25720. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
18/02/2025
ONOR. JULIA
FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata li
fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari l-Ministeru
għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza
għat-traspożizzjoni tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u għalhekk m’għandu
l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Seduta 320
10/03/2025
No comments:
Post a Comment