17.3.25

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

25721. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/02/2025

 

ONOR. CLINT CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew jew mistennija, jiġu trasposti tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025. Għaldaqstant, il-Ministeru ma għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta  320

10/03/2025

No comments:

ĦADMU GĦAS-SEWWA

1. Ftit ilu fakkarna li fit-23 ta’ Lulju 1957, kważi sebgħin sena ilu, ġie nieqes l-awtur Sqalli Giuseppe Tomasi di Lampedusa (1896). ...