29447. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28319, tista’ l-Ministru tara li x-xogħlijiet fi Triq San Ċiru, fil-Gudja ma jdumux ma jiġu ffinalizzati sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti?
26/06/2025
ONOR. MIRIAM DALLI: Ninsab infurmata li x-xogħlijiet
min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq is-sistema tad-drenaġġ
tlestew, filwaqt li għaddejjin dawk fuq in-network tal-ilma tax-xorb.
Seduta 362
01/07/2025