22.7.25

BORMLA - ŻAMMA TA’ MONUMENT

29756. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29448 dwar il-monument tal-bronż iddedikat lill-Perit Dom Mintoff u l-funtana li jinsabu quddiem il-Każin tal-Banda ta’ San Ġorġ, f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu wara li sar il-kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla?

 

10/07/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li, għalkemm il-monument tal-bronż iddedikat lill-Perit Dom Mintoff ma jaqax direttament taħt r-responsabbiltà tiegħu, il-Kunsill jieħu ħsieb li jsir it-tindif regolari.

 

Seduta  368

16/07/2025

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...