29764. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
10/07/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 attendejt għal-laqgħa
informali tal-Ministri tal-Kultura membri tal-UE li saret Warsaw, il-Polonja
mis-7 sat-8 ta’ April, 2025 u l-laqgħa formali tal-Ministri tal-Kultura li
saret Brussell, il-Belġju fit-13 ta’ Mejju, 2025.
Fit-tieni
nofs tas-sena 2025, mistenni li nattendi għal-laqgħa informali tal-Ministri
tal-Kultura tal-auE li se ssir bejn it-3 u l-4 ta’ Novembru, u għal-laqgħa
formali tal-Ministri tal-Kultura tal-UE li se ssir fit-28 ta’ Novembru,
Brussell, il-Belġju.
Seduta 369
23/07/2025
No comments:
Post a Comment