1. Proprju f’dak li m’għandniex, il-Budget irid jidher li qiegħed jagħtina. Fil-pożizzjoni li ninsabu issa, wara t-tielet leġislatura tal-Partit Laburista, l-element essenzjali li għandna bżonn huwa nieqes. Huwa hekk proprju għax tul dawn is-snin morna għall-politika ta’ kwantità. Il-kwalità, li hija l-melħ vitali, li trid u titlob li tingħata prijorità, intilfet. Il-Gvern, f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja tiegħu qiegħed jorbot ruħu li ser jibdel dak li kien qabel. Fir-realtà qiegħed jammetti pubblikament u indirettament li l-politika tiegħu ma rnexxietx. Għax jekk issa trid li “Naħdmu lejn Pajjiż ta’ Kwalità” jfisser li m’aħniex hemm.
Minkejja
2. Il-punt ma kienx li nkomplu li nkunu, wisq anqas li nissudaw il-kwalità. Il-punt ċentrali huwa dak li hemm l-għarfien li qed ngħixu f’soċjetà fejn hemm bżonn, illum qabel għada, li nbiddlu r-rotta. Biex fil-fatt naqbdu lura t-tarf ta’ fejn ħallew Gvernijiet Nazzjonalisti. Ċertament, saret propaganda qawwija kontra dawn biex toskura. Kien hemm ukoll diversi li ngħaqdu f’din il-linja lejn dak li deher futur aħjar mill-preżent. Imma dak li qiegħed jiġi rikonoxxut huwa li sar ħafna xogħol politiku tajjeb u d-direzzjoni kontinwa kienet lejn politika ta’ kwalità u mhux tal-kwantità. Dan f’kull settur soċjali, ekonomiku u kulturali. Ix-xemx ma telgħetx ma’ Gvern Laburista. Kienet diġà qed tiżreġ qabel.
Dan kollu
3. Minkejja dan kollu u l-fatt li pajjiżna qabed triq li tidher tajba mentri l-figuri jindikaw il-kontra, m’aħniex navvanzaw fejn u kif għandna. B’ekonomija li tidher li qegħda tiżdied u tkattar il-figuri tagħha stess, il-ġid mhux qed jitqassam kif għandu. Ma hemmx verament sistema li tassigura distribuzzjoni aqwa, speċjalment lejn dawk li jinsabu l-iktar ’l isfel fis-soċjetà biex jitilgħu aktar ’il fuq. Baqgħu dipendenti fuq l-għajnuniet soċjali varji li fl-aħħar mill-aħħar jixraq li nduruhom biex jolqtu direttament fejn hemm bżonn. Mhux biss, iżda li jimmarkaw ukoll riflessjoni kostruttiva fl-impatt soċjali veru li qed iġibu fis-seħħ f’dinja dejjem iktar ikkumplikata.
Fejn sejrin
4. F’xenarju fejn ir-ruħ tas-soċjetà ntilfet. Fejn il-valuri fundamentali li jagħtu sens u sustanza lill-eżistenza ma nistgħux insibu tarf tagħhom, wieħed irid jirrifletti aktar. Qegħdin fl-aqwa ta’ mewġa ta’ materjaliżmu fejn kollox jidher li jibda u jispiċċa minn hemm. Mentri fil-fatt, il-poplu jdur u jfittex il-kuntentizza tiegħu proprju fil-post fejn kien isibha u fejn illum m’għadux. F’dan iktar, ċertament li l-Gvern preżenti mhuwiex jaqbad tarf ta’ dak li qiegħed hawn joffri u dak li hemm talba għalih. Għandu Budget li jiddikjara dak li jaħseb li l-poplu jrid, imma fil-fatt mhuwiex jifhmu.
Ħaġa u oħra
5. F’dan qiegħed jiddikjara numru ta’ miżuri li huma parti mill-arsenal l-antik u mhuwiex imiss mal-ġdid li tant hemm bżonn u għatx għalih. Iktar stabilità, iktar direzzjoni, iktar ordni soċjali u għarfien li ma hemmx bżonn naħsdu iktar ir-riħ. Fl-istat li ninsabu u li fil-fatt ġejna fih proprju fuq il-wegħda ta’ ħdax-il sena ilu skorruti. Dik li ressqitilna l-kunċett li ser inkunu aħjar milli konna biex issa hawn irridu naċċettaw il-falliment u l-għarfien li rridu mmorru hemm. Il-kontroll nazzjonali ntilef. Hemm ħafna fatturi varji għal dan. Biss l-aktar, u l-ewwel: li l-politika tal-Gvern kienet fejn ma kellhiex tkun, b’liberalizzazzjoni bla rażan f’kollox; it-tieni: fit-traġedja interna li wasslet li l-pajjiż jifhem li dawk li għajtu ħafna fuq il-korruzzjoni nxeħtu b’ruħhom u b’ġisimhom fiha; it-tielet: li ma kienx hemm boxxla morali li tidderieġi verament lil min irid il-ġid komuni.
Proprju f’dan
6. Għalkemm jista’ jkun li b’dawn il-miżuri l-Gvern qiegħed isejjaħ lil dawk li baqgħu jsostnuh biex jibqgħu, fir-realtà dawk li tilef mhuwiex ser iġibhom lura. Diversi oħra, anzi, jinsabu fil-proċess li jiċċaqilqu min-naħa għal oħra. Hemm ferm iktar minn dawk li jridu bidliet veri. Hemm iktar minn dawk li jippretendu serjetà u preparazzjoni. Dawk li ma jafdaw xejn, kif kienu għamlu fil-faċċati esterni, imma li jridu politika differenti u ta’ sustanza. Dawk li ppretendew miżuri oħra mill-Budget, fejn l-intelliġenza tagħhom tiġi rispettata u ma jittieħdux iktar fil-livell ta’ dawk li ma jifhmux dak li qiegħed isir minn fuq. L-iktar fil-qasam tal-Ambjent, fejn il-pajjiż irid dikjarazzjoni ċara u bil-miktub li mhux ser jibqa’ jkun hemm l-iżvilupp li rajna sa issa. Li, l-iktar, mhux ser nibqgħu nkerrħu aktar lil pajjiżna. F’dan huwa ferm ċar li diversi qegħdin fil-proċess li jaqsmu definittivament it-triq.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Partit Laburista. Show all posts

4.11.24
25.8.24
DETERMINANTI
1. Għalkemm diversi jistgħu jaħsbu li dan huwa sajf bħall-oħrajn, fil-fatt mhuwiex. Hemm min qiegħed jara dan fil-lenti tal-mistrieħ li wara kull elezzjoni jidher li jinżel fuq kull partit. Biss, fil-fatt, dik l-apparenza mhix. Veru li għad fadal tlett snin ta’ din il-leġislatura mill-iktar ikkumplikata. Imma dak li jista’ jsir u anzi, ngħid li għandu jsir, f’dawn il-ġimgħat li ġejjin ser ikun determinanti fit-tul.
Vantaġġi u żvantaġġi
2. F’dan hemm ’il fuq u ’l isfel tal-pożizzjoni politika. Fuq naħa hemm min qiegħed “jistrieħ” fuq dak li seħħ f’Ġunju, u fuq l-oħra hemm differenza. Hemm min jista’ jaħseb li l-Partit fil-Gvern qiegħed jidher li qiegħed “jiżżarma” għax qabad it-triq għan-niżla. Imma hemm min qiegħed jikkunsidra punti oħra. Huwa minnu li esternament jidher li diversi li kellhom kariga fil-Partit Laburista rriżenjaw jew għażlu li jimxu f’direzzjoni oħra. Fuq linja oħra jista’ wkoll jiġi kontemplat li dawn waslu f’din il-venda għax jaraw li l-aħħar riżultat jitlob miżuri u deċiżjonijiet differenti. Xejn ma huwa eskluż, imma jibqa’ l-fatt li dak kolli li ġej huwa determinanti.
