġra. Ħassejt li għandi ngħabbi biċċa biċċa, naraw il-problemi li jqumu u naffrontawhom sabiex inkunu aktar sodi f’dak li konna qegħdin inwettqu. Jidher ċar li dan irnexxa tajjeb ħafna. Illum, fortunatament għal pajjiżna, dan il-kunċett kompletament ġdid iddaħħal u qiegħed iwettaq ħafna ġid liċ-ċittadini fi kwistjonijiet varji, bħal dawk fiskali, ta’ trasport, agrikoli, ta’ prodotti u ta’ servizzi. Għalhekk, b’dan immarkajna passi oħra ‘l quddiem li nittama li kull min f’din il-gazzetta jaħseb li għandu ftit materja griża f’moħħu, jifhem u japprezza.
13.9.12
L-Uffiċċju Ewropew ta’ Sostenn fil-Qasam tal-Ażil (EASO)
1. Waqt li nhar il-Ġimgħa filgħodu kont qiegħed ix-Xatt tal-Belt nattendi għal ċerimonja verament importanti, reġgħu ġew quddiemi xeni varji. Xeni mill-ħidma li saret u li fiha kont parteċipi sabiex ġewwa dawn il-gżejjer għandna uffiċċju Ewropew ta’ importanza kbira - waħda li aħna stess ma napprezzawx biżżejjed kemm hija rilevanti, li però qegħda hemm. Pajjiżna għandu l-unur jgħid li huwa minn fost il-pajjiżi membri ġodda tal-Unjoni Ewropea li għandu ġewwa fih dan l-uffiċċju importanti għall-ħidma Ewropea f’settur daqshekk delikat u li jitlob attenzjoni kontinwa. Ftakart f’dan proprju għax din il-linja politika ċara bdiet fl-2008 taħt il-Presidenza Franċiża tat-tieni nofs tas-sena. Il-memorja ħaditni lura għal dak kollu li kelli ngħaddi minnu (fit-tajjeb u fil-ħażin) sija fl-istituzzjonijiet, fid-diversi kapitali Ewropej oħra li fihom kelli nattendi għal-laqgħat, kif ukoll ġewwa pajjiżi.
2. Ma kienx faċli, fix-xenarju politiku li kien qiegħed jiżviluppa fid-dell tal-kriżi finanzjarja, li tasal ma’ sitta u għoxrin Stat Membru ieħor fuq dokument politiku ta’ piż. Il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil stabbilixxa, għall-ewwel darba, triq li fuqha l-Istati kollha qablu li għandhom jimxu. Direzzjoni diretta u ċara li qabel ma kienx hemm. Fil-Patt kien hemm, u għad hemm, diversi punti ta’ interess għalina lkoll, speċjalment għal dawk li huma fuq il-fruntiera tal-Unjoni. Għal dawk il-pajjiżi li, bħalna, jridu jwieġbu huma fil-bidu, b’dak kollu li tali tweġiba tista’ tinvolvi, għall-mewġ ta’ bnedmin li l-immigrazzjoni irregolari tagħti. Sfortunatament u b’mod inġust il-Patt ġie kkritikat ħafna, bl-iktar mod iebes u bla forma ta’ sens fix-xenarju politiku tiegħu. Biss, fortunatament għalina, illum għandna r-riżultati pożittivi ta’ dak li rnexxielna nwettqu fl-Unjoni permezz tiegħu. Ħadna varji benefiċċji minnu, għalkemm żgur mhux forsi, għadna f’pożizzjoni li nieħdu ferm iktar fis-snin li ġejjin, dejjem jekk inkomplu nesiġu li jitħaddem kollu.
3. Iż-żewġ punti prinċipali li kont ikkonċentrajt fuqhom kienu: l-ewwel id-dħul ta’ klawsola ta’ solidarjetà fil-Patt; u t-tieni, li l-uffiċċju magħruf bħala European Asylum Support Office jiġi allokat f’pajjiżna. Reġgħu ġew quddiemi d-diversi diskussjonijiet, fit-tul u fil-qosor, li kelli ma’ numru ta’ ministri u uffiċċjali mimlija b’esperjenza u informazzjoni sabiex nifhem x’kien hemm kontra u favur li tidħol din il-klawsola li permezz tagħha, stati bħal tagħna setgħu jingħataw assistenza diretta fl-immigrazzjoni irregolari. F’dak il-Patt daħal, għall-ewwel darba, il-kunċett politiku li qatt qabel ma kienx jeżisti u li anzi, diversi Stati Membri oħra ikbar minna kienu esiġew li jkun hemm, iżda ma kienx irnexxielhom. Ftakart f’kemm qaluli sabiex naqta’ qalbi, li ma kienx ser jirnexxili nibdel dak li kien hemm. Biss, bid-diversi ħidmiet li twettqu, u b’mod determinanti dik li għamel ir-Rappreżentant Permanenti tagħna Richard Cachia Caruana, din il-klawsola daħlet u tħaddmet. Għall-ewwel darbha qegħda hemm, mhux mejta u tħaddmet tajjeb.
