1. L-iktar sfidi kbar li jsib quddiemu l-bniedem huma marbuta mal-bidliet fil-mod ta’ kif wieħed iġib ruħu. Ħafna drabi jridu jgħaddu s-sekli, u drabi oħra kollox jibqa’ ma jinbidilx. Il-ħsieb tal-preċedent jew li l-affarijiet dejjem saru hekk jitressqu quddiem moħħ il-bniedem biex ma jinbidilx. Ħafna drabi trid sforzi kbar biex tikkonvinċi li hemm bżonn li l-metodu, il-mentalità u l-proċess sħiħ ikunu differenti. Hemm tradizzjonijiet, prattiċi varji li jitwieldu f’ħidmet il-persuni. Dak li ħafna jikkonvinċu ruħhom li huwa l-komportament ġust u proprju, u li għalhekk m’hemmx bżonn aġir ieħor jew li wieħed jaħseb f’toroq ġodda.
Hemm bżonn
2. Imma r-realtà turik, kull darba, li soċjetà tavvanza l-quddiem jekk tifhem li trid timxi ’l quddiem u tagħżel. Timxi biex tkun aħjar milli hija. Biex tiġbor aħjar ir-riżorsi li għandha u ġġib iktar fis-seħħ l-iskopijiet li tkun twieldet għalihom. Anki jekk persuna tifhem dan u tista’ wkoll tkun b’xi mod konvinta, xorta l-azzjoni mhux dejjem tkun kif u fejn għandha tkun. Is-saqajn tal-moħħ jibqgħu jaħsbuha. Inkella jibqgħu jħarsu, xi drabi jittamaw li oħrajn jimbuttawhom ’il quddiem. Anki jekk f’dan nibqa’ nemmen li l-liġi hija wkoll strument ta’ bidla fl-abitudnijiet umani, xorta waħedha mhijiex biżżejjed. Anki jekk liġi tistabbilixxi regoli u mekkaniżmi differenti minn qabel, xorta l-bniedem idum biex jinbidel. Idum biex ikun differenti u jimxi fit-triq il-ġdida.
Anki jekk
3. F’dan anki jekk jaf jifhem dak li huwa sewwa minn dak li mhuwiex, xorta qisu jibqa’ wieqaf jaħsibha. Jibqa’ qisu jistenna dak li jixtieq li jsir, imma li ma jsirx. Jingħaqad ma’ dawk li jagħmlu ħajjithom jistennew xi bidla li ma sseħħx. Imma f’dan xorta, bħala politiku, aktar wieħed irid jimxi ’l quddiem. M’aħniex dawk li jemmnu li dak kollu li sar qabel kien preċiż, inkella li dak li kien jgħodd qabel għadu hekk illum. Iż-żminijiet jinbidlu u magħhom l-aspirazzjonijiet u l-kunċetti. Bidliet iridu jsiru; il-passat ma tistax tippreservah. Proprju f’dan ma nistgħux inkunu konservattivi. Proprju wkoll f’dan wieħed ma jibdilx dak li qiegħed jaħdem u għandu jwieġeb għal dak li l-bniedem irid biex jimxi ’l quddiem fid-dinjità li ħaqqu.
Il-passi jsiru
4. Tul din il-ġimgħa, fis-27 ta’ Jannar ftakart li erbatax-il sena ilu kienet ġiet fis-seħħ il-liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi. Illum fil-Kapitolu 516 tal-liġijiet ta’ pajjiżna. Proċess twil ta’ leġislatura sħiħa li dħalt għaliha, anki jekk kelli quddiemi d-diversi diffikultajiet u ostakli li kien hemm. Wieħed li ried attenzjoni kbira, imma wkoll li ħassejt li kien wasal il-mument li jsir. Iktar u iktar quddiem il-fatt li għal sekli sħaħ tkellimna fuq il-piena bħala dik li tagħlaq il-kapitolu tal-aġir illegali u kriminali ta’ bniedem. Dik li tibgħat il-bnedmin il-ħabs. Issakkarhom hemm u tħallihom jistennew jiskuntaw iż-żmien tagħhom. Saru sforzi biex tipprova ġġib imġieba tajba fil-faċilità li ġiet imsejħa wkoll ‘korrettiva’, imma kien hemm bżonn proġett ikbar u iktar qawwi.