X’voti għandu?
3. Ir-riżultati, speċjalment dawk tal-Parlament Ewropew, daqqew qanpiena ta’ attenzjoni. Il-Partit Laburista naqqas sew fil-voti u fil-persentaġġ elettorali. Biss żamm, tajjeb jew ħażin, it-tama li għadu fil-pożizzjoni li jikkumbatti elezzjoni ġenerali oħra. L-ewwel, għax huwa naqqas, imma l-voti marru għand kandidati indipendenti u mhux fuq il-Partit Nazzjonalista; u t-tieni, żamm il-maġġoranza relattiva li fl-aħħar mill-aħħar tibqa’ tiggarantixxi l-Gvern fir-raba’ leġiżlatura. Mhux biss, imma f’dan jista’ wkoll idawwar l-attenzjoni elettorali vera tiegħu sabiex jindirizza lil dawk li mhuwiex wisq indirizzati. F’kelma waħda, il-parti tal-elettorat li għażel li ma jivvutax. Għaliex jifhem dawk li għandu bħala voti u dawk li jista’ jaħseb li jista’ jirkupra.
Kollettivament
4. Ix-xenarju mhuwiex tant sabiħ f’dan imma hemm, independentement mill-għidut, l-ilsna mhux tajba u dawk li jaħsbu li jifhmu imma li ma jifhmux, forma ta’ responsabbiltà kollettiva. Waħda li għandha l-piż politiku. Għax dawk li kienu hemm fil-karigi varji, f’dik it-telfa, ilkoll qed jieħdu pass lura fl-umiltà jew fis-suppervja. Imma xorta, f’dan qiegħed ċertament isir. L-iżvantaġġ tal-Partit Laburista huwa li fuq naħa ser jitlef ċerta esperjenza politika, u fuq l-oħra għandu l-vantaġġ li jista’ jibni jew jidher li qiegħed jibni mill-ġdid. U f’dan hemm dak il-bżonn elettorali tal-immaġini u tal-metodi, wara dak kollu li matul din is-sena, xahar wara xahar, qiegħed joħroġ. Skandli u tradimenti varji. Pożizzjoni politika, għalhekk, li tista’ tkun f’forma tal-aħħar karta iddisprata jew le, u tista’ tkun ukoll opportunità interessanti.
Favur jew kontra
5. Iltqajt ma’ dawk li għandhom it-teorija li dan huwa l-bidu tat-tmiem tal-Prim Ministru attwali. Jista’ jkun. Dan li għaddej jista’ jidher li huwa parti minn proċess biex titnaqqaslu mis-saħħa interna fil-partit. Jista’ wkoll jindika li mhux kull parti tal-Partit Laburista lesta li taħdem taħtu u allura trid ukoll tipprospetta li tneħħih. Imma l-fatt jibqa’ li nqabad proċess intern ta’ diskussjoni, dibattitu u formazzjoni ta’ team ġdid. Wieħed li għad għandu numru ta’ fatturi li jgħaqqduh. Ċertament l-antagoniżmu żejjed u bla forma ta’ sens jew strateġija loġika li qiegħed jidher fid-dibattitu politiku nazzjonali. Estremiżmi u reazzjonarjaniżmu bla boxxla, anki min-naħa tagħna. Ma’ dawn, però, iktar determinanti hemm numru ta’ valuri li jorbtu u jiffurmaw il-bażi u l-għeruq tiegħu.
Għadu Partit tal-Ħaddiema?
6. F’dak li ġej f’Settembru, ftit jiem oħra, huwa wkoll determinanti fl-għażla tal-fond u l-qalba politika tal-Partit Laburista. L-esperjenza politika preċedenti fid-direzzjoni tal-partit mill-2013 ’il quddiem bniet issa l-idea interna u opinjoni konvinta li din kienet żbaljata. Waħda li telqet ’il bgħid mill-ġlieda għall-klassi tal-ħaddiem, li f’numru ta’ mumenti saret ferm aħjar mill-Partit Nazzjonalista u waħda li fil-preżent tidher kollox barra d-difiża ta’ dawk li huma l-iktar ’l isfel. Jekk ser ikun hemm din il-bidla fil-pożizzjoni strateġika u metodoloġika, allura l-pożizzjoni politika tinbidel. Iċ-ċentru xellug moderat abbandunat li hemm fih, u li ma jħossux rappreżentat, jaf f’dan jinġibed lura. Mhux biss, imma hemm l-effett li ma jistax jiġi traskurat li meta dawk assoċjati sew mar-“reġim” ta’ qabel ma jibqgħux hemm, allura jaf jitwieled effett differenti. Proprju f’dan ngħid aktar li m’għandniex inkunu żbaljati f’li ninjoraw dak li qiegħed isir u ma niċċaqilqux ukoll.
Il-Futur
7. Il-Futur ħadd ma rah. Ftit inqas dak li ġej f’Settembru u wisq inqas dak li ser ikun f’elezzjoni ġenerali oħra. Hemm sfidi elettorali kbar għaddejjin li m’aħniex naraw biżżejjed. Jidher biss li huwa l-Partit Laburista li għandu bżonnhom, però huwa l-każ li l-Partit Nazzjonalista wkoll għandu jidħol b’responsabbiltà li jwettaq. Għax il-fatt jibqa’ li l-vot għall-partit bħalissa fl-Oppożizzjoni ma żdiedx u bqajna mal-marġini tat-42% u dan wara snin ta’ traġedji politiċi kontinwi u kostanti kommessi mill-Partit Laburista. Iżda indipendentement minn dan, li ċertament jitlob aktar attenzjoni, fil-preżent, għal parti mill-elettorat qiegħed jiġi reġistrat li l-Partit Laburista qiegħed jidher li qiegħed iwettaq dak li huwa mistenni minnu.
Jibqa’ determinanti
8. Kemm dak li jidher sejjer verament iseħħ fir-realtà, dik ħaġa oħra. Imma l-fatt ċertament jibqa’ li dan huwa xahar determinanti għall-politika Maltija.

3.10.12
Lejn fejn iridu jeħduna?
1. Fil-ħajja, fil-politika, tista’ tkun int innifsek u tista’ tipprova timita lil ħaddieħor. Tista’ turi lilek innifsek f’dak li m’intix, jew tibqa’ tikkumbatti sabiex tkun li int. Meta tkun dak li m’intix, tispiċċa tiżbalja. Dan hu li qiegħed jiġri preżentement fil-Partit Laburista. Irid ikun dak li m’huwiex. Irid jidher f’termini li għalih huma aċċettabbli għal diversi setturi fis-soċjetà. Għalhekk telaq jgħid u jagħmel diskors, azzjonijiet li qed isiru mhux fuq xi linja ta’ prinċipju, fuq xi linja ta’ valuri li huma kienu jew għadhom iħaddmu, imma għall-espedjent politiku. Ma hemmx direzzjoni interna vera, ma hemmx boxxla ċara li permezz tagħha l-elettorat jista’ jifhem u, jekk irid, jidentifika ruħu magħha. Hemm minflok varjetà ta’ messaġġi li joħorġu skont l-udjenza. Messaġġi li jħawdu u, fl-istess ħin, jikxfu dak li huma.
