22.7.25

LOCAL GOVERNANCE BOARD - KAŻIJIET IMRESSQA

29755. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29598 u jgħid kemm tressqu każijiet quddiem il-Local Governance Board imwaqqaf mill-Avviż Legali 363.150 matul is-sena 2024 u kemm hemm każijiet pendenti? Jista’ jgħid ukoll minn min huwa kompost dan l-istess bord?

 

10/07/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fis-sena 2024 tresqu żewġ ilmenti u hemm seba’ każijiet pendenti.

Il-Membri tal-Bord huma: S-Sur Simon Abela – Chairperson, S-Sur Pablo Cachia Belli – Segretarju, S-Sur Joseph Scerri – Membru, S-Sa Sarah Lee Zammit – Membru u S-Sa Sarah Mifsud – Membru.

 

Seduta  368

16/07/2025

No comments:

ĦADMU GĦAS-SEWWA

1. Ftit ilu fakkarna li fit-23 ta’ Lulju 1957, kważi sebgħin sena ilu, ġie nieqes l-awtur Sqalli Giuseppe Tomasi di Lampedusa (1896). ...