4461. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056 u 2928, jista’ l-Ministru jinforma b’mod dettaljat lill-Kamra ladarba huwa urġenti li jsir, f’liema pożizzjoni jinsab il-pjan neċessarju sabiex il-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid?
25/11/2022
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li
r-rapporti tekniċi fuq din il-pjazza għaddew għand entitajiet oħra pubbliċi
sabiex ikun hemm koordinament bil-ghan li l-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid
tiġi rranġata. Informat ukoll li fil-frattemp hemm kwistjonijiet legali li
qegħdin jiġu trattati u diskussi rigwardanti l-azzjoni legali appożita sabiex
ir-rabta kuntrattwali mal-kuntrattur oriġinali tal-pjazza tintemm.
Seduta 68
07/12/2022
No comments:
Post a Comment