29445. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28887, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li mis-sena li ġejja t-Tempji ta’ Kordin f’Għajn Dwieli, magħrufa wkoll bħala Kordin III, jibdew jinfetħu kuljum?
26/06/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li Kordin III
jinfetaħ għal open days, attivitajiet speċjali organizzati mill-aġenzija, kif
ukoll b’appuntament għal gruppi jew individwi li jixtiequ jżuruh. Peress li
huwa sit relattivament żgħir, b’kumplessi neolitici oħra ferm ikbar minnu viċin
tiegħu, mhux sostenibbli u l anqas hu meħtieġ li jinfetaħ kuljum.
Seduta 362
01/07/2025
No comments:
Post a Comment