Fl-għeruq
5. Kien hemm, u għad hemm iktar illum mal-isfidi fil-kurrenti tad-delinkwenza tal-preżent, li wieħed imur lejn l-oriġini, ir-raġuni tal-aġir żbaljat. Tifhem dak li wassal, u fl-istess ħin taġixxi sabiex tibni persuna biex ma tmurx lura lejn dik it-triq. Tasal biex taħdem biex ma tħallix iktar lil dik il-persuna f’idejn, jew għad-dispożizzjoni ta’ forzi li mhumiex ispirati mis-sewwa. Tindaga u tibni bi proċess ta’ formazzjoni edukattiva mill-iktar wiesgħa. Mhux biss, imma persuna li tingħata t-taħriġ biex tidħol f’dinja li tkun inqatgħet minnha b’għodod ġodda għaliha. Dawk li permezz tagħhom jista’, għaliha nnifisha l-persuna tista’ tħoss li tista’ tibda ħajja differenti milli kellha. Fejn tista’ toħloq futur aħjar għaliha u għal familtha, li huwa wkoll ikunu weġġgħu direttament b’dak li jkun seħħ. Sentenza tal-Qorti tolqot mhux biss lill-persuna akkużata, imma wkoll lil diversi oħra madwarha.
Timxi
6. F’dan ukoll ma ridniex nibnu biss il-proċess ta’ paroli fis-sens li qed toħloq mekkaniżmu sigur biex persuni, għaliex qed jirriformaw ruħhom, joħorġu qabel barra. Jingħataw il-permess ikunu barra, lura fis-soċjetà bil-kundizzjoni li jekk jiżbaljaw jidħlu lura. Ridna nkunu iktar realistiċi. Immissu mal-fatt li ħafna drabi min iwettaq reat ma jifhimx il-konsegwenzi, l-effetti li jkun ikkaġuna fuq l-oħrajn. Sija jekk humiex direttament fuq min twettaq, kif ukoll fuq is-soċjetà nnifisha. Daħħalna, għalhekk, mekkaniżmu ta’ medjazzjoni liberu, imma neċessarju, li fih dak li wettaq l-aġir jiltaqa’ mal-persuna li sofriet, biex jifhem kemm ġieb konsegwenzi u anki jekk mhux mal-vittma tar-reat direttament, mas-soċjetà nfisha. Proċess sabiex jiġi mħallas ukoll il-kumpens materjali u morali ma’ min sofra.
Ġabra sħiħa
7. F’dan kollu ppruvajna nippreparaw sabiex tibda tinbidel il-kultura biex il-liġi, meta tidħol fis-seħħ, issib forom ta’ pedament biex isostnuha. Ġibna fis-seħħ id-Dipartiment tal-Probation u Parole apposta għal dan. Il-kunċetti sħaħ tal-liġi huma fihom infushom ambizzjużi. Però din hija t-triq li wieħed irid jaqbad biex ikollna inqas persuni li jispiċċaw fil-Faċilità Korrettiva u dawk li jmorru jirriformaw ruħhom verament. Biss, għalkemm saru sforzi kbar mill-persuni li huma f’dan id-Dipartiment, għadna ferm lura minn dak li jista’ jiġi reġistrat. Fil-fatt dan kollu jiddependi minn kemm l-Istat qiegħed jinvesti fih. Kemm hemm persuni li jaħdmu jiddependi minn kemm hemm flus ivvutati fil-Budget. Mir-riżultati varji li kull sena jiġu reġistrati jidher ċar ħafna li mhijiex prijorità tal-pajjiż, mentri għandha tkun. Biex tirbaħ lura l-bnedmin trid tassigura li din il-liġi taħdem kif għandha, bil-mezzi sħaħ li għandha bżonn.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label ġustizzja riparatriċi. Show all posts

4.2.26
16.11.12
L-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi
1. Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, dan l-Att ġie approvat mill-Parlament tagħna u sussegwentement, is-sena ta’ wara, nġieb fis-seħħ. Dan l-Att huwa pass importanti fis-sistema ġuridika tagħna. Pass li fuqu nistgħu niftħu kapitolu verament ġdid sabiex persuni li jsibu ruħhom fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, wara sentenza tal-Qrati ta’ dawn il-gżejjer, ikunu jistgħu jirriformaw ruħhom. Il-piena minnha nnifisha hija deterrent. Il-ħsieb biss li tista’ tqatta’ xi żmien nieqes mil-libertà tiegħek ġewwa ċella, żgur mhux forsi, għandu l-effett li jżomm lil dak li jkun milli jġib ruħu b’mod żbaljat. Dan fih valur, però l-esperjenza ta’ dawn l-aħħar snin turi biċ-ċar li m’huwiex biżżejjed. Hemm bżonn ta’ strutturi oħra li jibdlu lil dawk li jirfsu l-bieb tal-post. Dawn huma issa parti mis-sistema, u bdew jaħdmu.
