26269. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq l-Iskola, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiswew?
05/03/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant
illi Triq l-Iskola hija parti minn numru ta’ toroq b’xogħlijiet tal-Enemalta
f’Ħal Tarxien. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu tqattigħ ta’ trinek f’diversi toroq
sabiex tpoġġew cables tal-Enemalta. Saru wkoll xogħlijiet ta’ rimedju fuq
bankini li ġew affettwati mit-tqattigħ tat-trinek. Minħabba li l-proġett
jinkludi numri ta’ toroq, l-ispiża ta’ Triq l-Iskola waħedha ma tistax tiġi
kkalkulata.
Seduta 326
25/03/2025
No comments:
Post a Comment