2. Fil-politika ta’ sustanza, l-ewwel linja li trid titlaq tikteb minnha hija dik li turi dak li int u dak li verament trid tirrappreżenta. F’dawn l-aħħar snin il-Partit Laburista, permezz tal-mexxej il-ġdid però mingħajr esperjenza, irnexxilu jitlef lilu nnifsu. Daħal fi sqaqien politiċi li minnhom irid bilfors imur lura. Ftit ilu l-ħsieb kien li biex it-tmexxija tkun aċċettabbli trid tibda timita lill-Partit Nazzjonalista, mentri issa qegħdin joħorġu bl-ideat tagħhom. Dak li jiġi naturali fi ħdan il-partit fil-Gvern, f’dak tal-Oppożizzjoni qiegħed jiġi b’artifiċjalità. Altru temmen f’linja politika għax hija verament tajba u ċert li ser tagħti frott bnin lill-poplu, u altru tiddikjara l-affarijiet fuq xufftejk mingħajr ma tifhem sewwasew x’qiegħed tgħid. Mexxej ta’ dawn il-gżejjer għandu, bħala minimu, jkun jaf dwar x’hiex qiegħed jitkellem u almenu jemmen b’parti sew minn qalbu f’dak li qiegħed jgħid.
3. Meta ma tkunx ċar miegħek innifsek, meta ma jkollokx diġà l-ideat retti tiegħek, allura tispiċċa titmexxa minn ħaddieħor. Tispiċċa jkollok id-diskorsi importanti tiegħek miktuba minn oħrajn. Oħrajn li jeħduk mhux fejn forsi trid tmur int, imma fejn iridu jmorru huma. Jekk ma jkollokx l-ankri tas-sewwa politika fik, allura serraħ moħħok li mhux ser tinduna b’dak li qiegħed isir u għalhekk sejjer titkaxkar. Hekk qed nifhem li ġralu l-Kap tal-Oppożizzjoni fl-aħħar meeting pubbliku ġewwa Ta’ Qali. L-isforz prinċipali tiegħu kien dak li jikkonċentra iktar fuq il-forma, milli fuq is-sustanza. Iktar kif ser jidher li qiegħed jitkellem, ma’ min ser jiġi mqabbel, milli ma’ dak li hu verament il-messaġġ. Rajnih u smajnih irid juri lilu nnifsu bħala mexxej partikolari passat.
4. Rajnih jipprova jimita lil dak li huwa inimitabbli. Forsi qiegħed jerġa’ jara l-filmati l-antiki tad-diskorsi li kienu saru qabel fil-Menqa, li llum huma irrepetibbli. Salv li f’moħħ ċerti nies fi ħdan il-grupp ta’ direzzjoni tal-partit jaħsbu, tajjeb jew ħażin, li l-elettorat laburista jrid jerġa’ jisma’ u jara l-istess spettakli li kien jara qabel. Is-Sibt li għadda kien hemm ċar għad-dawl tax-xemx li dak il-partit għadu mwaħħal fil-passat tiegħu. Sfortunatament għadu jaħseb li l-pajjiż baqa’ lura u fih ma sarx progress. Għadu ma fehemx li l-poplu huwa iktar edukat u mgħarraf minn qabel. Għalhekk joħroġ bi proposti mwielda fil-passat u llum qed jingħadu lura. Hemm lista tagħhom li tarahom joħorġu biċċa biċċa. Ma hemmx biss din id-dikjarazzjoni li l-pagi tal-ħaddiema m’għandhomx jiġu mċaqalqa. Hemm oħrajn li nagħrfuhom fil-pinna ta’ min għadu jaħseb li huwa tajjeb li tikkontrolla n-negozju, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-bnedmin fil-bżonnijiet tagħhom. Ta’ min mill-passat irid jiddetta lil tal-preżent.
5. Li taħseb biss li għandek tħabbar politika ekonomika li fiha l-pagi tal-ħaddiema għandhom jiġu ffriżati sakemm, skont xi ħadd fil-Partit Laburista jiddeċiedi li l-pajjiż ħareġ minn kriżi li ser jidħlu fiha huma bil-proposti żbaljati tagħhom, hija verament inkredibbli. Ma titwemminx proprju għax konna qed nippruvaw naħsbu, u bil-ħniena nittamaw, li bil-mexxej il-ġdid l-affarijiet iċċaqilqu f’direzzjoni tajba. Imma minflok qed nerġgħu nifhmu dak li qal deputat laburista ftit taż-żmien ilu meta kkwota ġurnalist Sqalli li kien qal fi ktieb famuż li iktar ma jidhru li jinbidlu l-affarijiet, iktar jibqgħu l-istess. Il-mimmi t’għajnejn il-Partit Nazzjonalista tul dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari f’din il-leġislatura, kienu u baqgħu l-ħaddiema. Bqajna ffukati biex insalvaw u nżidu fl-impjiegi f’dawn il-gżejjer. Bqajna nfittxu strumenti ġodda biex nagħtu dinjità u fl-istess ħin nassiguraw li jkun hemm pagi aħjar. Il-poplu, żgur mhux forsi, illum japprezza ferm iktar li għalkemm konna ssikati ħafna bil-pressjonijiet ekonomiċi li nħolqu minn barra minn xtutna, qatt ma waqajna f’din il-ħmerija.
6. Anqas min iħaddem ma jibla’ ħaġa bħal din. Illum, min qiegħed iħaddem, min għandu l-ispazju liberu li juża t-talenti tiegħu fil-kummerċ jagħraf li hija kontroproduċenti li timxi ma’ din il-linja ekonomika. Jagħraf li l-friża tal-pagi tnaqqas mill-parteċipazzjoni attiva tal-ħaddiem. Min iħares ‘il quddiem, min irid jiġbed iktar xogħol minn barra minn xtutna jagħraf li ċ-ċavetta hija l-edukazzjoni u mhux il-kontroll tal-pagi. Għax l-edukazzjoni, illum ilkoll għandna (mertu tal-Partit Nazzjonalista) nirrikonoxxu li hija ċ-ċavetta sabiex il-ħaddiem Malti u Għawdxi jiġi stmat u mhux mormi. Il-Partit Laburista, sfortunatament, lura mill-passat għandu f’rasu li ser isolvi l-problemi billi jiffriżahom. Il-mentalità, il-linja politika tagħhom hija għal kollox żbaljata. Il-ħaddiem ma jixraqlux Gvern immexxi minnhom proprju għax jitlef dak li għandu llum. Għalhekk, nibqgħu impenjati u determinati sabiex il-pajjiż ma jaqax f’idejn tmexxija antika, imma jibqa’ f’idejn dik progressiva – dik tal-Partit Nazzjonalista.

26.9.12
Direttament mill-arkivji staġnati
1. Forsi stennejt ħafna minn dak li għamel il-Partit Laburista fl-aħħar jiem, li ġie minnhom imsejjaħ “Kungress”. Stennejt ferm iktar sustanza, iktar ideat ġodda, iktar promoturi ġodda, imma dan ma stajtx insibu. Jista’ jkun li qegħdin hemm, midfuna f’xi rokna mingħajr ħafna nifs, imma minkejja l-isforzi ta’ riklami politiċi tipiċi, dawn baqgħu ma ħarġux. Minflok, għal darb’oħra, ħadt l-impressjoni qawwija li qiegħed nerġa’ nassisti għall-eżerċizzju orkestrat ta’ propaganda. Kungress, minn ismu stess, jitlob diskussjoni vera, spontanja u ħajja. Jitlob dibattitu, djalogu, qsim u nuqqas ta’ qbil fl-ideat u l-proposti. Minflok, smajna u rajna diversi monologi. Kull parti tgħid tagħha. La taf jekk hijiex opinjoni ġenwina lanqas jekk hix kitba diġà preparata. Żgur mhux forsi, il-passi jibgħu preżenti iħarsu lura lejn kemm, fl-opinjoni żbaljata tagħhom, kienu tajba taħt is-soċjaliżmu meta kollox kien f’idhom.