2. Dan il-pass huwa wieħed importanti ħafna. Diġà għamilnih u qiegħed jagħti l-frott tiegħu. M’huwiex faċli tibdel bnedmin li jkunu draw jgħixu ħajja li twassalhom għall-kriminalità. Hemm min żbalja darba u hemm min iktar minn darba. Kull persuna ħaqqha l-attenzjoni neċessarja da parti mill-Istat. Ħaqqha li wieħed jipprova jibdilha billi jagħtiha programm biex tista’ taqbad triq differenti milli qabdet. L-eżempji ħżiena jridu jiġu kumbattuti b’dawk tajba. Ċittadin, jekk mar fejn m’għandux, irridu ngħinuh. Dik l-għajnuna tista’ ssir billi jinbena pjan għal kull persuna skont il-karattru, l-esperjenza, l-edukazzjoni u t-tfixkil li għandha. Bl-Att hawn fuq imsemmi, sar issa parti mil-liġi li min daħal fil-Faċilità jitqiegħed fuq ħidma biex jinbidel. Mhux kull programm huwa l-istess. Dak li jgħodd għal persuna mhux neċessarjament ikun jgħodd għal persuna oħra. Mhux biss, imma dik il-persuna jrid ikollha l-volontà li tibdel lilha nfisha billi tidħol għal dan il-programm ta’ riforma.
3. Biex tassigura li min qiegħed fil-Faċilità, hu min hu, jidħol għal dan il-programm, il-liġi ħadet ħsieb iddaħħal għall-ewwel darba żewġ kunċetti ġodda. L-ewwel, dak tal-parole; u t-tieni, li r-remissjoni trid taħdem għaliha. Is-sistema ma tħarisx lejn il-parole u r-remissjoni bħala toroq alternattivi għal xulxin, fis-sens li min qiegħed fil-Faċilità jrid jagħżel liema triq jaqbad, bl-esklużjoni tal-oħra. Imma triq hemm waħda: dik li jekk trid tieħu l-benefiċċju tal-parole jew tar-remissjoni, trid bilfors tidħol għall-programm. Jekk trid toħroġ qabel il-piena imposta mill-Qorti, allura trid taħdem għaliha. Dan sar għax inkella kien ikun hemm il-periklu li ma jkunx hemm l-impenn neċessarju sabiex, min qiegħed hemm ġew, jibdel lilu nnifsu. Għax qabel, ġaladarba priġunier ma kienx jaqla’ nkwiet, allura kien jista’ jieħu r-remissjoni, li hija tnaqqis ta’ terz tal-piena. Dan fisser għalhekk li r-remissjoni ma baqgħetx tiġi kkunsidrata bħala awtomatika, imma sistema li fiha persuna trid tibda taħdem għaliha wkoll, bħall-parole.
4. Illum, il-Bordijiet kollha taħt il-liġi huma mwaqqfa. Għalhekk, il-pjan ta’ kura għal kull persuna jrid jiġi approvat mill-Offender Assessment Board, li jorbot. Fuq dan il-pjan, dak li twettaq il-persuna li tkun hemm ġew, allura tista’ tibbenefika skont kemm issegwih u kemm taħdem, sija mir-remissjoni kif ukoll mill-parole. Fil-Faċilità diġà hemm qed jaħdmu l-mekkaniżmi neċessarji għal dan il-għan. Il-Bord tar-Remissjoni, magħmul minn erba’ persuni, diġà qiegħed jara jekk japprovax jew le l-għotja tar-remissjoni u jista’ jimponi kundizzjonijiet fuq min jingħata dan il-benefiċċju. Il-Bord tal-Parole twaqqaf huwa wkoll u diġà qiegħed jikkunsidra t-talbiet għal dan il-għan. Kuntrarjament għad-diskors żbaljat li ngħad minn uħud, is-sistema diġà bdiet taħdem, u b’mod tajjeb.