3. Ħadt pjaċir nerġa’ naqra ftit jiem ilu li numru ta’ persuni oħra telqu minn pajjiżna sabiex jibdew ħajja ġdida fi stat ieħor. Sa issa diġà qabżu l-1700 ruħ li ħarbu minn pajjiżhom jew għax għaddejja gwerra ċivili, inkella għax qed jiġu direttament ippersegwitati, li issa ġew rilokati f’pajjiżi oħra. Jiġifieri ġew meħuda minn pajjiżna u integrati f’oħrajn, bi programm ta’ assistenza soċjali, edukattivi, ta’ saħħa, ta’ residenza u xogħol. Hawn ikkonċentrajna ħafna mill-ħin tal-ħidma fil-Ministeru, l-ewwel sabiex il-programm li kien għadu fil-bidu tiegħu mal-Istati Uniti jiġi ssudat, kif fil-fatt ġie; u t-tieni, sabiex il-klawsola ta’ solidarjetà titħaddem mal-membri l-oħra tal-Unjoni. Illum għandi s-sodisfazzjon nara li dawn il-programmi, bid-diffikultajiet u l-kumplikazzjonijiet kollha tagħhom, baqgħu jaħdmu. Nistgħu ngħidu li bejn wieħed u ieħor, 1000 ruħ marru l-Istati Uniti u 700 ruħ oħra fl-Unjoni. Dawn il-persuni u pajjiżna bbenefikaw mill-ġenerożità u mis-solidarjetà tal-oħrajn.
4. It-tieni ħidma li saret fl-istess perjodu kienet marbuta mad-deċiżjoni ta’ fejn kellu jiġi stabbilit l-Uffiċċju. Pajjiżna ressaq id-disponibilità tiegħu u miegħu kellu żewġ pajjiżi oħra jikkompetu: Ċipru u l-Bulgarija. Sar ħafna xogħol li diffiċli telenka f’dan l-artikolu, iżda fl-aħħar, ikkonvinċejna. F’laqgħa waħda, il-membri kollha qablu li dan l-Uffiċċju jiġi stabbilit hawn, f’pajjiżna. Pass kbir għalina u għall-Ewropa proprju għax, għall-kuntrarju ta’ deċiżjonijiet oħra, ġie stabbilit mill-ewwel b’maġġoranza ċara favur tagħna. Għad għandi quddiemi x-xena ta’ dik il-ġurnata meta ttieħed il-vot. L-istess id-diversi ministri li tawna appoġġ u li kienu vuċijiet magħna fil-kapitolu.
5. L-Uffiċċju huwa verament importanti fl-istrateġija tal-immigrazzjoni u l-ażil għall-Ewropa kollha. Dan l-Uffiċċju għandu diversi miri, però dawk primarji huma: l-ewwel, li jiżviluppa koperazzjoni prattika fost l-Istati Membri dwar l-ażil billi jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini, jipprovdi lill-Istati Membri b’appoġġ għat-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u taħriġ għall-uffiċjali tal-ażil u billi jgħin fir-rilokazzjoni ta’ rifuġjati rikonoxxuti. It-tieni, li jagħti appoġġ lil dawk l-Istati Membri taħt “pressjoni partikolari”, speċjalment permezz tat-twaqqif ta’ sistema ta’ twissija bikrija, il-kordinazzjoni ta’ timijiet ta’ esperti biex jassistu lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fil-ġestjoni ta’ applikazzjonijiet għall-ażil u l-ħolqien ta’ faċilitajiet ta’ akkoljenza xierqa. It-tielet, li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-SEKA (Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil) permezz tal-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħħar prassi, ifassal rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni Ewropea u billi jaddotta dokumenti tekniċi, bħal linji gwida u manwali operattivi, dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-ażil tal-Unjoni.
