25724. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
18/02/2025
ONOR. CLYDE
CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttiva li
taqa’ taħt il-Ministru għall-Finanzi u li għandha data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni
li taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 hija s-segwenti:
Direttiva |
Skadenza |
Direttiva (UE) 2022/2556
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2022 li temenda
d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE,
2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 fir-rigward tar-reżiljenza
operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju |
17/01/2025 |
Din id-Direttiva għadha ma
ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.
Seduta 320
10/03/2025
No comments:
Post a Comment