2. Ma hemmx dubju li, għażlu l-istess ġimgħa li fiha l-Partit Nazzjonalista għal dawn l-aħħar snin ilu jiċċelebra fiha l-festi tal-Indipendenza, biex jippruvaw jimitawna. Biss, ilkoll nafu li imitazzjoni qatt ma hija oriġinali. Tista’ tersaq viċin mill-bogħod, imma meta tkun wiċċ’imb wiċċ magħha, tara d-differenza. Il-ħsieb tal-kbar strateġi tal-Partit Laburista, fir-realtà ma kienx dak ta’ preparazzjoni ta’ dokument politiku, imma sempliċi diviżjoni tal-attenzjoni pubblika. Anzi, prinċipalment li l-elettorat Laburista jkollu x’jagħmel u ma jiġix “ittantat” jaqa’ li jisma’ u jsegwi dak li jkun għaddej fid-diskussjonijiet li jsiru mill-Partit Nazzjonalista. Ippruvaw jagħmlu xi ħaġa bħal tagħna, li jimitawna, iżda minn dak li rajt, ma rnexxilhomx.
3. Il-mużika politika m’hi monopolju ta’ ħadd. Biss, fil-Partit Laburista, persuni li diversi ħasbu li qegħdin f’posthom fl-arkivji, reġgħu ħarġu f’dawn il-jiem idoqqu l-partiti. Reġgħu dehru fil-pubbliku f’dan il-famuż “Kungress” persuni li kienu attivi ħafna fiż-żmien tad-deheb tal-gvernijiet soċjalisti. Diversi ħasbuhom spiċċaw issa li hemm dikjarata tmexxija tant ġdida, imma dan m’huwiex minnu. Mhux għax ġew lura, imma għax fir-realtà ta’ kull ġurnata, hemm baqgħu. Il-bidla fil-partit li qiegħed fl-Oppożizzjoni, li jrid jersaq biex iġib il-fiduċja tal-poplu, jibda biex jiksibha jekk ikollu almenu bidla ta’ taħt fuq bejn dawk li kellu fil-passat u dawk li jkollu fil-preżent. Hekk kien mill-iktar evidenti fil-Partit Nazzjonalista. Kienet ġustament u normalment saret bidla fil-bnedmin u fl-ideat bejn it-tmexxija ta’ Ġorġ Borg Olivier u Eddie Fenech Adami.
4. Din il-qabża, il-Partit Laburista jidher mill-iktar ċar li m’huwiex jirnexxilu jwettaqha. L-eżerċizzji fil-propaganda jistgħu jiġbdu lil dak li jkun fil-bidu, imma fit-tul u fid-dettall jisfumaw. Il-Kungress kellu, għal darb’oħra, jkun appuntament ieħor li fih il-poplu jara trasformazzjoni tal-uċuh u tal-ideat. Sfortunatament, dan ma seħħx. Urewna, ippreparawna, imlewlna rasna. Biss, minflok, ma sibna assolutament xejn ġdid. Għax hemm differenza fil-ħajja. Żerriegħa tajba tieħu, tikber u tagħti frott bnin, ta’ sustanza. Żrieragħ oħrajn, tagħmel x’tagħmel, jew jibqgħu lura jew ma jagħtu xejn ħlief imrar. F’dawn is-snin, il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jibdel il-pajjiż u s-soċjetà Maltija mxiet ‘il quddiem. Għadu kuljum iwettaq u jressaq proposti ġodda. Fuq in-naħa l-oħra, il-Partit Laburista għadu anqas fil-pożizzjoni li jiddikjara li bidel lilu nnifsu.
5. Minflok, lura mill-arkivji, jridu l-ħin kollu jħarsu lejn il-passat. Iridu jsaqqu u jkabbru dak li kien żbaljat fiż-żmien tas-soċjaliżmu. Jerġgħu lura għall-metodi ekonomiċi ta’ dak iż-żmien. Imorru lura lejn dak li għalihom “ħadem”, dak li, minflok il-pajjiż kollu llum jagħraf li kien falla. Il-mentalità tagħhom baqgħet, sfortunatament, l-istess. Ekonomija li tagħlaq il-bibien, li tikkontrolla. Edukazzjoni li tiġi ristretta għall-ftit. Xogħol li jingħata biss lil dawk li kienu ta’ ġewwa. Saħħa msakkara mingħajr nifs. Għax jidher, minkejja l-Kungress, li l-kultura politika baqgħet waħda ċentralista. Dik li tassigura li l-poter jiġi konċentrat f’idejn il-ftit. Id-dipendenza fuq il-politiċi tikber. Toroq li jwasslu għal inqas trasparenza, iktar korruzzjoni, tgerfix u arbitrarjetà. Uħud jistgħu ma jkunux jafu b’dan għax ma kienux twieldu, però oħrajn jiftakru tajjeb. Jiftakru sew x’inhuma l-arkivji tal-Partit Laburista.
6. Illum, erba’ snin wara t-tibdila fit-tmexxija tal-Partit Laburista, nistgħu ngħidu b’ċertezza li fih xejn għadu ma verament ittrasforma ruħu. It-terrimoti ma seħħewx, il-moderati ma dehrux u libset il-progressivi ħaduha l-passati. Il-qabża bejnhom u bejnna tidher issa dejjem iktar. Aħna, li suppost passati, il-ħin kollu naħsbu f’dak li għandna nibdlu. Dan billi nkomplu nimmiraw ‘il quddiem biex nassiguraw li l-futur għas-soċjetà tagħna jkun dejjem aħjar mill-preżent li jkollha. Il-viżjoni tagħna m’hijiex bażata fuq il-bżonn tal-kontroll tal-bnedmin, imma fuq il-valuri tal-ġustizzja u l-libertà. Il-valuri demokratiċi nsara tagħna jmexxuna biex nassiguraw li nwettqu l-ġid u nagħtu l-frott lill-Maltin u lill-Għawdxin. Is-siġra tagħna ma tbiddlitx. Meta kellna bżonn żbarniha u għalhekk baqgħet titgħabba bit-tajjeb. Ħaddieħor ma kkurahiex u, minflok, baqa’ jsaqqiha bl-ilma li staġna.

21.9.12
L-Indipendenza hija tagħna lkoll
2. Il-Partit Nazzjonalista, bħas-soltu, kien avvanzat u progressiv. Telaq pożizzjonijiet passati warajh u mexa, mentri kif qed naraw, ħaddieħor għadu jrid jibda jitlaq fuqhom. Sfortunatament, minn dak li qed naraw u nisimgħu, il-Partit Laburista kollu għadu jrid jaċċetta li l-jum tal-Indipendenza huwa jum tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Jifhem li mill-21 ta’ Settembru 1964 ‘il quddiem bdiet paġna ġdida għalina lkoll. Ma bqajniex iktar taħt pajjiż ieħor. Ma bqajniex iktar kolonja u, għall-ewwel darba fl-eżistenza tiegħu, il-pajjiż ġie f’idejna. Imexxuh Maltin u Għawdxin u mhux persuni minn popli u pajjiżi oħra. Minn hemm sirna Stat indipendenti, sirna membri fil-Ġnus Magħquda, fil-Kunsill tal-Ewropa u bdejna t-triq li biha sirna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.