5. Biss, bħal kull sistema ġdida, ma tistax tirnexxi f’daqqa imma meta takkumula l-esperjenza li tiġi maż-żmien. Biex persuni jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-sistema jrid ikun jimmeritahom. Il-liġi, li ġiet approvata bil-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra, tippreskrivi li biex persuna toħroġ bil-parole, per eżempju wara nofs it-terminu mogħti lilha, trid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Offender Assessment Board u dawk tal-Bord tal-Parole innifsu. Hemm attenzjoni kbira mogħtija lil dan il-proċess mil-liġi billi għandu jkun hemm kontrolli neċessarji li permezz tagħhom jiġi assugurat li min qiegħed joħroġ qabel, qiegħed verament jirriforma ruħu u jħallas lura ta’ dawk li wettaq ħażin, sija lill-vittma diretta, kif ukoll lis-soċjetà.
6. Il-proċess tal-bidla li sar permezz tal-Ġustizzja Riparatriċi huwa kbir. L-impatt tagħha huwa wieħed kumulattiv. Ma’ kull ġurnata tiżdidilha fl-importanza u fil-mod tajjeb ta’ kif tiġi mħaddma. Is-suċċess ma jistax ikun immedjat jekk irid isir bis-serjetà, iżda fit-tul. Żgur mhux forsi, però, sar xogħol tajjeb u kbir sabiex inbidlu diversi strutturi interni, kif ukoll biex tinbidel il-kultura tal-post. Dak li sar huwa diġà tajjeb ħafna. U żgur mhux forsi, il-benefiċċju ta’ din il-liġi ser jinħass għada pitgħada fis-soċjetà tagħna. M’huwiex sew però li hawn min, għall-iskopijiet elettorali tiegħu, jrid jipprova jċekkinha, jmaqdarha u joskuraha fix-xejn. Filwaqt li nittama li jkolli l-okkażjoni nikteb aktar fuq dan is-suġġett irrid ngħid li x-xogħol li sar, qiegħed isir u għad irid isir, sabiex ikompli jirnexxi appoġġ għandu bżonn u mhux tmaqdir.

24.2.12
L-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi
Nhar is-27 ta’ Jannar 2012, fil-Gazzetta tal-Gvern ġie ppubblikat l-Avviż Legali 43 tal-2012 li permezz tiegħu nġieb fis-seħħ l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi (Kap. 516) li bih pajjiżna telaq fit-triq li jagħti u jżid l-enfasi fuq ir-riparazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, mingħajr ma jinsa l-element tal-kastig fil-konfront ta’ min ikun wettaq u nstab ħati ta’ reat.
Il-mira prinċipali tal-liġi żgur li mhix dik li tara persuni kkundannati jinħelsu qabel iż-żmien, iżda li tassigura li min qiegħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jingħata l-possibilità, dejjem jekk hu jrid, li jirriforma ruħu. Għalhekk il-Gvern mexa sabiex f’din il-liġi jkun hemm strutturi u mekkaniżmi differenti minn dawk li kienu jeżistu s’issa - miżuri li jibnu lilhom infushom fuq il-fus li l-parole, ir-remissjoni u l-possibilità ta’ maħfra Presidenzjali jitilqu minn fuq żewġ punti: l-ewwel, li min qiegħed fil-Faċilità jrid jirriforma ruħu; u t-tieni, li l-vittma tar-reat hija kkunsidrata, infurmata u tipparteċipa b’dan.
Il-proċess li wassal għall-pubblikazzjoni tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi f’Jannar 2011 bħala abbozz ta’ liġi, u f’Diċembru bħala Att approvat mill-Parlament, kien wieħed twil iżda interessanti, ugwalment siewi u indispensabbli.
