31.7.25

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU - L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

29765. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lid- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?

 

10/07/2025

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, ipparteċipajt fit-tlettax il-laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u Iżrael li saret fl-24 ta’ Frar 2025 fi Brussell, kif ukoll għall-ewwel Djalogu Politiku ta’ Livell Għoli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Palestina, li seħħ fl-14 ta’ April 2025 fil-Lussemburgu. Attendejt għall-Forum Umanitarju Ewropew, li sar fi Brussell mid-19 sal-20 ta’ Mejju 2025, kif ukoll għal-Laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana fil-21 ta’ Mejju 2025.

 

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, attendejt għal-laqgħat formali tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li saru fi Brussell fis-27 ta’ Jannar, fl-24 ta’ Frar, fis-17 ta’ Marzu, fit-23 ta’ April, fl-20 ta’ Mejju u fit-23 ta’ Ġunju 2025. Il-laqgħa formali tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li seħħet fl-14 ta’ April 2025 saret fil-Lussemburgu. Barra minn hekk, mis-7 sat-8 ta’ Mejju 2025, attendejt il-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li saret f’Varsavja u fid-9 ta’ Mejju 2025, attendejt il-laqgħa ministerjali tal-Grupp ewlieni dwar l-istabbiliment tat-Tribunal Speċjali għar-reat ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna fl-Lviv, l-Ukranja.

 

Ġejt mistieden nipparteċipa wkoll fil-laqgħat formali tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali li saru fi Brussell fit-28 ta' Jannar, fil-25 ta' Frar, fit-18 ta' Marzu, fis-27 ta' Mejju 2025, u kif ukoll dik tal-24 ta' Ġunju 2025 fil-Lussemburgu. Barra minn hekk, kont mistieden nipparteċipa fil-laqgħa informali tal-Ministri li saret f’Varsavja fis-17 u t-18 ta' Frar 2025. Bejn it-18 u d-19 ta’ Ġunju, ipparteċipajt f’Laqgħa Ministerjali ġewwa Taormina fi Sqallija, li fakkret is-70 Sena Anniversarju mill-Konferenza ta’ Messina. 

 

Fit-tieni nofs tas-sena, mistieden nipparteċipa fil-laqgħat formali tal-istess Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali li ser isiru fi Brussell fit-18 ta' Lulju, fis-16 ta' Settembru, fis-17 ta' Novembru u fis-16 ta' Diċembru, u kif ukoll dik tal-21 t’Ottubru li ser issir fil-Lussemburgu. Il-Presidenza Daniża ser tkun qed torganizza wkoll laqgħa informali tal-Ministri responsabbli mill-affarijiet tal-Unjoni Ewropea f’Kopenhagen, fl-1 u fit-2 ta’ Settembru.

 

Din is-sena hi sena importanti għal Malta fil-kuntest tal-Kunsill tal-Ewropa, hekk kif Malta ħadet f’ idejha r-riedni ta’ din l-organizzazzjoni għas-sitt xhur li ġejjin. Fl-14 ta’ Mejju, ipparteċipajt fil-Laqgħa Ministerjali tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, fejn hemmhekk Malta ħadet uffiċjalment il-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.

 

Bħala parti mir-rwol tiegħi bħala President tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, ipparteċipajt f’numru ta’ laqgħat, inkluż l-ewwel laqgħa tal-Kumitat tad-Deputati tal-Ministri ġewwa Strasburgu fit-28 ta’ Mejju; fil-laqgħa tal-Presidential, Bureau u Standing Committee tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li saret ġewwa Malta bejn it-22 u 23 ta’ Mejju, u indirizzajt ukoll l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fl-24 u 25 ta’ Ġunju. Fl-istess ġimgħa kelli wkoll l-unur li nippresjedi għall-iffirmar bilaterali bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Ukrajna għat-twaqqif tat-Tribunal Speċjali għar-Reati ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna, fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa Alain Berset u l-President tal-Ukrajna l-Eċċ. Volodymyr Zelensky.

 

Fid-29 u 30 ta’ Awwissu 2025 se nkun mistieden nattendi l-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li ser issir f’Kopenħagen. Fid-29 u 30 ta’ Settembru 2025 se nkun mistieden nattendi l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (Żvilupp) li ser isir f’Kopenħagen ukoll. Fid-9 u 10 ta’ Ottubru ser inkun mistieden biex nattendi l-Forum tal-Global Gateway li ser isir fi Brussell. Fit-13 u 14 ta’ Ottubru 2025 mistenni li niġi mistieden nattendi l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (Kummerċ) li ser isir f’Horsens, id-Danimarka. Mistenni wkoll niġi mistieden nattendi għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (Żvilupp) li ser isir fi Brussell fil-21 ta’ Novembru, kif ukoll għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (Kummerċ) li se jitlaqqa’ fi Brussell fl-24 ta’ Novembru. Barra minn hekk, ser inkun qed nattendi għal-laqgħat formali tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Ottubru u fi Brussell fl-10 ta’ Novembru u 15 ta’ Diċembru 2025. Mistenni wkoll li nipparteċipa għal-laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (EU-GCC) li ser issir il-Kuwajt fis-6 ta’ Ottubru 2025. Mistenni wkoll nipparteċipa fil-Forum Reġjonali tal-Unjoni għall-Mediterran (UFM), li se jseħħ fit-28 ta’ Novembru 2025 f’Barċellona. Fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti se nkun mistieden  għal-Laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità tal-Amerika Latina u l-Karibew.

 

Għat-tieni nofs ta’ din is-sena, il-programm tal-Kunsill tal-Ewropa ser jibqa impenjattiv, b’laqgħat kemm fi Strasburgu kif ukoll hawn Malta. F’ Malta, ser nindirizza il-Konferenza fuq id-Demokrazija u r-Reżiljenza kontra d-Disinformazzjoni, li ser tiġi organizzata fis-17 ta’ Settembru mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, kif ukoll il-laqgħa tal-Kumitat tad-Deputati tal-Ministri, li ser tiġi organizzata fis-7 t’ Ottubru u li ħa tlaqqa fiha r-Rappreżentanti Permanenti tal-membri tal-Kunsill tal-Ewropa. Ġewwa Strasburgu, ser jkolli l-opportunità nerġa nindirizza l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fl-irwol tiegħi ta’ President tal-Kumitat tal-Ministri fl-ewwel ġimgħa t’ Ottubru.

 

Seduta  369

23/07/2025

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...