3. Sfortunatament, il-partit fl-Oppożizzjoni tant għamel żmien twil jirreżisti li jiċċelebra dan il-jum, li kull poplu ieħor fid-dinja jifraħ bih, li għadu maħkum. Għax hemm numru ta’ eżempji li juru li t-tmexxija ta’ dak il-Partit Laburista ħadet diversi drabi pożizzjonijiet li huma l-kontra ta’ dak li partit normali jieħu. Partit, ġej minn fejn hu ġej fl-Ewropa u li huwa wieħed demokratiku, normalment jifraħ bl-indipendenza u bid-dħul tiegħu bħala Stat membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea. Biss, huma baqgħu l-istess. Għamilna snin twal, taħt il-gvernijiet Soċjalisti, naraw li l-Indipendenza ma tiġix iċċelebrata bħala jum nazzjonali, anzi, tiġi disprezzata u mċekkna. Kien hemm fi ħdanhom reazzjonijiet strambi, negattivi għall-fatt li l-ewwel, dan il-partit, sa minn twelidu kien dejjem favur li mmexxu lilna nfusna; u t-tieni, li l-Indipendenza ġiet proprju taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Gorg Borg Olivier.
4. Kull min jagħraf il-fatti u għandu ftit esperjenza tal-ħajja jifhem li l-indipendenza hija l-bidu għal kull poplu. Verament jum importanti. Minn hemm ‘il quddiem, id-dipendenza tibda’ tonqos u trid tfendi għal rasek. Mhux kull Stat fid-dinja għamel suċċess mit-tmexxija tiegħu nnifsu. Uħud imxew malajr, oħrajn damu sakemm bdew jirrankaw. Id-dinja għadha mimlija b’każijiet bħal dawn. Però, fortunatament għalina, għamilna l-ġid fi ftit żmien. Il-pajjiż bena lilu nnifsu u wera li kien kapaċi jimxi ‘l quddiem. Kapaċi jkattar il-ġid u jħares kontinwament ‘il quddiem. Dan seħħ biex il-pedamenti soċjali, ekonomiċi u kulturali tagħna servewna malajr. Bħala poplu li jagħraf jaħdem u mimli kuraġġ irnexxejna fejn oħrajn le. Bil-passat tagħna affrontajna aħjar il-futur għall-ġid ta’ kulħaddd.
5. Ma hemmx u m’għandux ikun hemm iktar diviżjonijiet politiċi fuq dan il-jum. Huwa nuqqas ta’ maturità politika li jibqa’ jkollna partit politiku li, minkejja l-prova tal-passat, jibqa’ jsostni li l-Indipendenza hija jum ta’ ferħ għall-Partit Nazzjonalista biss u mhux għall-partiti oħra. Dak li huwa diġà konsolidat fina, dak li diġà nwettqu kull sena fiċ-ċelebrazzjonijiet varji huwa prova li fi ħdan il-Partit Nazzjonalista hemm viżjoni tal-pajjiż ferm iktar differenti minn dik li l-Partit Laburista qiegħed jibda biex jifhem. Partit li parti minnu tgħid ħaġa u parti oħra tgħid ħaġa differenti. Hemm min jiġi jqiegħed il-fjuri u hemm min moħħu biex jgħid li l-festa m’hijiex tagħhom. Mhux ta’ b’xejn li l-pajjiż imlewh bil-kliem “futur li jgħaqqadna”.
6. Il-problema m’hijiex l-Indipendenza iżda l-Partit Laburista, li baqa’ ma aċċettax li dan huwa mument importanti u li, aktar minn hekk, iridu jħallu warajhom il-passat tagħhom biex jimxu ‘l quddiem. Bil-kliem jiddikjaraw il-bżonn tal-għaqda li huma stess m’humiex kapaċi jwettqu fuq l-iktar punti elementari ta’ Stat demokratiku u Ewropew. Minflok għalina, il-festa tal-Indipendenza hija waħda li bqajna, sena wara sena, niċċelebraw. Waħda li fiha ħadna ħsieb nerġgħu naffermaw dak kollu li ħadmu għalih missirijietna, niftakru fid-diffikultajiet u s-sofferenzi li għaddew minnhom taħt is-sistemi kolonjali varji li kellna. Ħadna ħsieb li nwettqu dan b’viżjoni unitarja. Kull darba rajniha bħala waħda nazzjonali, anke jekk organizzata fuq sebat’ijiem mill-Partit Nazzjonalista. Żammejna dejjem li “L-Indipendenza hija tagħna lkoll”.
17.8.12
Fakkarni sewwasew x’suppost qed taghmel?
1. F’dan pajjiżna għandna sitwazzjoni li ma nistgħux naħarbu minnha. Indawruha kif indawruha, l-verità tibqa’ dik li hi. Għandna, sfortunatament, partit politiku fl-Oppożizzjoni li jibqa’, sena wara sena, juri fil-miftuħ li m’għandux dak li hemm bżonn li jkollu biex imexxi pajjiż. Il-poplu tagħna huwa ffaċċjat b’din ir-realtà. Partit li għamel perjodi ta’ żmien fil-bank tal-Oppożizzjoni u rnexxielu jibqa’ kif kien. Irnexxielu joqgħod lura milli jinbidel, sija fil-bnedmin li jikkomponuh, sija fil-metodu politiku, kif ukoll fl-ideat li kapaċi jressaq lejn il-futur. Fil-konkret, hija forma ta’ traġedja nazzjonali li dan il-partit jibqa’ jdur fuq l-istess punt u ma jistax jinqala’ mill-passat.2. Partit li, għalkemm kellu u għad għandu kull forma ta’ opportunità li jħares lejn dak li ġara, dak li rnexxa fil-pajjiż u jinbidel, irid jibqa’ jagħtina lkoll l-istess li kien. Il-formazzjoni mentali, il-kultura politika li hemm f’dak il-partit ma nbidlet xejn. Wieħed jinduna, mhux biss mill-atti esterni, mill-faċċati tal-immaġini tal-pubbliċità, imma mis-sustanza tal-ħsieb u l-ideat. Il-Partit Laburista, huwa mill-iktar evidenti li tilef kull forma ta’ prinċipju li kellu. Sar jaħseb biss, b’ossessjoni kontinwa, li jikseb il-poter tal-Istat f’idejh, u wara, jara x’ser iwettaq. Dan jidher il-ħin kollu, mingħajr ħabi ta’ xejn.
3. Fuq in-naħa l-oħra, aħna fil-Gvern ma hemmx dubju li għandna n-nuqqasijiet tagħna, però l-poplu jafna u jaf li ppruvajna kontinwament li nwettqu l-ġid u s-sewwa b’ideat politiċi ċari. Ma ċċaqlaqniex minn dak li aħna fil-fond tagħna. Ma hemmx distinzjoni bejn dak li nidhru u dak li aħna. F’dawn ix-xhur, fil-ħidma kostanti li saret u għadha qegħda ssir, ma konniex perfetti. Anqas forsi ma lħaqna l-grad ta’ preċiżjoni li ħaddieħor talab minna, però l-pajjiż kompla jimxi b’passi ‘l quddiem. Komplejna naraw dak li hemm bżonn u nikkunsidraw mill-ġdid dak li sar u fejn nistgħu nsaħħuh jew nirriformawh. Komplejna, f’kuntrat ma’ ħaddieħor, naġġornaw lilna nfusna mingħajr ma nitilfu l-melħ tagħna. Bqajna partit tal-preżent u tal-futur.
4. Naf li, sfortunatament, hemm min ser jieħu ħafna għalih imma nixtieq li nistaqsi, bħala membru ta’ din is-soċjetà, sewwasew x’inbidel fil-Partit Laburista f’dawn l-aħħar snin, bi tmexxija ġdida? Dawk bħali li sabu ruħhom huma u jsuqu jħarsu lejn l-istampi li ġew imxerrda minn dak il-partit fehmru li, verament, ma hemmx ideat ġodda. Kien hemm, anzi, reazzjonijiet mgħaġġla u numerużi għal dak il-wieħed li deher mill-Partit Nazzjonalista. Wieħed li ħareġ pubblikament għal għajnejn kull persuna li hemm verità li kull darba li l-Partit Laburista jkun fil-Gvern jonqos ix-xogħol. L-istatistika turi dan, mexxejja preċedenti ammettewh. Flok kien hemm risposta fuq dan il-punt, kien hemm biss tgerfix, għaġġla u suġġetti varji li, frankament, ma nafx min jista’ jaħseb li kienu ser isolvu.