Il-proċess tnieda b’mod uffiċjali fi Frar 2009 meta kienet ġiet ippubblikata l-“White Paper dwar il-Ġustizzja Riparatriċi”. Il-proċess ta’ konsultazzjoni wara l-pubblikazzjoni tal-White Paper kien ta’ erba xhur, minn Frar sa Ġunju 2009. Matul dan iż-żmien Task Force li twaqqfet appożitament, immexxija mis-Sur Joe Gerada, ħadet ħsieb li żżomm laqgħat għal dawk interessati, kif ukoll evalwat il-bosta proposti u ideat li ġew sottomessi bil-posta jew bl-email. Fi tmiem dan il-proċess, it-Task Force fasslet rapport li kien ippubblikat fl-istess sena, liema rapport imbagħad serva sabiex ikun jista’ jiġi mfassal l-abbozz legali li eventwalment kien ippubblikat f’Jannar tas-sena li għaddiet. Dan ir-rapport ukoll ġie ppubblikat u daħlu wkoll suġġerimenti u punti oħra.
Filwaqt li dan il-proċess kien bla dubju wieħed twil, dan kien essenzjali meta wieħed jikkunsidra li l-Att jinvolvi pass kbir fit-tranżizzjoni gradwali li pajjiżna qiegħed ikompli jagħmel minn sistema punittiva għal waħda riparatriċi. Din il-liġi fil-fatt qed tindroduċi l-parole, is-sistema li tipprovdi għal ħruġ kmieni, iżda b’kundizzjonijiet, mill-ħabs. Il-kundizzjonijiet japplikaw kemm sabiex wieħed jakkwista l-parole, billi jsegwi pjan ta’ kura imfassal apposta għalih mill-awtoritajiet kompetenti waqt li jkun miżmum fil-ħabs; kif ukoll billi jsegwi kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Board tal-Parole biex jiġi rilaxxjat.
Qed tiġi wkoll irriformata s-sistema ta’ remissjoni li sa issa kienet tingħata lil kull priġunier sakemm dan iġib ruħu sew waqt li jkun qed jiskonta s-sentenza. L-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi qed ibiddel dan sabiex jiżdiedu il-kundizzjonijiet biex wieħed jinħareġ kmieni. Għalhekk hawn ukoll ser ikun meħtieġ minn dik il-persuna li ssegwi l-pjan ta’ kura u turi li hija tassew irriformat ruħha bis-sħiħ biex tibbenefika mir-remissjoni.
Huwa naturali li riforma radikali għal pajjiżna bħal din la setgħet titwettaq mingħajr proċess ta’ konsultazzjoni xieraq, u lanqas mingħajr ma jsiru r-riformi fid-dipartiment konċernati mas-sistema penali.
Kien għal din ir-raġuni li l-Ministeru fl-aħħar snin wettaq riformi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dawn tmexxew fuq rakkomandazzjonijiet li saru f’rapport minn Bord ta’ Inkjesta li kien twaqqaf biex jeżamina s-sistemi amministrattivi tal-ħabs li l-kundizzjonijet tagħhom ġew ippubblikati. L-ewwel twaqqfet sistema ġdida ta’ management, bil-ħatra ta’ managers responsabbli għas-sigurtà, l-operat u l-kura u r-reintegrazzjoni. It-tieni, inħatar Education Coordinator, u qed jkunu offruti diversi opportunitajiet edukattivi fil-Faċilità lejn il-ħidma li l-iskola li għandna taħdem aħjar. Jidher ċar li dan ix-xogħol qed iħalli riżultat, hekk kif in-numru ta’ priġunieri li jipparteċipaw f’dawn il-programmi qed jikber kostantement.
Barra minn hekk, ix-xogħol jinsab għaddej bi preparazzjoni għal dak li ġiebet il-Liġi sabiex isir Pjan ta’ Kura għal kull priġunier, liema pjan ser ikun eventwalment eżaminat u approvat mill-Offender Assessment Board, wieħed mill-bordijiet ġodda li se jinħatar skond l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
Din il-ħidma kienet akkumpanjata minn riforma oħra fi ħdan id-Dipartiment ġdid tal-Probation u l-Parole li nqata’ mill-istruttura amministrattiva tal-ħabs u issa għandu Direttur tiegħu. Bid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi dan id-Dipartiment ser jibda jagħmel ukoll il-monitoraġġ ta’ dawk il-persuni li jingħataw il-parole. Minbarra li żdied l-ammont ta’ uffiċjali tal-probation fid-Dipartiment, fl-aħħar xhur ukoll, numru ta’ Probation Officers ġew f’ kuntatt dirett ma’ dan u rċevew taħriġ barra minn pajjiżna. Aktar ‘il quddiem dan id-Dipartiment ser ikollu wkoll fi ħdanu l-Unità għas-Support lill-Vittmi, li ser jagħti dimensjonijet ġodda f’din il-ħidma.
