17.3.25

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

25723. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/02/2025

 

ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta  320

10/03/2025

No comments:

SEMPLIĊEMENT NIPPRETENDU

1. Numru ta’ drabi niddubita kemm il-klassi politika qegħda tifhem lill-poplu. Forsi, kif jiġri, min imexxi tant qed jiġi assedjat min...