5. Partit fl-Oppożizzjoni jista’ jirbaħ il-punti fuq diversi ħwejjeġ, fosthom li jressaq lejn il-pajjiż proposti li jistgħu jseħħu verament. Imbilli tilmenta, tista’ tiżvoga, imma l-poplu jrid iktar. Jekk tal-linja damet siegħa biex tasal, jista’ dan ikun tort tal-Gvern? Jew, aqwa, jista’ jkun hemm xi Gvern ieħor li għada pitgħada jista’ jgħid li l-elettorat: “Ivvutali għax il-ministri u l-membri parlamentari tiegħi ser jibdew isuqu tal-linja u sserraħ moħħok li ser jaslu dejjem fil-ħin.”? Hemm evidenti ħafna nuqqas ta’ preparazzjoni. Ma hemmx sustanza li wieħed għandu bżonn biex imexxi ‘l quddiem, u mhux lura, lil dan il-poplu. Għax wieħed irid ifakkar li, bid-difetti kollha tagħna, il-pajjiż xorta mexa ‘l quddiem u ma waqafx iwettaq dan. Il-Partit Nazzjonalista baqa’ jerfa’ r-responsabbiltà u juża sewwa ħinu, mentri dak Laburista baqa’ jaħrab minnhom u jaħli l-ħin.
6. U wieħed jinnota li, aktar ma huwa ċar li t-tmexxija l-ġdida jew hija inkapaċi jew mhix qegħda titħalla toħroġ b’xi ħaġa ġdida, li l-amministrazzjoni trid dejjem tibda kapitolu ġdid mingħajr ma tagħlaq dak ta’ qabel. L-ewwel kellna Google hangout u warajha issa ġej il-kungress. Xejn ma huwa qed joħroġ ġdid. Qiegħed jibqa’ kollox kif kien u kif inhuwa. F’elezzjoni, pajjiż irid ikun ċert li qed jivvota għall-partit li kapaċi jmexxih ‘il quddiem u mhux sempliċement li jbiddel biex jieħu gost li jbiddel. Ġustament, il-pajjiż għalhekk qiegħed jistaqsi lilu nnifsu: “Imma x’inbidel sewwasew f’dak il-partit taħt din it-tmexxija?” Tant il-punti m’humiex ċari li diversi qed jistaqsuh: “Fakkarni, sewwasew x’suppost qed tagħmel?”
26.6.12
Il-ħidma għas-sewwa tibqa’ ssir
1. Fl-eventi politiċi ta’ dawn l-aħħar jiem rajt diversi sinjali li, fl-opinjoni tiegħi, jagħmlu minn dan il-poplu dak li huwa: wieħed speċjali u differenti. Ngħid dan għax, għall-kuntrarju ta’ dak li jista’ jaħseb ħaddieħor, il-valuri li jagħmlu lil dan il-poplu, li huma parti mid-DNA tagħna, dawk insara, għadhom b’saħħithom. Il-ġlieda għall-verità, għall-onestà u l-ġustizzja ma sparrixxewx, anzi huma f’qalb diversi. L-elettorat jieħu inkonsiderazzjoni l-aspett ekonomiku tiegħu, però jiċċaqlaq fil-vot tiegħu naħa jew oħra skont min, fl-opinjoni tiegħu, jirrappreżentah għas-sewwa. Il-Partit Nazzjonalista ilu, elezzjoni wara l-oħra, f’din it-triq. Jiġi identifikat bħala dak li mhux biss iħares lejn l-aspett materjali, imma jara wkoll li fis-soċjetà jiġu miżmuma għolja dawn il-valuri.
2. Fl-opinjoni tiegħi, partit jirbaħ jew jitlef elezzjoni skont kemm f’għajnejn il-poplu għandu fih bnedmin li lesti mhux biss jitkellmu, imma jissieltu għal dawn il-prinċipji. Dawn l-aħħar erba’ ġimgħat sibtni, iktar minn qatt qabel f’għajnejn in-nies, espost għall-irwiefen kollha ta’ kull kritika u skrutinju. Waqqfuni diversi, immur fejn immur, kellmuni u bqajt immarkat b’din l-esperjenza unika għal kull politiku. Iltqajt ma’ ħafna li esprimew miegħi id-diżapprovazzjoni tagħhom għal dak li seħħ fil-Parlament. Dak li qalu mhuwiex imwieled mis-simpatija jew antipatija fil-konfront ta’ min kien il-persuna li bata, iżda mill-fatt li s-sentiment ġenerali kien li saret inġustizzja, li fil-Parlament – il-post fejn għandu jsir it-tajjeb – sar il-kontra.
3. Kull persuna tagħraf li hemm ġlieda kontinwa għaddejja fil-ħajja bejn it-tajjeb u l-ħażen. Id-dinja tagħti minn kollox. Biss il-preżenza tal-immoralità, tal-kriminalità, tal-illegalità, tal-aġir mill-iktar żbaljat, l-ewwel mhuwiex ġdid u t-tieni, m’għandux b’x mod jaqtagħlna qalbna. Ngħid dan għax kull bniedem huwa msejjaħ biex jieħu pożizzjoni. Jaf li inevitabbilment, il-ħajja tiegħu ser tqegħdu f’sitwazzjonijiet fejn irid jagħżel. Bejn il-prinċipji u l-flus, bejn il-valuri u l-poter. Irid jieħu pożizzjoni. Irid ikun paċi miegħu nnifsu u anke jekk jaf li ser jitlef vantaġġi materjali, m’għandux imur lura imma jibqa’ jżomm lilu nnifsu strument għas-sewwa fis-soċjetà. Għalhekk, jekk min huwa fuq in-naħa t-tajba ma jinżilx fil-kamp tal-battalja, allura jkun qiegħed jippermetti lil ħaddieħor jeħodlu postu.
4. Il-ħidma għas-sewwa trid issir minn kull bniedem li jrid soċjetà u ħajja aħjar. Kull ġurnata jrid jinvesti f’ħidma ta’ pedamenti li jwettqu l-ġid. Azzjoni ħażina, jew meta xi ħadd jaħseb li l-prinċipju hemm “bżonn” li jiġi sagrifikat, ma jwasslux lejn il-frott. Dan ngħidu mhux mill-aspett akkademiku, letterarju, iżda mill-esperjenza personali li din l-eżistenza sa issa għaddietli. Il-ġlieda trid tibqa’ ssir b’kuraġġ, b’determinazzjoni u bil-perseveranza għax twassal għas-sewwa. Il-vuċi tal-ħbieb varji li kitbuli u rawni kienet dik ta’ kuraġġ. Kuraġġ, għax ilkoll nafu li għalkemm hemm mumenti meta l-forzi tal-ħażen jidhru trijunfanti, dan huwa biss temporanju. Azzjonijiet tajba jirbħu u jwettqu l-ġid, dawk ħżiena jiskandalizzaw, iweġġgħu lin-nies u ma jħallu xejn warajhom.
