25718. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
18/02/2025
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet
Barranin u t-Turiżmu għandu Direttiva waħda li d-data ta’ skadenza
għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025:
Direttiva |
Skadenza |
Direttiva (UE) 2024/1226
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 t’April 2024 dwar id-definizzjoni
ta’ reati kriminali u ta’ penali għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni
u li temenda d-Direttiva (UE) 2018/1673 |
20/05/2025 |
Din id-Direttiva għadha ma
ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.
Seduta 319
06/03/2025
No comments:
Post a Comment