9.7.25

SKOLA PRIMARJA ŻEJTUN – SKEMA BM40

29455. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-fondi tal-iskema BM40 ġew allokati lill-Iskola Primarja taż-Żejtun tul dawn l-aħħar sentejn u kemm attwalment intefqu fondi? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġunijiet dawn ġew approvati?

 

26/06/2025

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola Primarja A taż-Żejtun fl-2024 nefqu €3,438.73, filwaqt li ll-iskola Primarja B taż-Żejtun fl-2024 ma nefqet l-ebda fondi.

 

Infurmat li fl-2025 s’issa l-iskola msemmija ma nefqitx fondi mill-iskema msemmija.

 

Seduta  364

07/07/2025

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...