6651. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali Santa Luċija ġiex ikkonsultat jew ikkonsultax ma’ Transport Malta dwar il-mod li bih numru ta’ toroq ġew kważi inaċċessibbli bit-tabelli li ma jippermettux l-aċċess li kien hemm qabel?
23/02/2023
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija
illi fis-sena 2021, waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet relatati mal-Proġett
ta’ Santa Luċija, l-entità kkonċernata kienet staqsiet lill-Kunsill Lokali
jaqbilx li ‘Dawret it-Torri’ u ‘Triq il-Prinjoli’ isiru One-Way sabiex ikun
jista' jsir il-promenade b’wisgħa ta’ tliet metri jew inkella jibqgħu two-way.
F'dan ir-rigward, infurmat
illi l-istess Kunsill kien iddeċieda favur li jsir il-promenade u allura
t-toroq imsemmija saru 'One-Way.'
Seduta 93
28/02/2023
No comments:
Post a Comment