Filwaqt li diġà sar ħafna xogħol bi tħejjija għad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att, għad baqa xi jsir. Il-Gvern għażel li jimxi b’attenzjoni fir-rigward ta’ din il-liġi. Għalkemm in-nuqqas tagħha fis-sistema legali tagħna kien jinħass, l-ewwel prijorità tal-Gvern kienet li ssir liġi li filwaqt li toffri opportunità oħra lill-priġunieri din, fl-istess ħin, tkun opportunità aċċessibli miftuħa biss għal min jaħdem għaliha.
Bid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi ser nidħlu fil-perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ din il-liġi li ser isseħħ fuq medda ta’ żmien. Dan sabiex il-Gvern ikompli jwaqqaf l-istrutturi addizzjonali li huma meħtieġa, kif ukoll sabiex ikun żgurat li dawn l-istrutturi qegħdin jiffunzjonaw tajjeb f’dan ix-xogħol ġdid.
Il-prinċipji li jibnu dawn id-disposizzjonijiet legali jagħtu opportunità lil dik il-persuna li żbaljat f’ħajjitha li tibdel triqtha. Mhux biss, imma tipprovdilha mezz ta’ riforma u fl-istess ħin ħlas lura lejn is-soċjeta’ sabiex isewwi, tagħmel tajjeb għal ħsara li wettqet. Dawn huma miżuri li juru li aħna soċjetà li tħares lejn strutturi adegwati għaż-żminijiet tallum. Passi ‘l quddiem li jagħmluna aħjar milli konna. Nittama li l-Liġi tiġi mħaddma b’mod li nieħdu benefiċċju aktar għal soċjetà li tnaqqas id-delinkwenza u tirriforma.

13.2.12
Attività unika
| Xena mill-play "When you hear my voice" |
1. Frott il-ħidma li saret tul din il-leġislatura ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, matul il-ġimgħa li għaddiet rajna numru ta’ żgħażagħ jieħdu sehem fuq il-palk tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, fil-Belt Valletta. Ġewwa l-Faċililtà nbeda proċess intensiv li permezz tiegħu qegħdin issa fit-triq li nħaddmu l-Ġustizzja Riparatriċi. Mekkaniżmi legali ġodda li bihom, min instab ħati u jrid jinbidel u jirriforma ruħu, jingħata t-triq biex jgħaddi għas-sewwa. Fil-Faċilità hemm numru kbir ta’ persuni li b’xi mod jew ieħor jidħlu hemm ġew. Minn dawk li jagħmlu xi jiem jistennew li jingħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, jew għax ma ħallsux multa, sa dawk li jieħdu sentenza definittiva ta’ ħabs. Mhux kull persuna tirreaġixxi l-istess għal dan.
2. Il-maġġoranza, kif imissu mal-post, jifhmu li m’għandhomx jersqu hemm u, jekk żbaljaw, jibdlu ħajjithom. Hemm però ġabra ta’ persuni li jridu aktar minn hekk. Dawk li ma jifhmux, forsi ma jridux jibdlu jew iridu, imma ma jistgħux, jinbidlu. Kull persuna għandha l-ħajja tagħha. Trabbiet b’mod differenti, kellha edukazzjoni, ambjent u ħbieb li m’humiex bħal tal-oħrajn. Dan jixħet sfida xejn żgħira fuq min irid idaħħal il-ġustizzja riparatriċi taħdem. Sfida sabiex għal kull persuna li ssib lilha nfisha kkundannata ġewwa l-Faċilità jkun hemm pjan li jassistiha tibdel ħajjitha.
3. Kollox jiddependi minn varjetà ta’ pożizzjonijiet. Biss, hemm żewġ fatturi prinċipali li huma determinanti. L-ewwel, il-volontà ta’ min jidħol fil-post, tad-detenut; it-tieni, tal-istrutturi u l-programmi li l-Faċilità tagħti. Għalkemm, sfortunatament, iċ-ċirkostanzi żviluppaw li tul is-sena li għaddiet kien hemm min kerrah dak li qiegħed isir ġewwa l-Faċilità, illum ix-xena bdiet tieħu xejra oħra. Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma, però jieħu l-ħin tiegħu, speċjalment meta l-ilma jkun aġitat. Kien hemm min maqdar intenzjonalment biex dak li qiegħed jiżviluppa jieqaf. Kien hemm oħrajn li ħasbu li qed jirkbu fuq xi karru politiku u oħrajn li tkaxkru mal-kurrenti.
