29305. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 28920 fl-intier tagħha u jgħid x’servizzi huma offruti fil-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk u jekk dawn humiex ser jiżdiedu?
20/06/2025
ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li fil-Klinika tal-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk qed jiġu offruti diversi
servizzi primarji importanti, fosthom dawk ta’ Tabib tal-Familja,
tal-Infermiera, tad-Dijetetista, tal-Fiżjoterapija, Podjatrija, Patoloġija
tal-Lingwa Mitkellma, il-Psikoloġija u servizz ta’ tneħħid tad-demm.
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja joffri ukoll klinika speċjalizzata
Ġenito-Urinarja kif ukoll klinika għall-Mard Kroniku tal-Kliewi.
Barra min hekk, din il-Klinika fil-Komunità tagħti spazju
għal-servizzi sekondarji ta’ Newroloġija u klinika għat-Tfal u l-Adoloxxenti
(mid-Dipartiment għas-Saħħa Mentali).
Seduta 361
30/06/2025
No comments:
Post a Comment