25715. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
18/02/2025
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi
li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur
tas-sena 2025 huma s-segwenti:
Direttiva |
Skadenza |
Direttiva Delegata
tal-Kummissjoni (UE) 2024/846 tal-14 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva
2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi
għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014
u d-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha
x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq. |
14/02/2025 |
Direttiva Delegata
tal-Kummissjoni UE) 2025/149 tal-15 ta’ Novembru 2024 li temenda l-Annessi
tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies
il-progress xjentifiku u tekniku li jkun sar. |
30/06/2025 |
L-ewwel Direttiva ġiet
trasposti fil-liġi nazzjonali, filwaqt li t-tieni Direttiva għadha pendenti.
Seduta 319
No comments:
Post a Comment