4. Fortunatament ix-xogħol li sar fis-snin li għaddew issa beda, biċċa biċċa, jiġi f’postu. M’hemmx dubju li ser jieħu l-ħin tiegħu u ntoppi ser ikun hemm. Imma fuq in-naħa l-oħra hemm id-determinazzjoni li nimxu fit-triq li nġibu dan kollu jaħdem. Il-ġdid, dak li huwa differenti u jibdel il-prattiċi l-antiki jieħu t-trapass tiegħu, dejjem jekk irid isir tajjeb. Biss, diġà bdew jidħlu s-sinjali tat-tibdil. Fil-fatt, tul il-ġimgħa li għaddiet kien hemm numru ta’ persuni ta’ età ġovanili li qed jiskontaw piena ta’ ħabs li ġew involuti f’ “The London Shakespeare Workout Prison Project” immexxi mil-“London Shakespeare Workout”.
5. Lejn Settembru tas-sena l-oħra żar il-Faċilità ċertu Dr Bruce Wall li, wara li ltaqa’ mal-uffiċċjali tal-Faċilità, inbeda dan il-proġett li permezz tiegħu, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, bejn nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar sal-Ħamis 9 ta’ Frar ittellgħet rappreżentazzjoni drammatika. Tawha l-isem “When you Hear my Voice” u hija magħmula minn diversi biċċiet meħuda u magħġuna minn awturi madwar id-dinja. Il-biljetti għal dawn l-attivitajiet inbiegħu kollha, sal-inqas wieħed. It-trustees tal-“London Shakespeare Workout” ħaqqhom kliem ta’ ringrazzjament. Irnexxielhom jittrasformaw żgħażagħ f’atturi, bdew jagħtuhom formazzjoni tajba li ser isibuha ‘l quddiem f’ħajjithom.
6. Ħadt pjaċir nara kif din iż-żerriegħa sabet art fertili fejn tikber. Il-proċess sabiex dan seta’ jsir ħassejtu iktar mill-viċin għax rajthom l-ewwel fil-Faċilità nnifisha, wara fil-Ministeru, u t-tielet fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. Quddiemi stajt nara kif b’impenn dirett li qiegħed isir, persuni li daħlu fil-Faċilità kundannati, jistgħu jinbidlu. Għandhom l-opportunità li juru lis-soċjetà tagħna li nbidlu u lesti li jħallsu lura għal dak li għamlu. Dan huwa wieħed mill-proġetti li rnexxa, però hemm oħrajn li nittamaw li jkunu huma wkoll ta’ benefiċċju. Kif għidt, it-triq hija twila u l-ħidma m’hi faċli xejn, però hemm l-impenn biex din issir.

1.2.12
Pass ieħor ‘il quddiem
1. Tul din il-leġislatura mpenjajna ruħna sabiex inġibu fis-seħħ miżura li kienet ġiet dikjarata fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Fil-punt 271 kien hemm stabbilit li għandha ssir liġi dwar il-parole. Din ġiet deskritta bħala waħda li tkun amministrata minn ġudikant, sabiex dawk li verament jirriformaw ruħhom, jibbenefikaw minnha b’ħelsien qabel iż-żmien “bi prova”. Dak li ġie dikjarat, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar 2012 daħal fis-seħħ permezz tal-liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi (Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta). Il-proċess biex dan ġie konkluż u magħluq ma kien wieħed faċli xejn.
2. Ma kienx hekk għax ħassejt li m’għandix nillimita l-liġi għall-parole biss, imma li għandha tinkorpora fiha punti oħra li hemm bżonn tagħhom jekk irridu nibdlu verament mill-qiegħ dan is-settur. Il-mira prinċipali tal-liġi mhix dik li tara persuni kkundannati jinħelsu qabel, iżda li tassigura li min qiegħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jingħata l-possibilità li jirriforma ruħu. Għalhekk imxejna ‘l quddiem sabiex din fil-liġi jkun hemm strutturi u mekkaniżmi differenti minn dawk li għandna llum. Miżuri li jibnu lilhom infushom fuq il-fus li l-parole, ir-remissjoni u l-possibilità ta’ maħfra Presidenzjali jitilqu fuq żewġ punti: l-ewwel, li min qiegħed fil-Faċilità jrid jirriforma ruħu; u t-tieni, li l-vittma tar-reat hija kkunsidrata u nfurmata b’dan.