7. Dan l-Uffiċċju beda jaħdem diġà. Hawn numru sew ta’ persuni jaħdmu miegħu, kif ukoll qed isiru laqgħat regolari hawn. Il-benefiċċji għalina huma tnejn: l-ewwel, assistenza fil-problemi marbuta mal-immigrazzjoni irregolari; u t-tieni, mill-effett ekonomiku li qiegħed joħloq għal pajjiżna. Bir-raġun ħadt pjaċir niġi mistieden għal din l-okkażjoni. Għandi s-sodisfazzjon nirreġistra mal-poplu li nirrappreżenta u li ħdimt għalih u għalija nnifsi li, fis-settur tal-immigrazzjoni, ħdimna tajjeb ħafna. Forsi din il-ħidma ma rreġistratx fil-materja ġriġja ta’ ċerti bnedmin, imma hemm qegħda. Ħidma tajba li qegħda tagħti l-frott u mhux twettaq il-ħsara.

6.9.12
Iċ-ċertezza tad-dubju
2. Wieħed jifhem din l-istrateġija kostanti u fuq kollox. Jifhimha proprju għax il-partit tal-Oppożizzjoni jrid jixħet id-dawl tal-attenzjoni mhux fuq dak li beħsiebu u kapaċi jwettaq hu, imma fuq ħidmet il-Gvern. Meta dan il-partit jattakka, tkun ċert li qed jagħmel dan għax l-affarijiet huma tajbin. Iċ-ċertezza li toħroġ dejjem iktar qawwija ġejja minn dan. Jippruvaw iċekknu s-sewwa. Iridu jġibu lil kull persuna bl-indottrinazzjoni u strateġiji tas-soltu. Jibdew jaħsbu l-kontra ta’ dak li jafu li hija ċertezza. Tiskanta kemm nies jerġgħu jistaqsuk domandi li t-tweġibiet jafuhom diġà, proprju biex ineħħu d-dubji minn rashom.
3. Avolja dan huwa Gvern li ħadem ħafna – wieħed li rnexxielu jasal fejn oħrajn ma waslux u minkejja dan hemm min irid jipprova jkerrħu. Tiskanta kif barra minn xtutna jagħtuna l-kredtu li jixirqilna, mentri hawn fostna rridu nitmaqdru, nifflaġellaw ruħna u nitkasbru. Xi gwadan nistgħu nieħdu, ilkoll bħala poplu, li niċħdu l-verità u l-fatti? Għax dak kollu li hemm tajjeb għandu minflok jiġi rikonoxxut u mhux dubitat. Il-pedamenti li għandu jibni fuqhom kull Gvern li jrid ir-rispett tal-pajjiż huma bbażati fuq dak li huwa verament sod u tajjeb. Biss, nafu li l-Oppożizzjoni tant m’għandhiex ideat ġodda u tajba li taf li tista’ tieħu l-poter biss jekk tkun ċerta fid-dubju.
4. Ngħid iktar dan għax jekk hemm żewġ pedamenti sodi, fost oħrajn li din il-leġislatura għandha, huma preċiżament ix-xogħol u s-saħħa. Forsi hemm bżonn iktar li n-nies ikunu jafu li hemm kuntrast qawwi bejn dak li seħħ f’pajjiżi oħra Ewropej u dak li ġara għandna. Kemm persuni tilfu x-xogħol u kemm l-ekonomiji qed isibu diffikultajiet biex jiċċaqilqu ‘l quddiem u jkabbru dak li ċkien. Għall-kuntrarju, aħna żidna sija fil-postijiet tax-xogħol, kif ukoll fl-investiment barrani hawn. Mertu ta’ ħidmet il-Ministru Tonio Fenech, żammejna ċari l-prijoritajiet tal-pajjiż. Bniedem li nafu fl-esperjenza diretta tiegħi bħala ħawtiel, iffukat u deċiż, żamm il-finanzi taħt kontroll u żied l-ekonomija. Ma qagħadx jiddubita imma kien ċar u dirett f’dak li kellna u għad għandna bżonn u għalhekk hemm suċċess evidenti. Tant l-Oppożizzjoni taf b’dan li trid tiddubita.
