25725. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
18/02/2025
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Infurmat li
fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta’ u
x-Xogħol mistenni jittrasponi Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2025/290
tal-4 ta’ Ottubru 2024 li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tal-lista ta’ prodotti relatati
mad-difiża f’konformità mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea aġġornata
tad-19 ta’ Frar 2024.
Seduta 321
11/03/2025
No comments:
Post a Comment