17.3.25

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

25714. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/02/2025

 

ONOR. ANTON REFALO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 huma s-segwenti:

Direttiva

Skadenza

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2963 tad-29 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet tal-pjanti agrikoli u ta’ speċijiet tal-ħxejjex

31 ta’ Mejju 2025

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3010 tad-29 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2002/55/KE u 2002/57/KE, u d-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE fir-rigward tal-elenkar tal-pesti tal-pjanti fuq iż-żrieragħ u materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti

31 ta’ Mejju 2025

Dawn id-Direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom pendenti.

Seduta  319

06/03/2025

No comments:

LAZZRU U L-PATRUNI TIEGĦI

1. Tul din il-ġimgħa mhux proprju jixraq li titkellem jew tiddiskuti l-politika. Tista’ tkun attent ħafna fid-dawl ta’ dak li tkun qed...