17.3.25

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

25716. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

18/02/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 huma s-segwenti:

Direttiva

Skadenza

DIRETTIVA (UE) 2024/1711 TAL- PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 fir-rigward tat-titjib tat- tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni

17 Jannar 2025

DIRETTIVA (UE) 2023/2413 TAL- PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir- Regolament (UE) 2018/1999 u d- Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal- promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal- Kunsill (UE) 2015/652

21 Mejju 2025

Seduta  319

06/03/2025

No comments:

LAZZRU U L-PATRUNI TIEGĦI

1. Tul din il-ġimgħa mhux proprju jixraq li titkellem jew tiddiskuti l-politika. Tista’ tkun attent ħafna fid-dawl ta’ dak li tkun qed...