5. Fid-dubju tal-kliem tal-Oppożizzjoni hemm, fuq in-naħa l-oħra, iċ-ċertezza. Dik li kull darba li kien hemm il-partit tal-Oppożizzjoni fil-Gvern, ix-xogħol naqas drastikament. Dawn huma l-fatti. Kull min irid jaqra u jfittex jaf li jekk hemm settur li ma rnexxewx fih kien proprju dan. Ma hemmx dubju fuqu, imma hemm iċ-ċertezza. Jgħidu x’jgħidu fuq it-tajjeb ta’ ħaddieħor, ilkoll nafu li huma m’għandhomx din l-abbiltà. Ma jistgħux iressqu fatti differenti. Jistgħu biss imaqdru, jiddubitaw.
6. L-istess fis-saħħa. Il-livell għoli li ngawdu hawn iġib l-għira ta’ popli oħra. Kull min, bħali, miss mas-servizz dirett u mogħti jaf li huwa professjonali u ta’ livell għoli mmens. Il-fatti dawk huma. Il-Ministru Joe Cassar, bil-moħħ ċar u bl-umiltà kostanti tiegħu, rnexxielu jkompli jċaqlaq ‘il quddiem b’passi kuraġġużi u kbar fuq dak li sar minn dawk ta’ qablu. Solva kwantità ta’ problemi u mexxa fid-diffikultajiet li kull sistema medika tħabbat wiċċha magħhom. Ilkoll nafu li dak li għamel dan il-Gvern, ħaddieħhor ma kienx kapaċi jwettqu. L-Oppożizzjoni minflok trid li anki dawk kollha li ma’ kull ġurnata jieħdu servizz b’xejn u tajjeb, jiddubitaw minn dak li ħadu.
7. F’dan is-sajf mimli sħana u riħ isfel politiku, ninsab ċert li ser nibqgħu nisimgħu aktar vuċijiet ta’ dubju. Biss, ilkoll għandna nżommu f’moħħna, l-ewwel, li iktar ma jriduna niddubitaw, iktar għandna nkunu ċerti f’dak li sar tajjeb u t-tieni, li quddiem Gvern li jaf x’inhuwa jagħmel, l-Oppożizzjoni għadha m’għandhiex ċertezza ta’ dak li trid, imma d-dubju ta’ dak li hija.
4.9.12
Il-partit tal-għira
1. F’dan il-pajjiż hemm diversi forom u tipi ta’ partiti. Hemm dawk tal-baned, hemm dawk tal-ballun, hemm dawk tal-festi, hemm dawk politiċi u hemm oħrajn ferm iktar b’saħħithom, trasversali. Hemm fosthom dak li ma jidhirx. Wieħed li tħossu jaħdem quddiemek mingħajr ma tista’ taqbdu, jew tipprova tirraġuna miegħu. Triq sempliċement issofrih, speċjalment meta jiġi dritt dritt għal fuqek. Huwa proprju dak il-partit li m’huwiex reġistrat, li jifforma ruħu mingħajr ma l-partijiet neċessarjament ikunu jafu li saru parti minnu. Jaġixxu qishom għal rashom, imma fil-verità b’għan u direzzjoni waħda – id-direzzjoni passjonali li l-għira tagħti.2. Il-mibki u magħruf Erin Serracino Inglott, f’ “Il-Miklem Malti” tiegħu jikteb li l-għira hija “stat, qagħda ta’ min jgħir; xewqa li wieħed ikun aħjar minn ħaddieħor; emulazzjoni; rieda jew sensazzjoni qawwija li wieħed iħoss; fil-qasam ta’ xogħolu; li jiżboq lill-oħrajn kollha, l-iktar lil min jarah meqjus aktar minnu, minn ta’ fuqhom”. L-għira hija perikoluża, tipprova tagħrax lil kull persuna. Tkerrah is-sentimenti t-tajba u tkabbar dawk ħżiena. Jekk ma tiġix kontrollata mill-bidu taf taħkem lil dak li jkun. Tagħmel minnu dak li ma jridx, dak li anqas huwa stess ma jkun jaf li qiegħed iwettaq. Sfortunatament, diversi jaqgħu f’din in-nassa, speċjalment dawk li jaraw is-suċċess ta’ ħaddieħor u jgħarfu li ma jistgħux jilħquh. Dawn jispiċċaw maħkuma, mitlufa u strument ta’ aġir żbaljat. Aġir li minnu ma jitwieled xejn.