5. F’dawn il-jiem il-pajjiż, fil-maġġor parti tiegħu fehem li bħalissa għaddejja ġlieda għas-sewwa ferm iktar qawwija minn qabel. Fehem ukoll li, sfortunatament, il-Partit Laburista ppermetta lilu nnifsu jiġi użat sabiex isiru azzjonijiet żbaljati. Induna li b’dak li kien wettaq il-partit fl-Oppożizzjoni, kien qiegħed lilu nnifsu għas-servizz ta’ min irid iweġġa’, jaqta’ kundanna u flok qagħad lura, mexxa lilu nnifsu ‘l quddiem. Ma hemm ebda raġuni taħt il-kappa tax-xemx li b’xi mod jistgħu jiġġustifikaw dan l-aġir żregolat. Ħadd minn dawk li jridu s-sewwa ma huwa verament konvint li dak il-partit mexa kif kellu jimxi. Għax kif tista’, bħala persuna umana, tkun konxju li ħaddieħor irid jagħmel att ħażin kontra ħaddieħor u xorta tibqa’ għaddej, qisu ma ġara xejn? Ngħid jien: għad hemm xi forma ta’ kuxjenza soċjali u umana f’dak il-partit?
6. Il-bniedem, jgħidu x’jgħidu dawk li huma materjalisti, għandu kuxjenza. Il-bniedem għandu fih bilanċ li jurih liema att huwa ġust, u liema le. Kif iġib ruħu, kif jaħdem fil-ħajja fis-setturi kollha tagħha, jiddependi minnu. Biss issa, quddiem għajnejn il-pajjiż hemm ċar: l-ewwel, li l-Partit Laburista serva b’intenzjoni għat-twettiq ta’ azzjonijiet ħżiena; it-tieni, li tilef il-kuxjenza u l-valuri li xi darba kellu; it-tielet, li mhuwiex partit li jħares li jippreserva l-valuri jew li jissielet għalihom, u r-raba’, li bħal ma sar dan bl-iktar mod sfaċċat fil-Parlament, daqshekk ieħor ser għada pitgħada jkompli jsir kontra kull ċittadin ieħor. Il-ġlieda għas-sewwa, għalhekk, trid tkompli ssir iktar minn qatt qabel b’urġenza akbar. Trid issir minn kull persuna. Għax il-poplu jrid jifhem li jekk ma jinżilx huwa wkoll fil-kamp tal-battalja għas-sewwa, ikun qiegħed iħalli li ħaddieħor iwettaq azzjonijiet ħżiena fil-futur.

6.6.12
Intervista fuq il-progamm TVAM
Nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju ġejt intervistat minn Pierre Portelli u Dr. Joe Mifsud waqt il-programm TVAM li jixxandar kull filgħodu fuq l-istazzjon nazzjonali, TVM.
26.2.10
Kunċetti diġà meħlusa
1. Il-politika għandha sejħiet differenti għal dawk li jiddeċiedu li jipparteċipaw fiha. Hemm min jinġibed lejha, jew jiġi mbuttat fiha jew jitlef rasu warajha, però mhux kull persuna tapprezza li din hija ħidma umana li ilha snin twal tiġi eżerċitata. Ninnota li diversi jaħsbu li kull ma trid huwa li tinġieb ma’ l-elettorat sabiex issib ruħek fil-Kamra tar-Rappreżentanti, bil-possibilità li titkellem u kull persuna fil-pajjiż tagħti kasek. Fortunatament il-ħajja pubblika titlob ferm aktar minn dan. Titlob formazzjoni politika.
2. Bħall-mużika, din tista’ tiġi jew minn preparazzjoni akkademika jew bl-udit, bl-esperjenza. Ta’ l-ewwel għandhom il-vantaġġ li qraw, għarblu dak li qalu ta’ qabilhom u fehmu x’ideat politiċi jħaddnu, jew aħjar, għandhom iħaddnu. Tat-tieni jridu jaraw it-trapass taż-żmien jgħaddi minn fuqhom sabiex jieħdu l-għerf u l-għarfien ta’ dak li għandhom jgħidu u jaħsbu. L-agħar dejjem, fiż-żewġ kategoriji, hija l-arja u n-nuqqas ta’ umiltà. Meta bniedem jaħseb li huwa diġà lest u misjur għax għandu s-siġġu, kull ma jkun qed jagħmel hu li jaqa’ għaċ-ċajt, anke jekk ta’ madwaru ma jkunux qed jiftħulu għajnejh.
3. Tispiċċa terġa’ tisma ideat li ilhom li ġew skartati s-snin, ripetuti lura fix-xejn, qishom ġew skoperti l-bieraħ taħt xi ġebla mwarrba u minsija. L-agħar li tant hawn nuqqas ta’ kultura politika, sija fil-klassi politika nnifisha kif ukoll fil-poplu, li dak li hu passat jidher preżent, dak li hu medjokri jidher attwali, dak li hu sterili jidher fertili. Il-politika għandha magħha l-mażżra tal-marda ta’ dawn is-snin li mhux is-sustanza tagħha hija importanti, imma dak li tidher li hija.
4. Dan l-aħħar smajt vuċi fil-kamp ta’ l-Oppożizzjoni tinsisti li għandu jkun hemm is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja, li kienet waħda tajba l-iktar għax wieħed jinnota li minn żmien għal żmien f’dak il-Partit Laburista ssib min irid jerġa’ jappella għal sezzjoni tiegħu li hija anti-klerikali. Huwa ċar li f’dak il-Partit, l-għażla lejn ideat ta’ moderazzjoni lejn il-Knisja jieħdu l-majnati tagħhom. L-agħar hu li wieħed jipprova jpinġi lill-Istat Malti bħala li huwa mmexxi mill-Vatikan jew mill-Isqfijiet tagħna, meta kulħadd jaf li mhux il-każ.
5. Is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja ilha prattikata f’dawn il-Gżejjer għal ħafna snin u m’hawnx bżonn ta’ xi ċaqlieq fuq dan. M’aħniex Stat immexxi mir-reliġjużi u ilna wieħed lajk. Jekk hemm min għadu ma fehemx dan qed jiżbalja u mhux qiegħed jagħraf sekli ta’ storja li wassluna fejn aħna llum. Il-fatt li l-Istat Malti huwa lajk però ma jfissirx li għandu jkun wieħed li jippromwovi l-ateiżmu, jew agħar, wieħed li ma għandu ebda forma ta’ prinċipju etiku li jmexxih. Il-kunċett ta’ lajċiżmu ta’ l-Istat m’huwiex wieħed li jitlaq minn pedament fejn ma hemm ebda morali ta’ xejn. L-iStat, għax mhuwiex Knisja, ma jfissirx li m’għandux l-ordni morali tiegħu, l-prinċipji etiċi li permezz tagħhom jirrispettaw id-dinjità tal-bniedem u l-familja.
6. Jekk “il-viżjoni” ta’ Stat sekulari huwa dak ta’ wieħed li huwa liberat minn xi forma ta’ prinċipju etiku, allura qed naqbdu t-triq lura lejn il-kaos, it-taħwid, it-tgerfix, fejn ir-regoli huma ineżistenti. Il-libertà timxi id f’id mal-ġustizzja. Meta tifridhom, il-baħar tmur. Il-periklu qiegħed hemm għas-soċjetà. Għax komunità ta’ bnedmin ma tgħix u ma tmurx 'il quddiem jekk ma jkollhiex linji ta’ gwida. Ħadd ma jista’ jgħid li l-Gvern jirċievi l-ordnijiet mill-Knisja. Dan però ma fissirx li aħna kontra u li ma nagħtux piż lil dik il-vuċi jew li nitilqu mill-prinċipju li għandna ninjorawha jew nippruvaw inżebilħu lit-tagħlim tagħha.
7. Aħna għandna sens qawwi ta’ dak li għandu jkun l-Istat demokratiku, però dan ma jfissirx li aħna narawh bħala strument għama li ma jafx fejn ser jasal. L-Istat huwa strument formidabbli sabiex permezz tiegħu jsir il-ġid fil-pajjiż. Nemmen fl-ugwaljanza, però iktar minn dan, inħaddan bħala valur aqwa l-ġustizzja. Biex tassigura li kull persuna f’dawn il-gżejjer timxi 'l quddiem u jkollha l-bibien miftuħa trid tibni liġijiet li jridu jkunu bbażati mhux fuq sempliċi kriterji arbitrarji, iżda fuq dawk il-prinċipji etiċi li jassiguraw il-ġustizzja soċjali u l-libertà.
