17.3.25

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

25717. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/02/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta  319

06/03/2025

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...