7.7.25

IL-BELT VALLETTA - PJAZZA JEAN DE LA VALETTE – RESTAWR TA’ MONUMENT

29449. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li l-monument iddedikat lill-Gran Mastru Jean La Valette, fil-Pjazza Jean De La Valette, il-Belt Valletta, wara t-Teatru Rjal, jiġi kkurat u restawrat?

 

26/06/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Peress li ma jirriżulta lil ebda waħda mill-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru de quo li hemm ħsarat fil-monument in kwistjoni inkun grat jekk l-Onor. Interpellant jispeċifika aħjar id-domanda tiegħu.

 

Seduta  363

02/07/2025

No comments:

ĦADMU GĦAS-SEWWA

1. Ftit ilu fakkarna li fit-23 ta’ Lulju 1957, kważi sebgħin sena ilu, ġie nieqes l-awtur Sqalli Giuseppe Tomasi di Lampedusa (1896). ...