8. Uħud, fil-ġudizzji sommarji tagħhom jaħsbu li għax tiddikjara ruħek demokratiku-nisrani huwa xi xkiel fil-ħidma tiegħek bħala bniedem ta’ l-Istat, inkella li inti m’intix kapaċi taħseb imma inti maħkum minn xi forma ta’ fundamentaliżmu. Il-verità hija li mertu tal-formazzjoni politika ta’ l-esperjenza ta’ kuljum sabiex tagħmel il-ġid lill-proxxmu u lill-komunità, kultant jaħarbilna dak li jitressaq minn diversi bħala soluzzjonijiet u għażliet. M’għandix biża’ mill-ideat li nħaddan. Nemmen fihom u nkejjilhom ma’ kull ġurnata, però m’jiniex maħkum iżda persważ. L-Istat Malti huwa lajk u sekulari però l-politika li titmexxa trid tiġi ispirata minn fonti. Fortunatament din hija ċara u identifikata. Mhix ħaġa moħġaġa li ma tafx fejn trid tibda jew tispiċċa. Aħna għandna partit stabbli fl-idejal demokratiku-kristjan. Ħaddieħor għadu qed ifittex fejn sejjer iqiegħed ruħu.
9. Is-soċjetà tagħna, minkejja kull kritika li ssirilha, hija waħda li tfittex li tara l-verità u l-fatti u mhux l-illużjonijiet. Għalhekk nemmen dejjem iktar li hemm preferenza li l-politiċi wieħed ikun jaf x’jaħsbu qabel jiġu eletti, u mhux wara. Fl-aħħar mill-aħħar, fl-għażla elettorali ċert li l-piż imur favur dak il-partit (li taqbel jew ma taqbilx miegħu) taf f’hiex jemmen minn dak li qed jiddikjara minn issa li ser idur skond ir-riħ. Il-poplu jifhem li min għandu prinċipju jaf fejn hu miegħu u huwa lilu li jsostni bil-vot tiegħu.
Dan l-artikolu deher fil-ġurnal Il-Mument tal-14 ta' Frar 2010

8.10.09
Manuvri u kontro-manuvri
1. It-triq lejn l-elezzjoni ġenerali hija twila u qatt ma kienet jew hija ħafifa. Kull partit, wara appuntament elettorali, jinxeħet jgħarbel għala ġie elett fil-Gvern u għala le. Fil-kategorija ta’ l-ewwel, l-eventi ta’ l-amministrazzjoni jieħdu l-ħin u jokkupaw il-moħħ mingħajr l-opportunità li wieħed jara għala ġieb il-voti li ġieb u mhux inqas jew aktar. Dawk fl-Oppożizzjoni, mill-esperjenza li ġarrabna jibdew iduru naħa u oħra. Daqqa jeħel wieħed fil-partit, daqqa ssir tort ta’ ħaddieħor barra l-partit, biss qisu ħadd ma jirnexxilu jifhem jekk mhux l-għada ta’ riżultat pożittiv.
2. Min imexxi l-partit li ma joħroġx rebbieħ jaf jieħu r-responsabbiltà hu jew jgħadduhielhu lil persuna oħra. Daqqa għax hu ma messux għamel li għamel u daqqa għax tkellem ħaddieħor meta ma kellux jew kif ma kellux, insomma hemm dejjem xi ħaġa ma’ xhiex taqbad. Fir-realtà, l-għarbiel ta’ riżultat ftit drabi jwasslek biex tifhem li fl-aħħar jiem tal-ġirja hemm fatturi li ma tistax dejjem tikkontrolla, li jilgħabu naħa jew oħra. Fhimt iktar dan xi ġimgħat ilu meta tkellimt ma’ politiku Tedesk li quddiem il-fatt li fl-elezzjoni ġenerali tal-2005 Angela Merkel kienet qed tgħaddi l-avversarji bi 17% u fl-aħħar spiċċat bi kważi frazzjoni iktar, urieni kemm kellhom biża’ li lejn il-jiem ta’ l-aħħar jinqala’ xi ħaġa minn taħt ir-riħ.
3. Għax il-politika hija fluwida, mobbli, daqqa għandek numru warajk u daqqa għandek oħrajn. Kull partit, ta’ kull naħa, jitlef u jirbaħ. Ħadd qatt ma rnexxielu jżomm lil kull min ivvutalu f’appuntament elettorali. Hemm fatturi li jiġbdu bnedmin biex jibdlu l-partit tagħhom. Daqqa għal interessi varji, daqqa għal raġunijiet familjari, oħrajn għal sitwazzjonijiet partikolari. Jekk hemm xi ħadd f’dan il-pajjiż li jimmaġina li ser ikun aqwa minn ħaddieħor jiżbalja: ir-regoli jgħoddu għal kulħadd l-istess.
4. Anke l-bnedmin jiġu miegħek bil-bagalji kollha tagħhom. Hemm min jiġbidlek nies minn naħa, però taf li fl-istess ħin qed jimbuttalek oħrajn. Trid dejjem tieħu deċiżjoni li taf li nofs ser togħġobhom u n-nofs l-ieħor le. Il-ħbieb u ammiraturi jistgħu jinġibdu lejn kandidat, membru parlamentari, uffiċjal partikolari però taf li hemm oħrajn li jħossu l-kontra. Dan apparti l-umuri, l-burdati u l-kunflitti li ħafna drabi jqumu fuq ix-xejn jew fuq “il-ħafna” bejn dawk li jiġu, dawk li jmorru u dawk li jibqgħu.
5. Jgħidu x’jgħidu, naħseb li l-iktar importanti huwa dak li partit politiku qiegħed joffri verament. Kemm qiegħed jispjega dak li ser jagħmel u għala ser iwettqu huwa vitali. Waħda mill-problemi li politiku, hu min hu, jrid jiffaċċja hija dik tal-kredibilità tiegħu. Mhux dik apparenti, tal-perċezzjoni, imma dik tar-realtà. Il-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni (fejn ma nafx liema vantaġġi politiċi kien jonqos li jkollu) sab ruħu f’din it-triq. Għax meta stampa d-dokument tiegħu, li kien suppost mimli ideat, sab li dawn la kienu ġodda u fl-aħħarnett anqas seta’ jispjegahom b’mod sempliċi li juru x’vantaġġi għandhom.
6. Partit, f’kull stadju jista’ jagħmel serje ta’ manuvri u kontro-manuvri li jħalluħ fejn huwa, jirbaħ naħa u jitlef oħra. Biss, l-iktar importanti hija s-sustanza tal-programm u ħidma politika. Matul din il-ġimgħa reġgħu ġew quddiemi d-diversi kitbiet ta’ Lenin u Trotski, li kienu saru esperti ta’ kif tuża elf tattika, manuvra sabiex tirbaħ il-poter. Dan għax il-punt f’kull aġir politiku jibqa’ kemm int preparat iżżomm ma’ linja ta’ prinċipju jew le. Jekk m’għandekx valuri, jekk kollox jiġġustifika t-teħid tal-poter, allura ssib lilek innifsek bniedem bla direzzjoni, lest li ddur ma’ kull riħ. Din l-għażla, l-poplu jibda jaraha ċara, biċċa biċċa. Jifhem jekk intix fuq in-naħa tal-valuri, tas-sewwa, inkella intix lest li tarmi kollox, l-aqwa li tkun fit-tmexxija.
Dan l-artiklu deher fil-ġurnal il-Mument tal-4 t’Ottubru 2009.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...