29440. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29297 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26963 dwar jekk huwiex possibbli li ċ-ċangatura fi Pjazza Gavino Gulia f’Bormla tissewwa qabel il-purċissjoni tal-Irxoxt, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit programm tax-xogħol billi l-istess sejra iktar lura?
26/06/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill
Lokali ta’ Bormla li fil-bidu ta’ Ġunju saret żjara fuq il-post flimkien
mad-Direttur Ġenerali u l-perit mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fejn
ġew diskussi l-problemi relatati mal-ħsarat fiċ-ċangatura. Se jsiru xi testijiet
sabiex tiġi determinata l-firxa tal-problema u jiġu identifikati
s-soluzzjonijiet possibbli.
Seduta 361
30/06/2025
No comments:
Post a Comment