31.7.25

MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA - L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

29763. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Tista’ tgħid ukoll liema laqgħat hija mistennija li tattendi fit-tieni nofs tal-2025?

 

10/07/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sitt xhur li għaddew attendejt għall-Kunsilli Ministerjali tal-Enerġija u tal-Ambjent, u l-ħsieb tiegħi hu li sal-aħħar tas-sena nerġa’ nattendi l-istess laqgħat. Kif diġà spjegajt diversi drabi, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta  369

23/07/2025 

No comments:

TRUMP JIEĦU PARIR?

F’dawn il-jiem wara li spiċċajt ktieb ieħor ta’ Norberto Bobbio (1909-2004) De Senectute (1996) ġiet din il-mistoqsija quddiemi. Nammetti l...