25957. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 25522 u 25698, jista’ l-Ministru jindika mil-liema libreriji sar l-eżercizzju li qed jagħmel referenza għalih fl-istess tweġibiet u jgħid kemm kienu komplessivament il-kotba li ntremew?
26/02/2025
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat li s-sena l-oħra sar weeding f’dawn
il-libreriji: Attard, Birkirkara, Central Public Library – Floriana, Fgura,
Gozo Central Public Library, Għajnsielem, Għaxaq, Gudja, Gżira, Luqa, Mellieħa,
Nadur, Mġarr, Mosta, Msida, Mtarfa, Naxxar, Pembroke, Paola, Qormi, Qrendi,
Rabat (Malta), Sannat, San Pawl il-Baħar, Siġġiewi, Sliema, Santa Luċija,
Xagħra, Xewkija, Żabbar, u Żejtun.
Nagħmel referenza
għall-mistoqsijiet parlamentari 25522 u 25698 fir-rigward tal-proċedura
t’avalwazzjoni u l-użu jew recycling tal-weeded books. Din il-proċedura
tal-weeding issir fil-libreriji tad-dinja kollha u huwa proċess importanti biex
inżommu l-libreriji relevanti u siguri.
Ninsab infurmat li n-numru
ta’ kotba li ġew weeded fl-2024 tammonta għal 22,582. Din l-istatistika tinżamm
għal fini ta’ rekord u accountability. Fil-kotba ikun hemm ukoll checklist fejn
tindika eżatt għal-liema raġuni ġie weeded u fejn sejjer jekk hux riċiklaċċ,
jinbigħ bħala second handbook jew jingħata donazzjoni f’attivitajiet
tal-libreriji.
Seduta 322
12/03/2025
No comments:
Post a Comment