3. F’dawn is-snin sar xogħol, u xogħol tajjeb, mingħajr ħafna daqq ta’ trombi imma b’enfasi diretta li dak li qiegħed jiġi prospettat isib il-qafas legali u amministrattiv preparat. Fil-fatt fuq dan, fi Frar 2009 ġiet ippubblikata “White Paper dwar il-Ġustizzja Riparatriċi” li fiha dan il-qafas legali tqiegħed għall-konsultazzjoni. Proċess ta’ konsultazzjoni li k ien immexxi mis-Sur Joe Gerada, li ħa ħsieb li jiltaqa’ ma’ kull min wera x-xewqa li jikkontribwixxi. Fuq din il-ħidma ġie mfassal rapport li ġie pubblikat u mqiegħed fuq il-website tal-Ministeru. Wara dan, ġiet imwaqqfa task force oħra interna sabiex l-abbozz ta’ liġi jiġi debitament finalizzat.
4. Waqt li dan kien qiegħed isir, il-Ministeru insegwitu għal rapport intern li ġie kummissjonat, kien ippreżenta numru twil ta’ rakkomandazzjonijiet amministrattivi. Għal dan tqabbad grupp ta’ persuni magħmula minn diretturi fiċ-Ċivil u persuni li għandhom esperjenza fil-management. Dan kellu l-inkarigu li jagħti pariri fuq x’għandu jiġi preparat għal-liġi, kif ukoll sabiex il-Faċilità tiġi mħaddma aħjar milli kienet. Dan ir-rapport tlesta wkoll u beda jiġi implimentat.
5. Għalhekk saret sistema ġdida ta’ management. Inħatru numru ta’ uffiċjali fis-sigurtà, fl-operat u fil-kura u reintegrazzjoni. It-tieni, inħatar koordinatur għall-edukazzjoni sabiex ikunu offruti opportunitajiet edukattivi. Dan ġieb ir-riżultat tiegħu billi fis-servizzi mogħtija, issa qed ikun hemm lezzjonijiet fuq suġġetti varji fil-jiem kollha tal-ġimgħa, inkluż is-Sibt il-jum kollu. B’dan għalhekk mxejna konkretement biex fil-Faċilità jkun hemm skola li tiġbor u tikkordina s-servizzi edukattivi kollha mogħtija lill-priġunieri bi struttura għaliha.
6. Ma’ dan ukoll twaqqaf dipartiment kompletament ġdid sabiex ikun jista’ jħaddem aħjar il-liġi, dak tal-Probation u Parole. Dipartiment li ser iservi, l-ewwel, sabiex jara li l-parole titħaddem tajjeb bl-istrutturi neċessarji ta’ parole officer; u t-tieni, li tibda taħdem Unità għas-Sapport lill-Vittmi tar-Reat. Tul dan il-perjodu numru ta’ Probation Officers ġew in kuntatt dirett ma’ dan bi preparazzjoni barra minn pajjiżna, kif ukoll li rajna li nżidu numru ta’ uffiċjali tal-Probation.
7. Din l-istruttura sejra tħaddem direttament il-mekkaniżmu legali tal-medjazzjoni bejn min wettaq id-delitt u min kien il-vittma – dan dejjem fuq bażi volontarja u b’parti sħiħa mal-programm li jiġi mfassal għar-riforma tal-priġunier. Hemm ferm iktar miżuri li qegħdin jidħlu fis-seħħ f’dan il-pass, fosthom dak li għandu x’jaqsam mar-remissjoni, li diġà ktibt dwarha. Li nista’ ngħid huwa li dan huwa proġett importanti ħafna għal pajjiżna, li bih nittama li jonqsu l-persuni li jidħlu iktar minn darba fil-Faċilità għax ikunu rrifurmaw ruħhom. Proġett li huwa ta’ pjaċir għalija li narah magħluq u li ser jitlaq jimxi ‘l quddiem.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...