3. In-nies ta’ dawn il-gżejjer ilhom jafu bl-għira minn żmien żemżem. Tant li, missirijietna kienu jgħidu (u naħseb tajjeb ħafna), l-ewwel li “L-għira titrod wara l-għaref qisu dellu miexi warajh”, kif ukoll “L-għira tan-nies iġġib mibgħeda bla qies”. Dan huwa kollu minnu, kif diversi persuni li sfortunatament iħallsu prezz għal dan l-istat f’qalb ħaddieħor, jistgħu jixhdu għalih. Hemm dawk li jħarsu lejk bl-ikrah u dawk li wiċċhom qiegħed fi stat perenni hekk. Numru ta’ persuni, flok jammettu n-nuqqas tagħhom, jikkonvinċu ruħhom li huma oħrajn li għamlulhom u naqsuhom. Il-verità trid f’dan tibqa’ ma tingħadx, u dan għax l-għira tgħix u tikber meta l-verità toħroġ barra mit-tieqa.
4. Nikteb dan għax f’dawn l-aħħar xhur, speċjalment f’dawn l-aħħar jiem, l-għira rajtha tikber wisq. Ħakmet lil diversi sabiex ġiebet magħha l-mibgħeda. Wisq sentimenti ta’ għira, vendikazzjoni u mibgħeda ħarġu fil-miftuħ. Wisq bnedmin intilfu jgħajru u jippruvaw iċekknu l-ġieħ tal-oħrajn għar-raġunijiet varji tagħhom u ġew użati mezzi, metodi varji. Uħud marru direttament lejn il-persuna, il-kwalitajiet tagħha. Oħrajn denigrazzjoni totali u sistematika. Daqqa kliem iebes, daqqa żebliħ. Il-ħsara ssir, it-tajn jinxeħet u xi ftit jeħel. Huwa verament tal-mistħija li nisimgħu u naqraw dawn l-affarijiet. Atti li jagħmlu wisq ħsara lit-tessut soċjali tagħna lkoll.
5. Sfortunatament, għandna mezzi ta’ komunikazzjoni li minn filgħodu sa filgħaxija jridu l-ħin kollu, mhux b’mod leġittimu, jikkritikaw u jsaħħnu lin-nies u lill-poplu. Isaħħnu billi l-ħin kollu jilgħabu bis-sentimenti tal-għira. Dak li qiegħed isir mill-Gvern tal-ġurnata jrid jitpinġa mhix biss bħala ħażin, li ma jkunx, imma li ħaddieħor qiegħed jieħu dak li inti m’intix. Il-ġlied bejn il-klassijiet jikber minn dan. Mhux xi proċess ta’ kompetizzjoni salutari jew kollaborazzjoni, imma risentimenti. F’dan kollu, kull partit għandu fuqu r-responsabbiltà tiegħu. Jista’ jaħrabha. Jista' jaħseb, kif qiegħed manifestament jagħmel il-Partit Laburista, li dak li qed isaħħan illum għada mhux se jsibu. Min jiżra l-għira s-sikrana jsib u minnha ma jista’ jieħu xejn ħlief li jaħraqha.
6. Dan il-Gvern, bid-diffikultajiet straordinarji kollha tiegħu, baqa’ jaħdem sabiex iwettaq is-sewwa. Baqa’ jirreġistra suċċess wara ieħor fl-ekonomija, fis-saħħa, fl-edukazzjoni u sar il-mira tal-għira. Ir-realtà hija li din it-tmexxija ġiebet l-għira f’qalb min ma jridx iħalliha tikber għax irnexxielha turi bil-fatti li kienet, u għadha, kapaċi tbiddel u tmexxi ‘l quddiem lil dan il-poplu. Dan huwa ċar u evidenti quddiem għajnejn dawk li jgħarblu sewwa. Il-Partit Nazzjonalista għandu l-iżvantaġġ preżenti ta’ membri fi ħdanu li m’għadhomx fi triqtu u tilfu l-boxxla, però għandu vantaġġi ferm ikbar. L-ewwel, l-abbiltà u l-esperjenza indiskussa tat-tmexxija tal-Kap, Lawrence Gonzi. M’hemmx ħaddieħor li kapaċi jmexxi f’dan il-mument diffiċli. It-tieni, il-perseveranza u d-determinazzjoni tal-persuni madwaru li jservu lill-pajjiż u lill-poplu kull ġurnata, b’attenzjoni. Ma hemmx dubju li din il-ħidma ġiebet l-għira ta’ diversi. Nafuha. Irridu biss nikkumbattuha bis-sewwa, mingħajr ma nwieġbu b’azzjonijiet żbaljati għal dawk li l-għira tikkmanda.
Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...